Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0136

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/2003 tas-26 ta' Settembru 2003 li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 331, 18.12.2003, p. 74–75 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/136(2)/oj

    22003D0136



    Official Journal L 331 , 18/12/2003 P. 0074 - 0075


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 136/2003

    tas-26 ta' Settembru 2003

    li temenda l-Anness XXI (Statistiċi) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem issir referenza għalih bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness XXI mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2003 tal-11 ta' Lulju 2003 [1].

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/2003 tas-17 ta' Frar 2003 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93 dwar l-informazzjoni statistika li għandha tingħata mill-Istati Membri dwar prodotti ta' l-uċuh tar-raba' barra minn ċereali [2], għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Li ġej għandu jinżdied fil-punt 24a (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 959/93) ta' l-Anness XXI mal-Ftehim:

    "Kif emendat bi:

    - 32003 R 0296: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 296/2003 tas-17 ta' Frar 2003 (ĠU L 43, tat-18.2.2003, p. 18)."

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 296/2003 fil-lingwi Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta' Settembru 2003, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru (ntbagħtu) lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmlua fi Brussel, fis-26 ta' Settembru 2003.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    H. S. H. Prinz Nikolaus von Liechtenstein

    [1] ĠU L 272, tat-23.10.2003, p. 32.

    [2] ĠU L 43, tat-18.2.2003, p. 18.

    [3] Ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.

    --------------------------------------------------

    Top