Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21995A0506(01)

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar il-kummerċ fil-prodotti ta' tessuti li mhux koperti bil-Ftehim bilaterali tal-MFA fir-rigward ta' kummerċ fil-prodotti tat-tessuti li nbeda' fid-9 ta' Diċembru 1998 u ġie estiż u mmodifikat bi skambju ta' ittri li beda fit-8 ta' Diċembru 1992

    ĠU L 104, 6.5.1995, p. 2–29 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2001

    Related Council decision

    21995A0506(01)



    Official Journal L 104 , 06/05/1995 P. 0002 - 0029


    Ftehim

    bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar il-kummerċ fil-prodotti ta' tessuti li mhux koperti bil-Ftehim bilaterali tal-MFA fir-rigward ta' kummerċ fil-prodotti tat-tessuti li nbeda' fid-9 ta' Diċembru 1998 u ġie estiż u mmodifikat bi skambju ta' ittri li beda fit-8 ta' Diċembru 1992

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    mill-parti l-waħda, u

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA,

    mill-parti l-oħra,

    XEWQANA li jippromwovu l-iżvilupp fl-ordni u b'mod ekwitabbli għall-kummerċ fil-prodotti tat-tessuti li m'humiex magħmula mill-qoton, suf, xagħar ta' l-annimali u fibri magħmulin mill-bniedem, bejn il-Komunità Ewropea (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "il-Komunità") u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "ċ-Ċina"), bil-għan li tissaħħaħ il-koperazzjoni għas-sigurtà u l-kummerċ,

    QABBLU li jieħdu l-aħjar konjizzjoni tal-problemi serji ekonomiċi u soċjali li preżentement qegħdin jaffettwaw l-industrija tat-tessuti kemm fil-pajjiżi li jimportaw kif ukoll dawk li jesportaw u, b'mod partikolari sabiex jiġu eliminati r-riskji reali ta' tfixkil tas-suq fis-suq tal-Komunità u r-riskji reali ta' tfixkil fil-kummerċ tat-tessuti taċ-Ċina,

    WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim ta' Koperazzjoni fil-qasam tal-Kummerċ u ta' l-Ekonomija bejn il-Komunità u ċ-Ċina,

    IDDEĊIDEW li jikkonkludu dan il-ftehim u għal dan il-għan innominaw bħala l-plenipotenzarji tagħhom:

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA:

    IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA:

    LI FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1. Il-Ftehim preżenti ikopri l-kummerċ fil-materja prima tat-tessuti u prodotti tat-tessuti, li jaqgħu fit-Taqsima XI tan-nomenklatura kkombinata, li huma mniżżla fl-Anness I li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-ftehim jew ftehim li għandu jiġi wara dan, il-Komunità tobbliga ruħha, fir-rigward tal-prodotti mniżżla fl-Anness I, li tissospendi għat-tul ta' dan il-ftehim, l-applikazzjoni ta' restrizzjonijiet kwantitattivi fl-importazzjonijiet fis-seħħ fiż-żmien ta' meta beda u li ma tintroduċix restrizzjonijeit kwantitattivi oħrajn, b'eċċezzjoni għal kif hu deskritt hawn taħt.

    3. Mingħajr preġudizzju għal miżuri kontra d-dumping u kontraventivi, miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta' prodotti mniżżla fl-Anness I għandhom ikunu projbiti għal kemm idum dan il-ftehim.

    Artikolu 2

    1. Il-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b'dan il-ftehim huwa bbażat fuq it-tariffa u n-nomenklatura statistikali u fuq it-Tariffa Doganali Komuni tal-Komunità (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa "in-nomenklatura magħquda" jew "NM" bħala abrevjazzjoni).

    Kwalunkwe emenda għan-nomenklatura magħquda (NM) magħmula skond il-proċeduri fis-seħħ fil-Komunità, fir-rigward ta' kategoriji ta' prodotti koperti b'dan il-Ftehim jew kwalunkwe deċiżjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti m'għandux ikollha l-effett li tnaqqas kwalunkwe limitu kwantitattiv skond dan il-Ftehim.

    2. L-oriġini tal-prodotti koperti b'dan il-Ftehim għandu jiġi ddeterminat skond ir-regoli fis-seħħ fil-Komunità.

    Kwalunkwe emenda lill-dawn ir-regoli ta' oriġini għandha tiġi kkomunikata liċ-Ċina u m'għandux ikollha l-effett li tnaqqas kwalunkwe limitu kwantitattiv introdott skond dan il-ftehim.

    Il-proċeduri għall-kontroll ta' l-oriġini tal-prodotti msemmija hawn fuq huma mniżżla fil-Protokoll A.

    Artikolu 3

    1. Iċ-Ċina taqbel li tistabbilixxi u żżomm għal kull sena kalendarja l-limiti kwantitattivi fuq l-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità skond l-Anness II. Dawn l-esportazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal sistema ta' kontrolli doppji msemmija fil-Protokoll A.

    2. Fl-amministrazzjoni tal-limiti kwantitattivi msemmija fil-paragrafu 1, iċ-Ċina għandha tassigura li l-industrija tat-tessuti tal-Komunità għandha tibbenefika mill-utilizzazzjoni ta' dawn il-limiti.

    Partikolarment, fir-rigward tal-kategoriji nru. 156, 157, 159 u 161, iċ-Ċina tobbliga ruħha li tirriżerva, bħala priorità, 23 % tal-limiti kwantitattivi kkonċernati għall-utenti li jappartjenu lill-industrija tat-tessuti tal-Komunità waqt id-90 jum li jibdew fl-1 ta' Jannar ta' kull sena.

    Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, il-Komunità għandha tipprovdi l-awtoritajiet Ċiniżi kompetenti, qabel it-tmiem ta' kull sena, lista ta' produtturi interessati u proċessaturi u, jekk possibbli, tal-kwantità ta' prodotti mitluba minn kull ditta. Għal dan l-għan, id-ditti kkonċernati huma mistiedna sabiex jagħmlu kuntatt dirett mal-korpi Ċiniżi relevanti sal-15 ta' Frar tas-sena li jkun imiss sabiex jgħarrfu l-intenzjonijiet ta' xiri li dawn ikollhom.

    3. Fl-eventwalità ta' denunzja ta'dan il-Ftehim kif jinsab fl-Artikolu 17(3) il-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness II għandhom jiġu mnaqqsa fuq bażi pro rata.

    Artikolu 4

    1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti tat-tessuti koperti b'dan il-Ftehim m'għandhomx ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness II sakemm dawn huma ddikjarati li huma għar-riesport barra mill-Komunità fl-istess stat li jkunu fih jew wara li jiġu pproċessati, fil-qafas tas-sistema amministrattiva ta' kontroll li jeżisti fil-Komunità.

    Madankollu, it-tluq għall-użu fid-dar fil-Komunità ta' prodotti importati taħt il-kondizzjonijiet msemmija hawn fuq huma soġġetti għall-produzzjoni ta' liċenza għall-esport maħruġa mill-awtoritajiet Ċiniżi, u għal prova ta' l-oriġini skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll A.

    2. Meta l-Awtoritajiet tal-Komunità jaċċertaw li r-riesporti tal-prodotti tat-tessuti ikunu ġew paċuta ma' limiti kwantitattivi stabbiliti taħt dan il-ftehim, imma li l-prodotti jkunu sussegwentement riesportati barra mill-Komunità, l-awtoritajiet kkonċernati għandhom jinformaw l-awtoritajiet Ċiniżi f'erba' ġimgħat bil-kwantitajiet involuti u jawtorizzaw l-importazzjonijet ta' kwantitajiet identiċi ta' l-istess prodotti li m'hux ser jiġu paċuti mal-limiti kwantitattivi stabbibiliti taħt dan il-Ftehim għas-sena korrenti jew s-sena li jkun imiss, kif xieraq.

    Artikolu 5

    1. Iċ-Ċina għandha tikkontrolla l-esportazzjonijiet tagħha tal-prodotti li huma taħt xi limitu lejn il-Komunità. Jekk sseħħ bidla f'daqqa u li toħloq preġudizzju fil-perkors tradizzjonali tal-kummerċ, il-Komunità għandha tkun intitolata li titlob konsultazzjonijiet sabiex issib soluzzjoni sodisfaċenti għal dawk il-problemi. Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien 15-il ġurnata ta' xogħol minn meta dawn jiġu mitluba mill-Komunità.

    2. Iċ-Ċina għandha tassigura li l-esporti tal-prodotti tat-tessuti li huma soġġetti għal-limiti kwantitattivi lejn il-Komunità jkunu mqassmin kemm jista' jkun b'mod ekwu fuq dik is-sena, wara li jittieħed kont tal-fatturi staġonali partikolari.

    Artikolu 6

    1. Iċ-Ċina għandha tissupplixxi l-Komunità b'informazzjoni preċiża dwar statistika fuq il-liċenzi kollha ta' l-esportazzjoni maħruġa għall-kategoriji ta' prodotti tat-tessuti soġġetti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness II, espressi fi kwantitajiet u f'termini ta' valur u maqsuma minn Stati Membri tal-Komunità.

    2. Il-Komunità għandha wkoll tibgħat lill-Awtoritajiet Ċiniżi informazzjoni preċiża dwar statistika fuq l-awtorizazzjonijiet għall-importazzjonijiet jew dokumenti maħruġa mill-Awtoritajiet tal-Komunità u statistika ta' l-importazzjonijiet għall-prodotti koperti bil-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness II.

    3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi nru 1 u 2 hawn fuq għandhom, għall-kategoriji kollha tal-prodotti, jintbgħatu qabel l-aħħar tax-xagħar wara x-xagħar li hu marbut ma' l-istatistika.

    4. Fuq talba tal-Komunità, iċ-Ċina għandha tagħti statistika dwar l-importazzjonijiet għall-prodotti kollha koperti bl-Anness I.

    5. Jekk jinstab minn analiżi ta' l-informazzjoni mogħtija li hemm diskrepanziji sinifikanti bejn ir-ritorn ta' l-esportazzjonijiet u dawk ta' l-importazzjonijiet, jistgħu jinbdew konsultazzjonijiet skond il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim.

    6. Sabiex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7, il-Komunità tobbliga ruħha li tipprovdi l-awtoritajiet Ċiniżi qabel il-15 ta' April ta' kull sena bl-istatistika dwar l-importazzjonijiet tal-prodotti tat-tessuti kollha koperti b'dan il-Ftehim, u maqsuma bejn il-pajjiż li qed jissupplixxi u l-Istati Membri tal-Komunità.

    Artikolu 7

    1. Esoprtazzjonijiet ta' prodotti tat-tessuti mhux imniżżla fl-Anness II ta' dan il-Ftehim jistgħu ikunu soġġetti għal-limitazzjonijiet kwantitattivi fuq il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi segwenti.

