Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0112

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 112/2001 tat-28 ta' Settembru 2001 li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    ĠU L 322, 6.12.2001, p. 23–24 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/112(2)/oj

    22001D0112



    Official Journal L 322 , 06/12/2001 P. 0023 - 0024


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 112/2001

    tat-28 ta' Settembru 2001

    li temenda l-Anness II (Ir-regolamenti tekniċi, l-istandards, it-testijiet u ċ-ċertfikazzjoni) mal-Ftehim dwar iż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa 'l quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness II mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2001 tad-19 ta' Ġunju 2001 [1].

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2364/2000 tal-25 ta' Ottubru 2000 li jirrigwarda r-raba' lista ta' sustanzi ta' prijorità kif previsti skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 [2] irid jiġi inkorporat fil-Ftehim.

    (3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/66/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tinkludi sustanza attiva (it-trijasulfuron) fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti [3] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/67/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tinkludi sustanza attiva (l-esfenvalerat) fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti [4] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (5) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/68/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tinkludi sustanza attiva (il-bentażon) fl-Anness I mad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tirrigwarda t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti [5] trid tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda fil-punt 12a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KE) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II mal-Ftehim:

    "- 32000 L 0066: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/66/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 35),

    - 32000 L 0067: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/67/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 38),

    - 32000 L 0068: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2000/68/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 41)."

    Artikolu 2

    L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 12e (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93) fil-Kapitolu XV ta' l-Anness II mal-Ftehim:

    "- 32000 R 2364: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2364/2000 tal-25 ta' Ottubru 2000 (ĠU L 273, tas-26.10.2000 p. 5)."

    Artikolu 3

    Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nri 2364/2000 u tad-Direttivi tal-Kummissjoni 2000/66/KE, 2000/67/KE u 2000/68/KE fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta' Settembru 2001, sakemm in-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt għaż-ŻEE [6].

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u fis-Suppliment għaż-ŻEE ta' miegħu.

    Magħmula fi Brussel, fit-28 ta' Settembru 2001.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    E. Bull

    [1] ĠU L 238, tas-6.9.2001, p. 17.

    [2] ĠU L 273, tas-26.10.2000, p. 5.

    [3] ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 35.

    [4] ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 38.

    [5] ĠU L 276, tat-28.10.2000, p. 41.

    [6] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top