Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0139

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2001 tad-9 ta' Novembru 2001 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 22, 24.1.2002, p. 32–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/139(2)/oj

    22001D0139



    Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0032 - 0033


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 139/2001

    tad-9 ta' Novembru 2001

    li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawn taht imsejjaħ l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1].

    (2) Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar l-iskema riveduta ta' l-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja [2] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

    (3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/728/KE tal-10 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi l-applikazzjoni u l-miżati ta' kull sena ta' l-Eko-tikketta Komunitarja [3] għandha tkun inkoporata fil-Ftehim.

    (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/729/KE ta' l-10 ta' Novembru 2000 fuq il-kuntratt standard li jkopri t-termini ta' l-użu ta' l-Eko-tikketta Komunitarja [4] għandha tkun inkoporata fil-Ftehim.

    (5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/730/KE ta' l-10 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi l-Bord ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-Eko-tikketta u r-regoli tal-proċedura tiegħu [5] għandha tkun inkoporata fil-Ftehim.

    (6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/731/KE ta' l-10 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tal-Forum tal-Konsultazzjoni ta' l-iskema riveduta ta' l-Eko-tikketta Komunitarja [6] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    1. Il-punt 2b (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 880/92) ta' l-Anness XX tal-Ftehim għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

    "2b. 32000 R 1980: Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 dwar l-iskema riveduta ta' l-għoti ta' l-Eko-tikketta Komunitarja (ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 1).

    2ba. 32000 D 0728: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/728/KE ta' l-10 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi l-applikazzjoni u l-miżati ta' kull sena ta' l-Eko-tikketta Komunitarja (ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 18).

    2bb. 32000 D 0729: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/729/KE ta' l-10 ta' Novembru 2000 fuq il-kuntratt standard li jkopri t-termini ta' l-użu ta' l-Eko-tikketta Komunitarja (ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 20).

    2bc. 32000 D 0730: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/730/KE ta' l-10 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi l-Bord ta' l-Unjoni Ewropea ta' l-Eko-tikketta u r-regoli tal-proċedura tiegħu (ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 24).

    2bd. 32000 D 0731: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2000/731/KE ta' l-10 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tal-Forum tal-Konsultazzjoni ta' l-Iskema riveduta ta' l-Eko-tikketta Komunitarja (ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 31)."

    2. It-test tal-punti 2e u 2ea ta' l-Anness XX għandu jkun imħassar.

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Nru 2000/728/KE, 2000/729/KE, 2000/730/KE u 2000/731/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Novembru 2001, iżda n-notifikazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom ikunu magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [7].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima u fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fid-9 ta' Novembru 2001.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 38.

    [2] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 1.

    [3] ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 18.

    [4] ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 20.

    [5] ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 24.

    [6] ĠU L 293, tat-22.11.2000, p. 31.

    [7] Il-ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.

    --------------------------------------------------

    Top