    2. Meta l-Komunità ssib, taħt sistema ta' kontrolli amministrattivi, li l-livell ta' importazzjonijiet tal-prodotti f'kategorija li mhux imniżżla fl-Aness II u li joriġinaw miċ-Ċina, marbuta ma' l-importazzjonijiet totali tas-sena preċedenti fil-Komunità mis-sorsi kollha ta' prodotti f'dik il-kategorija, jkun laħaq 25 % tal-kategoriji li jkopru prodotti tal-ħarir u 10 % għall-prodotti l-oħrajn kollha deskritti fl-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim, bil-għan li jintlaħaq ftehim fuq livell ta' restrizzjoni xieraq għall-prodotti li jaqgħu f'din il-kategorija.

    Il-Komunità għandha tawtorizza l-importazzjoni tal-prodotti tal-kategorija msemmija li hi importata bil-vapuri miċ-Ċina qabel id-data li fiha tkun saret t-talba għall-konsultazzjonijiet.

    Sabiex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu fis-sena 1995, l-importazzjonijiet totali tas-sena preċedenti mill-pajjiżi terzi kollha għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità kif jinsabu sal-31 ta' Diċembru u ta' l-importazzjonijiet lejn l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja. Il-Kummerċ bejn il-Komunità, l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, jew bejn l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja għandu jiġi eskluż minn dan it-total.

    3. Fil-kors ta' l-istennija ta' soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti, iċ-Ċina tobbliga ruħha li tillimita l-esportazzjonijiet tal-prodotti fil-kategorija kkonċernata lejn il-Komunità jew lejn dawk ir-reġjuni tas-suq tal-Komunità speċifikati mill-Komunità għal perjodu proviżjonali ta' tlett xhur mid-data li fiha tkun saret t-talba għal konsultazzjonijiet. Dan il-limitu proviżjonali għandu jiġi stabbilit għal 25 % tal-livell ta' importazzjonijiet li jintlaħqu waqt ix-xagħar kalendarju tas-sena preċedenti li fiha l-importazzjonijiet qabżu l-livell li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula stabbilita fil-paragrafu nru. 2, u li ġabet il-bżonn tat-talba għall-konsultazzjonijiet, jew 25 % tal-livell li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula stabbilita fil-paragrafu nru. 2, skond liema minnhom huwa l-ogħla.

    4. Jekk il-partijiet ma jkunux jistgħu jilħqu soluzzjoni sodisfaċenti, waqt il-kors tad-diskussjonijiet, waqt il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 14(1), il-Komunità għandha d-dritt li tintroduċi limitu kwantitattiv definit għal-livell annwali ta' mhux inqas mill-livell li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula stabbilita fil-paragrafu nru. 2, jew 106 % tal-livell ta' l-importazzjonijiet li jintlaħqu waqt is-sena tal-kalendarju qabel dik is-sena li fiha l-importazzjonijiet qabżu l-livell li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-formula stabbilita fil-paragrafu nru. 2 u li wassslet għall-bżonn ta' talba għall-konsultazzjonijiet, skond liema minnhom huwa l-ogħla.

    Il-livell annwali stabbilit għandu jiġi rivedut ‘l fuq wara l-konsultazzjonijiet skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu nru. 14 bil-għan li jintlaħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu nru.2 jekk il-bixra ta' l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità tal-prodotti fil-kwistjoni tagħmilha neċessarja.

    5. Il-limitazzjonijiet introdotti taħt il-paragrafi nru. 2 u 4 ma jistgħu fl-ebda każ ikun ta' inqas mill-livell ta' l-importazzjonijiet tal-prodotti f'dik il-kategorija li oriġinaw miċ-Ċina fl-1993.

    6. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw meta l-perċentwali speċifikati fil-paragrafu nru. 2 ikunu intalħqu bħala riżultat ta' nuqqas fl-importazzjonijiet totali fil-Komunità, u mhux bħala riżultat ta' żieda fl-esportazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw miċ-Ċina.

    7. Fil-każ li d-disposizzjonijet tal-paragrafi nru. 2,3 jew 4 jiġu applikati, iċ-Ċina tobbliga ruħha li toħroġ liċenzi ta' esportazzjonijiet għall-prodotti koperti mill-kuntratti konklużi qabel l-introduzzjoni tal-limiti kwantitattivi, sal-volum tal-limiti kwantitattivi stabbiliti.

    8. Sa' d-data tal-komunikazzjoni ta' l-istatistika msemmija fl-Artikolu 6(6), id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu nru. 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika fuq il-bażi ta' l-istatistika annwali li tkun ġiet preċedentement kkomunikata mill-Komunità.

    9. Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim li jirrigwardjaw l-esportazzjonijiet tal-prodotti li huma soġġetti għal-limitazzjonijiet kwantitattivi stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti li għalihom kienu introdotti skond dan l-Artikolu.

    Artikolu 8

    1. Fi kwalunkwe sena tal-Ftehim, użu avvanzat ta' parti mill-porzjon tal-limiti kwantitattivi stabbiliti għas-sena li jkun imiss huwa awtorizzat għal kull kategorija ta' prodotti sa 1 % tal-limitu kwantitattiv tas-sena tal-Ftehim korrenti, b'possibilta' li din tilħaq 5 % wara l-konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 14(1).

