Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22003D0004(01)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 4/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 94, 10.4.2003, p. 49–50 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/4(2)/oj

22003D0004(01)



Official Journal L 094 , 10/04/2003 P. 0049 - 0050


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 4/2003

tal-31 ta' Jannar 2003

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITATA KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif kien emend mill-Protokol li aġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa l-quddiem msemmi bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 161/2002 tas-6 ta' Diċembru 2002 [1].

(2) Direttiva tal-Kummissjoni 2002/42/KE tas-17 ta'Mejju 2002 li temenda l-Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE, 86/363/KEE, u 90/642/KEE rigward it-tqegħid ta' livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi (bentazone u pyridate) ġo u fuq ċerejali, oġġetti ta' l-ikel magħmula mill-annimali u ċerti prodotti magħmula mill-pjanti, inklużi l-frott u l-ħaxix [2], kif kienet korretta minn ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 39, għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi ta' kif jittieħdu l-kampjuni mill-Komunità għall-kontroll uffiċjail tar-residwi tal-pestiċidji ġo u fuq prodotti magħmul minn pjanti u annimali u t-tħassir ta' Direttiva 79/700/KEE [3] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-18 ta' Lulju 2002 dwar l-ittikkettjar ta' l-oġġetti ta' l-ikel li fihom il-quinine, u ta' oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom il-kafejina [4] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim għandu jkun emend kif inhu ġej:

1. L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma' punti 38 (Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE), 39 (Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE) u 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE):

"- 32002 L 0042: Direttiva tal-Kummissjoni 2002/42/KE tas-17 ta' Mejju 2002 (ĠU L 134, tat-22.5.2002, p. 29), kif ġiet korretta minn ĠU L 140, tat-30.5.2002, p. 39."

2. Il-punti li ġejjin għandhom jkunu miżjuda wara punt 54zy (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2002):

"54zz. 32002 L 0063: Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi ta' kif jittieħdu l-kampjuni mill-Komunità għall-kontroll uffiċjali tar-residwi tal-pestiċidji ġo u fuq prodotti magħmula minn pjanti u annimali u tħassar Direttiva 79/700/KEE: (ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 30).

54zza. 32002 L 0067: Direttiva tal-Kummissjoni 2002/67/KE tat-18 ta' Lulju 2002 dwar l-ittikkettjar ta'l-oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom il-quinine,u ta' oġġetti ta' l-ikel li jkun fihom il-kafejina (ĠU L 191, tad-19.7.2002, p. 20)."

3. It-test ta' punt 20 (Direttiva tal-Kummissjoni 79/700/KEE) għandu jiġi mħassar.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2002/42/KE, kif kienu korretti minn bil-linġwa Islandika u dik Norvegiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjal tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Frar 2003, sakemm n-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim jkunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [5].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppublikata fit-taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fil-31 ta' Jannar 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 38, tat-13.2.2003, p. 16.

[2] ĠU L 134, tat-22.5.2002, p. 29.

[3] ĠU L 187, tas-16.7.2002, p. 30.

[4] ĠU L 191, tad-19.7.2002, p. 20.

[5] Il-ħtiġiet kostituzzjonali m'humiex indikati.

--------------------------------------------------

Top