EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22001D0047

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 158, 14.6.2001, p. 62–62 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2001/47(2)/oj

22001D0047



Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0062 - 0062


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 47/2001

tat-30 ta' Marzu 2001

li temenda l-Anness XI (Servizzi ta' Telekomunikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness XI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 17/2001 tat-28 ta' Frar 2001 [1].

(2) Ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar aċċess unbundled għal-loop lokali [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 5ċd (Deċiżjoni Nru 128/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XI għall-Ftehim:

"5ċe. 32000 R 2887: Ir-Regolament (KE) Nru 2887/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar aċċess unbundled għal-loop lokali (ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 4)."

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 2887/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Westerlund

[1] ĠU L 117, tas-26.4.2001, p. 21.

[2] ĠU L 336, tat-30.12.2000, p. 4.

[3] Ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

--------------------------------------------------

Top