    Ammonti li jkunu miġjuba bil-quddiem, għandhom jiġu mnaqqsa mil-limiti kwantitattivi korrispondenti stabbiliti għas-sena tal-Ftehim li jkun imiss.

    2. Ammonti li ma jkunux użati fis-sena tal-Ftehim u li jitmexxew ‘il quddiem għal-limiti kwantitattivi għas-sena tal-Ftehim li jkun imiss jistgħu jiġu awtorizzati għal kull kategorija ta' prodotti sa' 3 % tal-limiti kwantitattivi tas-sena tal-Ftehim korrenti, b'possibilta' li jilħaq is-7 % wara l-konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 14.

    3. Trasferimenti bejn il-kategoriji m'għandhomx isiru ħlief kif ġej:

    - trasferimenti bejn il-kategoriji nru. 156, 157, 159 u 161 jistgħu isiru sa 1,5 % tal-limiti kwantitattivi għall-kategorija li għalihom ikun sar it-trasferiment,

    - trasferimenti bejn il-kategoriji rimanenti magħmulin sa 6 % tal-limitu kwantitattivi għall-kategorija li għaliha jkun sar it-trasferiment.

    4. Iż-żieda fi kwalunkwe kategorija ta' prodotti li tirriżulta mill-applikazzjoni kumulattiva tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi nru. 1, 2, u 3 waqt is-sena tal-Ftehim m'għandux jaqbeż l-14 %.

    5. It-tabella ta' ekwivalenza applikabbli għat-trasferimenti msemmija hawn fuq hija mogħtija fl-Anness I ta' dan il-Ftehim.

    6. Għandha tingħata notifika mill-Awtoritajiet Ċiniżi fil-każ li jiġu applikati l-paragrafi nru.1, 2 u 3, ta' l-anqas 15-il jum minn qabel.

    Artikolu 9

    1. Iċ-Ċina u l-Komunità jaqblu li jikkooperaw bl-iktar mod sħiħ sabiex jipprevjenu iċ-ċirkumvenzjoni ta' dan il-Ftehim bit-trasbord, rirottament jew kwalunkwe mod ieħor.

    2. Fejn l-informazzjoni disponibli lill-Komunità bħala riżultat ta' l-investigazzjonijiet magħmula skond il-proċeduri stabbiliti fil-Protokoll A tikkostitwixxi evidenza li l-prodotti ta' oriġini Ċiniża soġġetti għal-limitazzjonijiet kwantitattivi stabbiliti taħt dan il-Ftehim ikunu ġew trasbordati, rirottati jew b'xi mod ieħor importati fil-Komunità b'ċirkumvenzjoni ta' dan il-Ftehim, il-Komunità tista' titlob il-ftuħ ta' konsultazzjonijiet skond il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 14, bil-għan li jintlaħaq ftehim fuq aġġustament ekwivalenti għal-limiti kwantitattivi korrispondenti stabbiliti taħt dan il-ftehim.

    3. Iż-żewġ partijiet jaqblu li waqt li jkunu qed jieħdu ħsieb ta' każijiet ta' ċirkumvenzjoni id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim tal-Uruguay Round dwar it-tessuti u il-ħwejjeġ għandhom jiġu applikati miż-żewġ partijiet, bl-intiża li riferiment lil TMB għandu jkun disponibbli minn meta ż-żewġ partijiet isiru membri tal-WTO.

    Artikolu 10

    Iż-żewġ partijiet kontraenti jobbligaw ruħhom li jippromwovu il-viżiti ta' skambju ta' persuni, gruppi u delegazzjonijiet mill-kummerċ, sengħa u industrija, sabiex jiġu faċilitati l-kuntatti fl-oqsma industrijali, kummerċjali u tekniċi konnessi mal-kummerċ fil-prdotti u ħwejjeġ koperti mill-Ftehim preżenti u li jassistu l-organizazzjoni ta' fieri, esibizzjonijiet ta' interess reċiproku.

    Il-partijiet kontraenti, jgħarrfu l-bżonn ta' koperazzjoni industrijali avvanzata għall-prodotti koperti b'dan il-Ftehim, għandhom jikkonsultaw ‘l xulxin bil-għan li jippromwovu azzjoni sabiex jinkoraġġixxu:

    - investimenti li jistgħu jippromwovu integrazzjoni aħjar bejn l-industrija tal-ħarir taż-żewġ Partijiet u skambji teknoloġiċi,

    - l-istabbiliment ta' korp ta' arbitraġġ rikonoxxut miż-żewġ industriji sabiex jindirizza n-nuqqas ta' qbil dwar l-ilħuq tal-kondizzjonijiet u t-termini stabbiliti fil-kuntratti dwar il-punti li jikkonċernaw il-kwantitajiet u l-kwalità tal-prodotti li għandhom jiġu mwassla,

    - l-istabbiliment ta' sistema li tiggrada u toħloq standards għall-ħarir rikonoxxuti miż-żewġ industriji u ta' metodu komuni u xierqa ta' ttestjar.

    Artikolu 11

    Iċ-Ċina u l-Komunità jgħarrfu l-karattru speċjali u differenzat tar-reimporti ta' prodotti tat-tessuti fil-Komunità wara li jkunu pproċessati fiċ-Ċina.

    Sakemm dawn ikunu affettwati skond ir-regolamenti tal-Komunità li jirrigwardjaw l-ipproċessar ‘l barra ekonomiku dawn ir-reimportazzjonijiet m'għandhomx ikunu soġġetti għal-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Anness II meta dawn isiru skond l-arranġamenti speċifiċi stabbiliti fil-Protokoll B.

