This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22002D0144
Decision of the EEA Joint Committee No 144/2002 of 8 November 2002 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE
ĠU L 19, 23.1.2003, p. 13–14
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(70) | Żieda | punt 2eo inċiż | 09/11/2002 | |
Modifies | 21994A0103(70) | Żieda | punt 2eu | 09/11/2002 |
Official Journal L 019 , 23/01/2003 P. 0013 - 0014
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2002 tat-8 ta' Novembru 2002 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll ta' aġġustament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) l-Anness XX tal-Ftehim kien ġie emendat bid-Deċiżjoni taż-ŻEE Nru 134/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE tat-18 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi riveduti dwar l-għoti ta' eko-tikketta għal xedd tas-saqajn u li temenda d-Deċiżjoni 1999/179/KE [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi dwar l-għoti ta' l-eko-tikketta tal-Komunità għal televiżjonijiet [3] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Anness XX tal-Ftehim dwar Iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej: 1. L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 2eo (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/179/KE): "- 32002 D 0231: Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/231/KE tat-18 ta' Marzu 2002 (ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 50)." 2. Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2et (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/607/KE): "2eu. 32002 D 0255: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/255/KE tal-25 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi kriterji ekoloġiċi dwar l-għoti ta' l-eko-tikketta tal-Komunit_ għal televiżjonijiet (ĠU L 87, ta' l-4.4.2002, p. 53)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2002/231/KE u 2002/255/KE bl-Islandiku u n-Norveġiż, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta' Novembru 2002, basta li n-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew mgħoddija lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fit-8 ta' Novembru 2002. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President Kjartan Jóhannsson [1] ĠU L 336, tat-12.12.2002, p. 34. [2] ĠU L 77, ta' l-20.3.2002, p. 50. [3] ĠU L 87, ta' l-4.4.2002, p. 53. [4] L-ebda]ti[ijiet kostituzzjonali ma huma indikati. --------------------------------------------------