EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22004D0001

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/2004 tas-6 ta' Frar 2004 li temenda l-Anness II (Regolament tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

ĠU L 116, 22.4.2004, p. 40–41 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2004/1(3)/oj

22004D0001



Official Journal L 116 , 22/04/2004 P. 0040 - 0041


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 1/2004

tas-6 ta' Frar 2004

li temenda l-Anness II (Regolament tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitant Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1].

(2) Id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar tip-approvazzjoni ta' tractors għall-agrikultura jew forestrija, il-karrijiet u l-makkinarju skambjabbli rmonkat tagħhom, flimkien mas-sistemi tagħhom, komponenti u unitajiet tekniċi separati u li tirrevoka d-Direttiva 74/150/KEE [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva 2003/37/KE tirrevoka, b'effett mill-1 ta' Lulju 2005, id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE [3], li hija inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha tkun irrevokata taħt il-Ftehim.

(4) Id-Direttivi tal-Kummissjoni 98/38/KE [4], 98/39/KE [5], 2000/2/KE [6] u 2001/3/KE [7], li kienu inkorporati bħala atti li jemendaw id-Direttiva 74/150/KEE, għandhom ikunu mċaqilqa għal punti separati taħt il-Kapitolu II ta' l-Anness II tal-Fehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II ta' l-Anness II mal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1. It-test tal-punt 1 (Direttiva 74/150/KEE) għandu jitħassar b'effett mill-1 ta' Lulju 2005.

2. Il-punti li ġejjin jkunu inseriti wara l-punt 23 (Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE):

"24. 398 L 0038: Direttiva tal-Kummissjoni 98/38/KE tat-3 ta' Ġunju 1998 li tadatta għal-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 74/151/KEE dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta' tractors bir-roti għall-agrikultura jew forestrija (ĠU L 170, tas-16.6.1998, p. 13).

25. 398L0039: Direttiva tal-Kummissjoni 98/39/KE tal-5 ta' Ġunju 1998 li tadatta għal progress tekniku id-Direttiva tal-Kunsill 75/321/KEE konnessa ma' tagħmir ta' steering ta' tractors bir-roti għall-agrikultura jew forestrija (ĠU L 170, tas-16.6.1998, p. 15).

26. 32000 L 0002: Direttiva tal-Kummissjoni 2000/2/KE ta' l-14 ta' Jannar 2000 li tadatta għal progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE konnessa mat-trażżin ta' interference tar-radju prodotta b'magni li jaqbdu bi xrar iffittjati ma' tractors bir-roti għall-agrikultura jew forestrija u d-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE konnessa mat-tip-approvazzjoni ta' tractors bir-roti għall-agrikultura jew forestrija (ĠU L 21, tas-26.1.2000, p. 23).

27. 32001 L 0003: Direttiva tal-Kummissjoni 2001/3/KE tat-8 ta' Jannar 2001 li tadatta għal progress tekniku id-Direttiva tal-Kunsill 74/150/KEE konnessa mat-tip-approvazzjoni ta' tractors bir-roti għall-agrikultura jew forestrija u d-Direttiva tal-Kunsill 75/322/KEE konnessa mat-trażżin ta' interference tar-radju prodotta minn magni li jaqbdu bi xrar iffittjati ma' tractors bir-roti għall-agrikultura jew forestrija (ĠU L 28, tat-30.1.2001, p. 1).

28. 32003 L 0037: Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar it-tip-approvazzjoni ta' tractors għall-agrikultura jew forestrija, il-karrijiet u l-makkinarju skambjabbli rmonkat tagħhom, flimkien mas-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati u li tirrevoka d-Direttiva 74/150/KEE (ĠU L 171, tad-9.7.2003, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-fini tal-Ftehim preżenti, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a) Fl-Anness III, il-Part I, il-Kapitoli A, B u C, li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 16:

"- l-Islanda: …"

"- il-Liechtenstein: …"

"- in-Norveġja: …"

(b) Fl-Anness III, il-Part II, il-Kapitoli A u B, li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 16:

"- l-Islanda: …"

"- il-Liechtenstein: …"

"- in-Norveġja: …""

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2003/37/KE fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandha tkun ppubblikata fis-Suppliment taż-ŻEE fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Frar 2004, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ntgħamlu (ntbgħatu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [8].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussel, fis-6 ta' Frar 2004.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 10.

[2] ĠU L 171, tad-9.7.2003, p. 1.

[3] ĠU L 84, tat-28.3.1974, p. 10.

[4] ĠU L 170, tas-16.6.1998, p. 13.

[5] ĠU L 170, tas-16.6.1998, p. 15.

[6] ĠU L 21, tas-26.1.2000, p. 23.

[7] ĠU L 28, tat-30.1.2001, p. 1.

[8] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikata.

--------------------------------------------------

Top