    Artikolu 12

    Iċ-Ċina għandha tassigura li l-provvista ta' materja prima lill-industrija tal-Komunità għandha ssir b'kondizzjonijiet li m'humiex inqas favorevoli minn dawk ta' l-utenti domestiċi Ċiniżi.

    Artikolu 13

    Iċ-Ċina għandha tassigura r-rispett għad-drittijiet dwar il-propjetà intellettwali fuq is-sinjali, disinnji u mudelli li jappartjenu lill-operaturi tal-Komunità. Iż-żewġ Partijiet, fuq talba ta' wieħed minnhom, għandhom jagħmlu l-konsultazzjonijiet skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 bil-għan li tinstab soluzzjoni ekwitabbli għal kwalunkwe nuqqas ta' qbil marbuta mad-drittijiet ta' propjetà intellettwali fuq prodotti koperti b'dan il-Ftehim.

    Artikolu 14

    1. Salv għal fejn huwa provdut xort'oħra f'dan il-Ftehim, il-proċeduri ta' konsultazzjoni msemmija f'dan il-Ftehim għandhom jkunu regolati bir-regoli segwenti:

    - kwalunkwe talba għall-konsultazzjonijiet għandha tiġi notifikata bil-miktub lill-parti l-oħra,

    - it-talba għall-konsultazzjonijiet għandha tiġi segwita fi żmien raġonevoli (u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara li tkun saret in-notifika) bi prospett li jistabbilixxi r-raġunijiet u ċ-ċirkostanzi li, fl-opinjoni tal-Parti li qed tagħmel it-talba, sabiex tiġġustifika din it-talba,

    - il-partijiet għandhom jidħlu f'konsultazzjonijiet fi żmien xagħar mill-aħħar notifika tat-talba, bil-għan li jintlaħaq ftehim fuq konklużjoni li hi aċċettabbli reċiprokament fi żmien ta' mhux aktar minn xagħar.

    2. Il-Komunità tista' titlob konsultazzjonijiet skond il-paragrafu 1 meta taċċerta ruħha, li waqt sena partikolari li fiha japplika l-Ftehim jinqalgħu xi diffikultajiet fil-Komunità jew xi reġjuni minn tagħha minn żieda qawwija u sostanzjali fl-importazzjonijiet meta mqabbla mas-sena preċedenti.

    Artikolu 15

    Dan il-Ftehim għandu jsir f'żewġ kopji fil-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Svediża, u Ċiniża, kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod.

    Artikolu 16

    Fir-rigward tal-Komunità, dan il-Ftehim għandu japplika għat-territorji, li għalihom japplika t-Trattat li jistbbilixxi l-Komunità Ewropea, bil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat.

    Artikolu 17

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xagħar wara d-data li fiha jiġI ffirmat. Għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 1995 u jibqa' applikabbli għal sentejn. Wara dan Iż-żmien, l-applikazzjoni tiegħu għandha tiġI estiża għal perjodi suċċessivi ta' sena sakemm xi Parti tinnotifika l-parti l-oħra ta' l-anqas sitt xhur qabel it-tmiem li ma taqbilx ma' l-estensjoni tal-Ftehim.

    2. Jekk iċ-Ċina ssir Membru ta' l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, ir-restrizzjonijiet fis-seħħ għandhom jieqfu milli jibqgħu fis-seħħ fil-qafas tal-Ftehim dwar it-Tessuti u l-Ħwejjeġ ta' l-Uruguay Round u b'mod notevoli d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2(8), (13) u (14), 3 (2) (b) u 9.

    3. Kwalunkwe Parti tista' fi kwalunkwe ħin tipproni modifikazzjonijiet għal dan il-Ftehim jew tiċħdu, sakemm tingħata ta' l-anqas notifika ta' dan ta' sitt xhur. F'dan il-każ il-Ftehim għandu jintemm meta jiskadi l-perjodu tan-notifika.

    4. L-Annessi u l-Protokolli ta' dan il-Ftehim u l-Minuta Miftiehma mehmużin miegħu għandhom jiffurmaw parti integrali tiegħu.

    Għal Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    Għall-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    --------------------------------------------------

    ANNESS I

    (Msemmija fl-Artikolu 1 tal-Ftehim)

    1. Dan l-Anness ikopri l-materja prima tat-tessuti (kategoriji 128 u 154), prodotti tat-tessuti għajr prodotti tas-suf jew tax-xagħar fin ta' l-annimali, qoton u fibri u filamenti magħmulin mill-bniedem u ħajt tal-kategoriji nru.124, 125 A, 125 B, 126, 127 A u 127 B.

    2. Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' interpretazzjoni tan-nomenkaltura kkombinata, il-kliem tad-deskrizzjoni ta' l-oġġetti hija kkonsidrata biss bħala valur indikattiv, minħabba li l-prodotti koperti minn kull kategorija hija ddeterminata, f'dan l-Anness mill-Kodiċi NM. Fejn hemm is-simbolu "ex" quddiem kodiċi NM, il-prodotti koperti f'kull kategorija hija ddeterminata mill-iskop tal-kodiċi NM u minn dak tad-deskrizzjoni korrispondenti.

    3. Ħwejjeġ li m'humiex rikonoxxibbli bħala ħwejjeġ ta' l-irġiel jew tas-subien jew li huma ħwejjeġ tan-nisa jew tfajliet huma kklassifikati ma' dawn ta' l-aħħar.

