Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0068

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2004 ta' l-4 ta' Mejju 2004 li testendi l-applikazzjoni ta' ċerti Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-Partijiet Kontraenti Ġodda u li temenda ċerti Annessi għall-Ftehim taż-ŻEE wara t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 277, 26.8.2004, p. 33–38 (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)
    ĠU L 277, 26.8.2004, p. 187–192 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/68/oj

    26.8.2004   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 277/33


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 68/2004

    ta' l-4 ta' Mejju 2004

    li testendi l-applikazzjoni ta' ċerti Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-Partijiet Kontraenti Ġodda u li temenda ċerti Annessi għall-Ftehim taż-ŻEE wara t-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea

    Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, min hawn il-quddiem “il-Ftehim taż-ŻEE” u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 128 tal-Ftehim taż-ŻEE jistipula li kull Stat Ewropew li jsir membru tal-Komunità għandu japplika biex jaderixxi mal-Ftehim taż-ŻEE, u li t-termini u l-kondizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni ser tkun soġġetta għal ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Istat li jkun applika.

    (2)

    Wara s-suċċess fil-konklużjoni tan-negozjati għat-tkabbir, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja (“Il-Partijiet Kontraenti Ġodda”) ressqu l-applikazzjonijiet sabiex jaderixxu għall-Ftehim taż-ŻEE.

    (3)

    Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika tas-Slovakkja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (“Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE”) ġie ffirmat fl-14 ta' Ottubru 2003 fil-Lussemburgu.

    (4)

    Insegwitu għall-Artikolu 1(2) tal-Ftehim tat-Tkabbir ŻEE, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottati qabel l-1 ta' Novembru 2002, għandhom, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehm tat-Tkabbir taż-ŻEE, jorbtu lill-Partijiet Kontraenti Ġodda taħt l-istess kondizzjonijiet bħal tal-Partijiet Kontraenti attwali u taħt it-termini u kondizzjonijiet stipulati fil-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE.

    (5)

    Mill-1 ta' Novembru 2002, numru ta' atti tal-KE ġew imdaħħla fil-Ftehim taż-ŻEE permezz ta' Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    (6)

    Sabiex tiġi ggarantità l-omoġeneità tal-Ftehim taż-ŻEE u s-sigurtà legali għal individwi u operaturi ekonomiċi, għandu jkun ċar li l-atti tal-KE jorbtu lill-Partijiet Kontraenti Ġodda sa mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE.

    (7)

    L-Att ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 jagħti derogi u jadatta wħud mill-atti tal-KE li ġew inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE permezz ta' Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottat wara l-1 ta' Novembru 2002.

    (8)

    Insegwitu għall-Artikolu 3(5) tal-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE, adattazzjonijiet għall-atti inkorporati fil-Ftehim taż-ŻEE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE saru meħtieġa minħabba l-parteċipazzjoni tal-Partijiet Kontraenti Ġodda fil-Ftehim taż-ŻEE, li ma ġewx ipprovduti għalihom fil-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE, ser jiġu indirizzati bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (9)

    Insegwitu għall-Artikolu 4(2) tal-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE, kull miżura ta' rilevanza għall-Ftehim taż-ŻEE msemmi fl-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-UE tas-16 ta' April 2003, li mhumiex riflessi fl-Anness B tal-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE, ser jiġu indirizzati bi qbil mal-proċeduri stipulati fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (10)

    Il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandu għalhekk jinkorpora dawn l-adattazzjonijiet u d-derogi fil-Ftehim taż-ŻEE.

    (11)

    Kif il-Ftehim taż-ŻEE jestendi s-suq intern għall-Istati ta' l-EFTA, huwa meħtieġ li għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern tiġi applikata din id-deċiżjoni fil-mument eżatt tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni ta' l-UE u tal-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE.

    (12)

    Ladarba l-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE għadu ma daħalx fis-seħħ, imma japplika biss fuq bażi proviżorja, din id-Deċiżjoni ser, sakemm jidhol fis-seħħ il-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE, tapplika proviżjonalment ukoll,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottati wara l-1 ta' Novembru 2002 huma hawnhekk iddikjarati li jorbtu lill-Partijiet Kontraenti Ġodda.

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 1 ser jiġu mfassla u awtentikati mill-Partijiet Kontraenti fil-lingwa Ċeka, Estona, Ungeriża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Slovakka u Slovena.

    Artikolu 3

    1.   Dan l-inċiż ser jiġi miżjud fil-punti ta' l-Annessi u tal-Protokolli tal-Ftehim taż-ŻEE mniżżel fl-Anness A ta' din id-Deċiżjoni:

    1 03 T: Att dwar il-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-miżuri għat-Trattati li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, adottati fis-16 ta' April 2003 (ĠU L 236, tat-23.9.2003, p. 33).”

