This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22004D0012
Decision of the EEA Joint Committee No 12/2004 of 6 February 2004 amending Annex XXI (Statistics) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 116, 22.4.2004, p. 63–64
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(71) | Sostituzzjoni | punt 7 | 01/08/2004 |
Official Journal L 116 , 22/04/2004 P. 0063 - 0064
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 12/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2003 tas-7 ta' Novembru 2003 [1]. (2) Ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar statistiċi ta' trasport ferrovjarju [2] għandu jkun inkoporat fil-Ftehim. (3) Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tkun applikata għall-Islanda, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 It-test tal-punt 7 (Direttiva tal-Kunsill 80/1177/KEE) ta' l-Anness XXI mal-Ftehim għandu jkun issostitwit b'li ġej: "32003 R 0091: Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar statistiċi ta' trasport ferrovjarju (ĠU L 14, tal-21.1.2003, p. 1). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin: (a) dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-Islanda; (b) l-annessi A, C, E, F, J u K m'humiex relevanti għal-Liechtenstein." Artikolu 2 It-test tar-Regolament (KE) Nru 91/2003 fil-lingwa Norveġiża, li għandu jkun ippubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2004, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ntgħamlu (ntbgħatu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Frar 2004. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 41, tat-12.2.2004, p. 60. [2] ĠU L 14, tal-21.1.2003, p. 1. [3] Rekwiżiti kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------