    4. Fejn tintuża l-espressjoni "ħwejjeġ tat-tfal" din għandha tinftiehem li tkopri ħwejjeġ sa u li jinkludu id-daqs kummerċjali nru. 86.

    GRUPP I

    Kategorija | Kodiċi NM 1994 | Deskrizzjoni | Tabella ta' ekwivalenza |

    biċċiet/kg | g/biċċa |

    (1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

    ex 20 | ex63022990ex63023990 | Bjankerija tas-sodda, għajr dik meħjuta jew minsuġa | | |

    ex 32 | ex58022000ex58023000 | Drappijiet minsuġa tal-pil u chenille u u superfiċi tessili bit-trofof | | |

    ex 39 | ex63025900ex63029900 | Għażel tal-mejda, għażel tat-toilet u għażel tal-kċina, għajr dawk meħjuta bil-malja jew bil-ganċ, għajr dawk tal-kategorija nru 118 | | |

    GRUPP II

    (1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

    ex 12 | ex61151990ex61152090ex61159900 | Panty hose u tajts, tajts tal-koxxa, tajts tal-koxxa minn taħt, kalzetti, kalzetti ta' l-għaksa, peduni u oġġetti oħrajn simili meħjuta jew bil-ganċ, għajr il-prodotti tal-kategorija 70 | 24,3 | 41 |

    ex 13 | ex61071900ex61082900 | Qliezet ta' taħt ta' l-irġiel jew tas-subien, qliezet ta' taħt tan-nisa jew tfajliet, minsuga jew bil-ganċ, | 17 | 59 |

    ex 14 | ex62102000 | Kowtijiet ta' fuq minsuġa ta' l-irġiel, kowtijiet tax-xita u kowtijiet oħra, mantelli u kapep, | 0,72 | 1389 |

    ex 15 | ex62103000 | Kowtijiet ta' fuq minsuġa tan-nisa jew tfajliet, kowtijiet tax-xita u kowtijiet oħra, mantelli u kapep, ġgieget jew glekkijiet, għajr il-parkas | 0,84 | 1190 |

    ex 18 | ex62071900ex62072900 | lbies irqiq ta' l-irġiel u tas-subien, u flokkijiet ta' taħt oħrajn, qliezet ta' taħt, qliezet ta' taħt qosra, qomos ta' bil-lejl, piġami, ilbies tal-banju, ilbies ta' l-irqad u oġġetti similari, ħlief dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ | | |

    ex62079900ex62081990ex62082900ex62089900 | Flokkijiet ta' taħt u flokkijiet oħrajn, flokkijiet bla kmiem, petticoats, qliezet ta' taħt qosra, qliezet ta' taħt, ilbiesi ta' bil-lejl, piġami, négligés, ilbies tal-banju, ilbies ta' l-irqad u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, ħlief dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ | | |

    ex 19 | ex62139000 | Mkatar, għajr dawk tal-ħarir u tar-rimi tal-ħarir | 59 | 17 |

    ex 24 | ex61072900 | qomos ta' bil-lejl, piġamas, ħwejjeġ tal-banju, blużi, u oġġetti smiliari oħrajn ta' l-irġiel jew tas-subien, maħduma bil-labar jew bil-ganċ, | 3,9 | 257 |

    ex61083900 | Ilbiesi ta' billejl, piġami, négligés, ilbies tal-banju, ilbies ta' l-irqad u oġġetti simili tan-nisa jew tal-bniet, maħduma bil-labar jew bil-ganċ | | |

    ex 27 | ex61045900 | Dbielet u dbielet maqsuma tan-nisa jew tfajliet | 2,6 | 385 |

    ex 28 | ex61034910ex62046910 | Qliezet twal, vavalori u fradal, qliezet li jintrabtu taħt l-irkoppa u xorts (għajr ħwejjeġ tal-baħar), maħduma bil-labar jew bil-ganċ, | 1,61 | 620 |

    ex 31 | ex62121000 | Brassières minsuġa, maħduma bil-labar jew tal-ganċ | 18,2 | 55 |

    ex 68 | ex62099000 | Ilbies u aċċessorji tal-ħwejjeġ tat-trabi, għajr ingwanti, mittens, u manikotti, tal-kategoriji 10 u 87, u tajts tal-koxxa, kalzetti u peduni, għajr dawk maħduma bil-labar jew tal-ganċ, tal-kategorija 88 | | |

    ex 73 | ex61121900 | Treksuts meħjutin jew bil-ganċ | 1,67 | 600 |

    ex 78 | ex62104000ex62105000 | Ħwejjeġ, għajr dawk maħduma bil-labar ta' l-intestatura Nru 5903, 5906 u 5907, għajr il-ħwejjeġ tal-kategoriji ex 14 u ex 15 | | |

    ex 83 | ex61122000ex61130090 | Ħwejjeġ ta' tessuti maħduma bil-labar jew bil-ganċ ta' l-intestatura Nru. 5903 u 5907 ta' ħwejjeġ ta' l-iski, maħduma bil-labar jew bil-ganċ | | |