    2.   Jekk l-inċiż imsemmi f'paragrafu 1 huwa l-ewwel inċiż fil-punt in kwistjoni, qablu għandu jkun hemm il-kliem “, kif emendat minn:”

    Artikolu 4

    L-miżuri transitorji msemmija fl-Anness B ta' din id-Deċiżjoni huma hawnhekk inkorporati u jiffurmaw parti mill-Ftehim taż-ŻEE.

    Artikolu 5

    It-testi tal-partijiet ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-UE tas-16 ta' April 2003 elenkati fl-Anness C fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Supplement taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, ser ikun awtentiku.

    Artikolu 6

    Din id-Deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

    Kull ħtieġa kostituzzjonali indikata minn kwalunkwe Parti Kontraenti rigward kwalunkwe deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE msemmi fl-Artikolu 1, mhux ser tintlaqat minn din id-Deċiżjoni.

    Din id-Deċiżjoni ser tapplika sa mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE. Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE, din id-Deċiżjoni ser tapplika proviżorjament mid-data ta' l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim tat-Tkabbir taż-ŻEE.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni ser tkun ippubblikata fis-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, l-4 ta' Mejju 2004

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    S. GILLESPIE


    (*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.


    ANNESS A

    Lista msemmija fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni

    L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 3(1) għandu jitniżżel fil-postijiet segwenti fl-Annessi u fil-Protokolli tal-Ftehim taż-ŻEE:

     

    Fl-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji), Kapitolu I (Kwistjonijiet Veterinarji):

    Parti 3.1, Punt 3 (Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE),

    Parti 3.1, Punt 9b (Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE),

    Parti 9.2, Punt 2 (Direttiva tal-Kummissjoni 2002/4/KE),

    Parti 7.1, Punt 12 (Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

     

    Fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, normi, provi u ċertifikazzjoni), Kapitolu IV (Tagħmir domestiku):

    Punt 4g (Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE);

     

    Fl-Anness IV (Enerġija):

    Punt 11g (Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE);

     

    Fl-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali):

    Punt 28 (Direttiva tal-Kunsill 74/557/KEE).


    ANNESS B

    Miżuri transitorji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni

    Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1)

    Fil-Kapitolu III, Parti 1, Punt 10 (Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE), qabel it-test ta' adattament għandu jiddaħħal li ġej:

    “Ser japplikaw il-miżuri transitorji stabbiliti fl-Annessi għall-Att ta' Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 għal Ċipru (Anness VII, Kapitolu 5, Taqsima B, Parti II, Punt 2), għal-Latvja (Anness VIII, Kapitolu 4, Taqsima B, Parti II), għal Malta (Anness XI, Kapitolu 4, Taqsima B, Parti II), għas-Slovenja (Anness XIII, Kapitolu 5, Taqsima B, Parti II).”

    2)

    Fil-Kapitolu III, Parti 1, Punt 12 (Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE), qabel it-test ta' adattament għandu jiddaħħal li ġej:

    “Ser japplikaw il-miżuri transitorji stabbliti fl-Anness għall-Att ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 03 għal Ċipru (Anness VII, Kapitolu 5, Taqsima B, Parti II, Punt 2), għal-Latvja (Anness VIII, Kapitolu 4, Taqsima B, Parti II), għal Malta (Anness XI, Kapitolu 4, Taqsima B, Parti II), għas-Slovenja (Annesss XIII, Kapitolu 5, Taqsima B, Parti II).”


    ANNESS C

    Lista msemmija fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni

    It-testi tal-partijiet ta' l-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-UE tas-16 ta' April 2003 fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Supplement taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, ser ikun awtentiku.

    Anness II, Kapitolu 3, Punt 2 (Direttiva tal-Kunsill 74/557/KEE),

    Anness II, Kapitolu 6, Taqsima B, Parti I, Punt 83 (Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE),

    Anness II, Kapitolu 6, Taqsima B, Part I, Punt 86 (Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

    Anness II, Kapitolu 6, Taqsima B, Part I, Punt 87 (Direttiva tal-Kummissjoni 2001/4/KE),

    Anness II, Kapitolu 6, Taqsima B, Parti I, Punt 89 (Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE),

    Anness II, Kapitolu 12, Taqsima B, Punt 7 (Direttiva tal-Kummissjoni 2002/40/KE),

    Anness VII, Kapitolu 5, Taqsima B, Parti II, Punt 2 (Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE),

    Anness VIII, Kapitolu 4, Taqsima B, Parti II (Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE),

    Anness XI, Kapitolu 4, Taqsima B, Parti II (Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE),

    Anness XIII, Kapitolu 5, Taqsima B, Parti II (Direttivi tal-Kunsill 2002/53/KE u 2002/55/KE).


    Top