Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22000D1005(04)

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2000 tat-2 ta' Awissu 2000 li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 250, 5.10.2000, p. 51–51 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2000/68(3)/oj

    22000D1005(04)



    Official Journal L 250 , 05/10/2000 P. 0051 - 0051


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 68/2000

    tat-2 ta' Awissu 2000

    li temenda l-Anness XIII (Trasport) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Anness XIII għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 3/2000 ta' l-4 ta' Frar 2000 [1].

    (2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2000 tal-21 ta' Marzu 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3298/94, li jistabbilixxi miżuri ddettaljati dwar is-sistema ta' dritt ta' tranżitu (ekopunti) għal vetturi li jġorru merkanzija tqila li jgħaddu minn ġewwa l-Awstrija [2] għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 26a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 881/92) u 26aa (Protokoll Nru 9 għall-Att ta' Adeżjoni ta' l-Awstrija) ta' l-Anness XIII għall-Ftehim:

    "- 32000 R 0609: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2000 tal-21 ta' Marzu 2000 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 3298/94, li jistabbilixxi miżuri ddettaljati dwar is-sistema ta' dritt ta' tranżitu (ekopunti) għal vetturi li jġorru merkanzija tqila li jgħaddu minn ġewwa l-Awstrija (ĠU L 73, tat-22.3.2000, p. 9)."

    Artikolu 2

    It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2000 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-3 ta' Awissu 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3].

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-2 ta' Awissu 2000.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    G. S. Gunnarsson

    [1] Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

    [2] ĠU L 73, tat-22.3.2000, p. 9.

    [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati.

    --------------------------------------------------

    Top