EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0136

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/2001 tad-9 ta' Novembru 2001 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 22, 24.1.2002, p. 26–27 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/136(2)/oj

22001D0136



Official Journal L 022 , 24/01/2002 P. 0026 - 0027


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 136/2001

tad-9 ta' Novembru 2001

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, min hawn 'il quddiem imsejjaħ bħala "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ZEE Nru 111/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 [1].

(2) Id-Direttiva 2001/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva 95/2/KE dwar addittivi ta' l-ikel oħra għajr kuluri u ħlewwiet [2] għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud fil-punt 54zb (Id-Direttiva 95/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II tal-Ftehim:

"- 32001 L 0005: Id-Direttiva 2001/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2001 li temenda d-Direttiva 95/2/KE (ĠU L 55, ta' l-24.2.2001, p. 59)."

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2001/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Novembru 2001, iżda n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għandhom ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fid-9 ta' Novembru 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

E. Bull

[1] ĠU L 322, tas-6.12.2001, p. 22.

[2] ĠU L 55, tal-24.2.2001, p. 59.

[3] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------

Top