This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22001D0021
Decision of the EEA Joint Committee No 21/2001 of 23 February 2001 amending Annex XX (Environment) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2001 tat-23 ta' Frar 2001 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2001 tat-23 ta' Frar 2001 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 117, 26.4.2001, p. 28–29
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(70) | Żieda | punt 2ga | 24/02/2001 |
Official Journal L 117 , 26/04/2001 P. 0028 - 0029
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 21/2001 tat-23 ta' Frar 2001 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2000 tat-28 ta' Ġunju 2000 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/479/KE tas-17 ta' Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' reġistru Ewropew ta' emmissjoni ta' sostanzi li jniġġsu (EPER) skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC) [2] għandha tiġi nkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-punt li ġej għandu jiġi mdaħħal wara l-punt 2g (Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE) fl-Anness XX għall-Ftehim: "2ga. 32000 D 0479: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/479/KE tas-17 ta' Lulju 2000 dwar l-implimentazzjoni ta' reġistru Ewropew ta' emmissjoni ta' sostanzi li jniġġsu (EPER) skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (IPPC), (ĠU L 192, tat-28.7.2000, p. 36)." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/479/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1998, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-23 ta' Frar 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 237, tal-21.9.2000, p. 77. [2] ĠU L 192, tat-28.7.2000, p. 36. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------