    GRUPP III A

    (1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

    ex 38 B | ex63039990 | Purtieri tan-netting, għajr dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ | | |

    ex 40 | ex63039990ex63041990ex63049900 | Purtieri minsuġa (inklużi drapes, blajnds ta' ġewwa, damask tal-purtieri jew tas-sodda u artikoli oħrajn ta' għammara) għajr dwak maħduma bil-labar jew bil-ganċ, | | |

    ex 58 | ex57019010ex57019090 | Twapet, twapet żgħar u gvieret, minsuġa (kemm jekk maħdum u kemm jekk le) | | |

    ex 59 | ex57021000ex57025900ex57029900ex57039010ex57039090ex57041000ex57049000ex57050090 | Twapet u għata ta' l-art tessili ieħor, għajr it-twapet fil-kategorija ex 58, 142 u 151 B | | |

    ex 60 | ex58050000 | Tappezzeriji, magħmulin bl-idejn, tat-tip Gobelin, Flanders, Aubusson, Beauvais u oħrajn similari, tappezzeriji maħduma bil-labar (per eżempju petit point, cross stitch) magħmula f'pannelli u affarijiet similari magħmulin bl-idejn | | |

    ex 61 | ex58061000ex58062000ex58063900ex58064000 | Drappijiet minsuġa dojoq, drappijiet dojoq (bolduc) li jikkonsistu f'barma mingħajr liwja mgħaqqda permezz ta' adeżiv, għajr tikketti u artikoli similari tal-kategorija ex 62 u tal-kategorija 137 Tessuti elastiċi u tirqim (mhux minsuġa jew mahduma bil-labar), magħmulin minn materjali tat-tessuti magħmulin minn ħajt elastiku | | |

    ex 62 | ex56060091ex56060099 | Ħajt tax-xenill (inkluż ħajt tax-xenill flock), ħajt mibrum (għajr ħajt immetallizzat u ħajt mibrum tax-xagħar taż-żiemel) | | |

    ex58041011ex58041019ex58041090ex58042910ex58042990ex58043000 | Tulle u tessuti oħrajn tax-xibka, imma mhux inklużi dawk minsuġa, maħdum bil-labar jew tal-kroxe, bizzilla maħduma bil-magni jew bl-idejn, bil-biċċa, fi strippi jew f'disinni | | |

    ex58071010ex58071090 | Tabelli, stemmi u oġġetti simili ta' materjali tessili, mhux irrakkmati, bil-biċċa,fi strippi jew jew maqtugħin bid-daqs jew forma, minsuġa | | |

    ex58081000ex58089000 | Tberfil u triqim ornamentali bil-biċċa; ġummien, pompons u oġġetti simili | | |

    ex58101010ex58101090ex58109910ex58109990 | Rakkmu, bil-biċċa,fi strippi jew f'disinni | | |

    ex 63 | ex59069100 | Tessut maħdum bil-labar jew minsuġ ta' fibri sintetiċi li għandhom 5 % bil-piż jew iktar ta' ħajt elastometriku u tessut maħdum bil-labar jew minsuġ li għandu 5 % bil-piż jew iktar ta' ħajt tal-lastiku | | |

    ex60021010ex60021090ex60023010ex60023090 | | |

    ex 65 | ex56060010 | Tessut maħdum bil-labar jew minsuġ, għajr dawk tal-kategoriji ex 63 | | |

    ex60021010ex60023010 | | | |

    ex 66 | ex63011000ex63019090 | Twapet ta' l-ivvjaġġar u kutri, għajr dawk minsuġa jew maħduma bil-labar, | | |

    GRUPP III B

    (1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

    ex 10 | ex61161010ex61161090ex61169900 | ingwanti, mittens, u manicotti, maħduma bil-labar jew bil-ganċ | 17-il par | 59 |

    ex 67 | ex58079090 | Aċċessorji tal-ħwejjeġ maħduma bil-labar jew bil-ganċ, għajr tat-trabi, drappijiet ta' użu fid-dar ta' kull tip, maħduma bil-labar jew bil-ganċ; purtieri (inklużi drapes,) blajnds ta' ġewwa, damask tal-purtieri jew tas-sodda u artikoli oħrajn ta' għammara maħduma bil-labar jew bil-ganċ; kutri maħduma bil-labar jew bil-ganċ u gvieret ta' l-ivjaġġar, artikoli oħrajn maħduma bil-labar jew bil-ganċ inklużi biċċiet minn ħwejjeġ jew minn aċċessorji tal-ħwejjeġ | | |

    ex61130010 | | |

    ex61171000ex61172000ex61178010ex61178090ex61179000 | | |

    ex63019010 | | |

    ex63021090ex63024000 | | |

    ex63031900 | | |

    ex63041100ex63049100 | | |

    ex63071010ex63079010 | | |

    ex 69 | ex61081990 | Flokkijiet bla kmiem, petticoats tan-nisa jew tfajliet, maħduma bil-ganċ jew bil-labar | 7,8 | 128 |

    ex 72 | ex61123910ex61123990ex61124910ex61124990 | Ilbies ta' l-għawm | 9,7 | 103 |

    ex62111100ex62111200 | | |

    ex 75 | ex61031900ex61032900 | Ilbies jew taqbiliet ta' l-irġiel jew tas-subien | 0,80 | 1250 |

    ex 85 | ex62159000 | Ingravati, ċfuf u kravatti li mhux maħduma bil-labar jew bil-ganċ, għajr dawk tal-kategorija nru. 159 | 17,9 | 56 |

    ex 86 | ex62122000ex62123000ex62129000 | Korsets, ċineg tal-korsets, ċineg tas-suspenders, braces, garters u affarijiet similari u partijiet minnhom, li mhux maħduma bil-labar jew bil-ganċ | 8,8 | 114 |

