Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0215(01)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 103/2000 tat-30 ta' Novembru 2000 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 45, 15.2.2001, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/103(2)/oj

    22001D0215(01)



    Official Journal L 045 , 15/02/2001 P. 0001 - 0002


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 103/2000

    tat-30 ta' Novembru 2000

    li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2000 tat-2 ta' Ottubru 2000 [1].

    (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/3/KE tat-22 ta' Frar 2000 li taddatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta' trażżin għal vetturi bil-makna [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (3) L-addattamenti għar-Regolament tal-Kunsill 77/541/KEE tat-28 ta' Ġunju 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar ċintorini tas-sigurtà u sistemi ta' żamma għal vetturi b'makna jeħtieġu li jiġu aġġustati wara l-adeżjoni ta' l-Awstrija, tal-Finlandja u l-Isvezja għall-Unjoni Ewropea [3],

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-punt 32 (Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE) fil-Kapitolu I ta' l-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1. L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud:

    "- 32000 L 0003: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/3/KE tat-22 ta' Frar 2000 (ĠU L 53, tal-25.2.2000, p. 1)."

    2. It-test ta' l-addatament għandu jiġi mibdul b'li ġej:

    "IS għall-Islanda

    FL għal-Liechtenstein

    6 għan-Norveġja"

    ."

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/3/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Diċembru 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [4].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, 30 ta' Novembru 2000.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    G. S. Gunnarsson

    [1] ĠU L 315, ta' l-14.12.2000, p. 7.

    [2] ĠU L 53, tal-25.2.2000, p. 1.

    [3] ĠU L 220, tad-29.8.1997, p. 95.

    [4] Ebda ħtieġa kostitizzjonali indikata.

    --------------------------------------------------

    Top