Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999D0173

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 173/1999 tas-26 ta' Novembru 1999 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    ĠU L 61, 1.3.2001, p. 33–34 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/173(2)/oj

    21999D0173



    Official Journal L 061 , 01/03/2001 P. 0033 - 0034


    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Nru 173/1999

    tas-26 ta' Novembru 1999

    li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

    Billi:

    (1) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/94 tas-7 ta' Ġunju 1994 [1].

    (2) Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi qafas ġenerali għall-attivitajiet tal-Komunità favur il-konsumaturi (Deċiżjoni Nru 283/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [2]).

    (3) Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ sa mill-1 ta' Jannar 2000,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 6 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim wara l-paragrafu 2:

    "3. L-Istati ta' l-EFTA għandhom, mill-1 ta' Jannar 2000, jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw mill-att li ġej kif ukoll mill-atti li ġejjin minnu:

    399 D 0283 : Id-Deċiżjoni Nru 283/1999/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Jannar 1999 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-attivitajiet tal-Komunità favur il-konsumaturi (ĠU L 34, tad-9.2.1999, p. 1).

    4. L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3 bi qbil ma' l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim.

    5. L-Istati ta' l-EFTA għandhom, sa mill-bidu tal-kooperazzjoni fl-attivitajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3, jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-kumitati u korpi oħra tal-KE li jgħinu lill-Kummissjoni tal-KE fl-amministrazzjoni u l-iżvilupp ta' dawn l-attivitajiet."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar 2000, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fis-26 ta' Novembru 1999.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    N. v. Liechtenstein

    [1] ĠU L 198, tat-30.7.1994, p. 142.

    [2] ĠU L 34, tad-9.2.1999, p. 1.

    --------------------------------------------------

    Top