This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22003D0015
Decision of the EEA Joint Committee No 15/2003 of 31 January 2003 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 94, 10.4.2003, p. 71–72
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(70) | Żieda | punt 32dc | 01/02/2003 | |
Modifies | 21994A0103(70) | Żieda | punt 32dd | 01/02/2003 |
Official Journal L 094 , 10/04/2003 P. 0071 - 0072
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 15/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 li temenda l-Anness XX (L-Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 175/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/753/KE tas-17 t'Ottubru 2001 dwar il-kwestjonarju għar-rapporti ta' l-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-vetturi li m'għadhomx jintużaw [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/151/KE tad-19 ta' Frar 2002 fuq il-ħtiġijiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-vetturi li m'għadhomx jintużaw [3], IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Il-punti li ġejjin għandhom jkunu inklużi wara l-punt 32db (id-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) ta' l-Anness XX tal-Ftehim: "32dc. 32001 D 0753: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/753/KE tas-17 t'Ottubru 2001 dwar il-kwestjonarju għar-rapporti ta' l-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-vetturi li m'għadhomx jintuzaw (ĠU L 282, tas-26.10.2001, p. 77). 32dd. 32002 D 0151: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/151/KE tad-19 ta' Frar 2002 fuq il-ħtiġijiet minimi għaċ-ċertifikat tal-qerda maħruġ skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq il-vetturi li m'għadhomx jintużaw (ĠU L 50, tal-21.2.2002, p. 94)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjonijiet 2001/753/KE u 2002/151/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jkunu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003, iżda n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom ikunu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4] Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 44. [2] ĠU L 282, tas- 26.10.2001, p. 77. [3] ĠU L 50, tal- 21.2.2002, p. 94. [4] L-ebda]ti[ijiet kostituzzjonali m'huma indikati. --------------------------------------------------