This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22001D0222(04)
Decision of the EEA Joint Committee No 112/2000 of 15 December 2000 amending Protocol 31 to the EEA Agreement, on cooperation in specific fields outside the four freedoms
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2000 tal-15 ta' Diċembru 2000 li temenda Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2000 tal-15 ta' Diċembru 2000 li temenda Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet
ĠU L 52, 22.2.2001, p. 37–37
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(32) | Żieda | artikolu 4 paragrafu 2e | 01/01/2001 | |
Modifies | 21994A0103(32) | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 3 Test | 01/01/2001 |
Official Journal L 052 , 22/02/2001 P. 0037 - 0037
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2000 tal-15 ta' Diċembru 2000 li temenda Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-koperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu, Billi: (1) Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2000 ta' l-10 ta' Novembru 2000 [1]. (2) Huwa xieraq li tiġi estiża il-koperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim biex tiġi inkluża d-Deċiżjoni Nru 1934/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 fuq is-Sena Ewropea ta' l-Ilsna 2001 [2]. (3) Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat ħalli il-koperazzjoni estiża tibda seħħ mill-1 ta' Jannar 2001, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-Artikolu 4 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej: 1. Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiġu inklużi wara paragrafu 2d (Il-Linja tal-Budget B3-1 0 0 3): "2e. L-Istati ta' l-EFTA għandhom, mill-1 ta' Jannar 2001, jipparteċipaw fil-programm kif ġej: - 32000 D 1934: Id-Deċiżjoni Nru 1934/2000/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar is-Sena Ewropea ta' l-Ilsna 2001 (ĠU L 232, ta' l-14.9.2000, p. 1)." 2. It-test tal-paragrafu 3 għandu jinbidel ma' dan li ġej: "L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament skond l-Artikolu 82(1)(a) għall-programmi u l-attivitajiet imsemmija f'paragrafi 1, 2, 2a, 2b, 2c, 2d u 2e." Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidhol fis-seħħ nhar is-16 ta' Diċembru 2000, fuq kondizzjoni li n-notifikazzjonijiet skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Din għandha tapplika mill-1 Jannar 2001. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmul fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 2000. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President G. S. Gunnarsson [1] ĠU L 7, tal-11.1.2001, p. 38. [2] ĠU L 232, ta' l-14.9.2000, p. 1. [3] Il-ħtiġijiet kostituzzjonali m'humiex indikati. --------------------------------------------------