Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 22002D0121(01)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 121/2002 tas-27 ta' Settembru 2002 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 336, 12.12.2002., 17./17. lpp. (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Edizzjoni Speċjali bil-Letton: Kapitolu 11 Volum 007 P. 384 - 384

Edizzjoni(jiet) speċjali oħra (CS, ET, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Dokumenta juridiskais statuss Spēkā

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/121(2)/oj

22002D0121(01)



Official Journal L 336 , 12/12/2002 P. 0017 - 0017


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 121/2002

tas-27 ta' Settembru 2002

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 96/2002 tat-12 ta' Lulju 2002 [1].

(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 tat-12 ta' Frar 2002 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' addittivi ġodda, l-estensjoni ta' l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv fl-għalf [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi inserit wara l-punt 1y (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2380/2001) fil-Kapitlu II ta' l-Anness I tal-Ftehim:

"1z. 32002 R 0256: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 tat-12 ta' Frar 2002 dwar l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' addittivi ġodda, l-estensjoni ta' l-awtorizzazzjoni proviżorja ta' addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv fl-għalf (ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 6)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 256/2002 bl-Islandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ it-28 ta' Settembru 2002, iżda n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom isiru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Settembru 2002.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gunnar Snorri Gunnarsson

[1] ĠU L 298, tal-31.10.2002, p. 1.

[2] ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 6.

[3] L-ebda kondizzjonijiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Augša