EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0060

Deciżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2001 tad-19 ta' Ġunju ta' l-2001 li jemenda l-Anness I (Fuq materja veterinarja u fitosanitarja) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 238, 6.9.2001, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/60(2)/oj

22001D0060



Official Journal L 238 , 06/09/2001 P. 0001 - 0002


Deciżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 60/2001

tad-19 ta' Ġunju ta' l-2001

li jemenda l-Anness I (Fuq materja veterinarja u fitosanitarja) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT EWROPEW,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk imsemmi bħal l-"Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2000 tat-2 ta' Ottubru ta' l-2000 [1].

(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2293/1999 ta' l-14 ta' Ottubru ta' l-1999 li jestendi l-awtorizzazzjonijiet proviżorji ta' ċerti addittivi ta' alimenti [2] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(3) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999 tas-16 ta' Novembru ta' l-1999 li jlaqqa' l-awtorizzazzjoni ta' ċerti addittivi li jappertjenu mal-grupp ta' coccidiostats u sustanzi oħra mediċinali f'alimenti għal persuni responsabbli għat-tqiegħid tagħhom f'ċirkulazzjoni [3] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2439/1999 tas-17 ta' Novembru ta' l-1999 dwar il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi li jappartjenu lill-grupp "binders, anti-caking agents u coagulenys" fl-alimenti [4] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(5) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2562/1999 tat-3 ta' Diċembru ta' l-1999 li jlaqqa' l-awtorizzazzjoni ta' ċerti addittivi li jappartjenu lill-grupp ta' antibiotiċi fl-alimenti għal persuni responsabbli għat-tqiegħid tagħhom fiċ-ċirkulazzjoni [5] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim.

(6) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2690/1999 tas-17 ta' Diċembru ta' l-1999 li jikkonċernaw l-awtorizzazzjoni ta' addittivi ġodda fl-alimenti [6] għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA S-SEGWENTI:

Artikolu 1

Il-punti segwenti għandhom ikunu mdaħħla wara punt 1i (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1636/1999) f'Kapitolu II ta' l-Anness I għall-Ftehim:

"1j. 399 R 2293: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2293/1999 ta' l-14 ta' Ottubru ta' l-1999 li jestendi l-awtorizzazzjonijiet proviżorji ta' ċerti addittivi fl-alimenti (ĠU L 284, tas-6.11.1999, p. 1).

1k. 399 R 2430: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2430/1999 tas-16 ta' Novembru ta' l-1999 li jestendi l-awtorizzazzjoni ta' ċerti addittivi li jappartjenu mall-grupp ta' coccidiostats u sustanzi oħra mediċinali fl-alimenti għal persuni responsabbli għat-tqiegħid tagħhom fiċ-ċirkulazzjoni (ĠU L 296,tas-17.11.1999, p. 3).

1l. 399 R 2439: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2439/1999 tas-17 ta' Novembru ta' l-1999 fuq il-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi li jappartjenu mall-grupp "binders, anti-caking agents u coagulants" fl-alimenti (ĠU L 297, tat-18.11.1999, p. 8).

1m. 399 R 2562: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2562/1999 tat-3 ta' Diċembru ta' l-1999 li jestendi l-awtorizzazzjoni ta' ċerti addittivi li jappartjenu mall-grupp ta' antibiotiċi fl-alimenti għal persuni responsabbli għat-tqiegħid tagħhom fiċ-ċirkulazzjoni (ĠU L 310, ta' l-4.12.1999, p. 11).

1n. 399 R 2690: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2690/1999 tas-17 ta' Diċembru ta' l-1999 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' addittivi ġodda fl-alimenti (ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 33)."

Artikolu 2

It-testijiet tar-Regolamenti (KE) Nru 2293/1999, (KE) Nru 2430/1999, (KE) Nru 2439/1999, (KE) Nru 2562/1999 u (KE) Nru 2690/1999 fil-lingwi Islaniċi u Norveġiżi, għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Ġunju ta' l-2001, sakemm in-notifkazzjonijiet kollha taħt l-Artikolu 103(1) ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [7].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, 19 ta' Ġunju ta' l-2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 315, ta' l-14.12.2000, p. 1.

[2] ĠU L 284, tas-6.11.1999, p. 1.

[3] ĠU L 296, tas- 17.11.1999, p. 3.

[4] ĠU L 297, tat-18.11.1999, p. 8.

[5] ĠU L 310, ta' l-4.12.1999, p. 11.

[6] ĠU L 326, tat-18.12.1999, p. 33.

[7] L-ebda ħtiġiet kostituzzjonali ma huma indikati.

--------------------------------------------------

Top