    ex 87 | ex62160000ex62099000 | ingwanti, mittens, u manicotti, mhux maħduma bil-labar jew bil-ganċ | | |

    ex 88 | ex62171000ex62179000ex62099000 | tajts tal-koxxa, kalzetti u peduni għajr dawk maħduma bil-labar jew tal-ganċ; aċċessorji tal-ħwejjeġ oħrajn, u partijiet minn biċċiet tal-ħwejjeġ jew ta' aċċessorji tal-ħwejjeġ, għajr dawk tat-trabi, ħlief dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ | | |

    ex 91 | ex63062900 | Tined | | |

    ex 94 | ex56011090ex56012900ex56013000 | Materjal tat-tessuti ta' l-ilbies tat-tieġ u artikoli tiegħu; fibri tat-tessuti, ta' mhux aktar minn 5 mm tul (flokk), trab tat-tessuti u napep tax-xogħol | | |

    ex 95 | ex56021019ex56021039ex56021090ex56022990ex56029000 | Feltru u oġġetti magħmulin minnu, kemm jekk għandhom lega jew b'kowting, għajr oġġetti li jgħattu ta' l-art | | |

    ex58079010ex62101010ex63079091 | | |

    ex 97 | ex56089000 | Xbieki u netting magħmulin minn ħjut, ħbula jew wajer u magħmulin bħala xbieki tas-sajd, xbieki tal-ħajt,ħabel jew ċwiemi | | |

    ex 98 | ex56090000 | Oġġetti oħrajn magħmulin minn ħajt, ħbula, ċwiemi u kejbils, għajr drappijiet tat-tessut, oġġetti magħmulin minn dawn it-tip ta' drappijiet u oġġetti tal-kategorija ex 97 | | |

    ex59050010 | | |

    ex 99 | ex59011000ex59019000 | Drappijiet tat-tessuti b'kowting ta' gomma jew sostanzi amilossużi, ta' tip użat fil-qoxra tal-kotba u tipi oħrajn; drapp ta' l-itraċċar; tila ppreparata; barkum u drappijiet similari użati għall-kappelli u użi similari | | |

    ex59041000ex59049110ex59049190ex59049200 | Linolju, sew jekk maqtugħ għall-forma sew jekk le, jew ta' tip użat biex jgħatti l-art; materjali użati biex jgħattu l-art li jikkonsistu minn kowting applikat fuq bażi ta' tessut, sew jekk maqtugħ skond forma jew le | | |

    ex59061010ex59061090ex59069910ex59069990 | Drapp tat-tessuti tal-gomma, li mhux innittjat jew maħduma bil-ganċ: għajr dak użat għat-tajers | | |

    ex59070000 | Drapp tat-tessuti mimlijin jew b'kowting ieħor; kanvas miżbugħ użat bħala xenarju teatrali, fundal użat fl-istudjos jew affarijiet similari, għajr dwak tal-kategorija ex 100 | | |

    ex 100 | ex59031010ex59031090ex59032010ex59032090ex59039010ex59039091ex59039099 | Drappijiet tat-tessuti mimlija, b'kowting, mgħottija jew laminati bi preparazzjonijiet ta' derivattivi ċellulożi jew ta' materjali artifiċjali tal-plastik oħrajn | | |

    ex 109 | ex63061900ex63063900 | Tarpolini, qlugħ, tined tal-bastimenti u tendini | | |

    ex 110 | ex63069900 | Saqqijiet pnewmatiċi minusġa | | |

    ex 111 | ex63069900 | Oġġetti tal-kampeġġ, minusġa, għajr saqqijiet pnewmatiċi minusġa u tined | | |

    ex 112 | ex63072000ex63079099 | Oġġetti oħrajn magħmulin mit-tessuti, għajr dawk tal-kategoriji ex 113 u ex 114 | | |

    ex 113 | ex63071090 | Drappijiet ta' l-art, tal-platti, biċċiet tat-tindif, dusters, għajr dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ | | |

    ex 114 | ex59080000ex59090090ex59100000ex59111000ex59113119ex59113190ex59113210ex59113290ex59114000ex59119010ex59119090 | Drappijiet minusġa u oġġetti għall-użu tekniku, għajr dawk tal-kategorija 136 | | |

    GRUPP IV

    (1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

    115 | 530610115306101953061031530610395306105053061090530620115306201953062090530890115308901353089019 | Ħajt tal-flax jew tar-ramina | | |

    117 | 530911115309111953091190530919105309199053092110530921905309291053092990 | Drappijiet minusġa tal-flax jew tar-ramina | | |

    53110010 | | |

    58039090 | | |

    5905003159050039 | | |

    118 | 63022910630239106302393063025200ex6302590063029200ex63029900 | Drappijiet tal-mejda, tat-toilet, u tal-kċina, tal-flax jew ramina, li mhux maħdum bil-labar jew bil ganċ | | |

    120 | ex63039990 | Purtieri (inklużi drapes,) blajnds ta' ġewwa, damask tal-purtieri jew tas-sodda u artikoli oħrajn ta' għammara għajr dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tal-flax jew tar-ramina | | |

    63041930ex63049900 | | |

    121 | ex56079000 | Ħjut, ħbula, ċwiemi u kejbils, mmaljati jew le, tal-flax jew tar-ramina | | |

    122 | ex63059000 | Basktijiet u boroż, ta' tip użat fl-ippakkettar ta' l-oġġetti, użati tal-flax, għajr dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ | | |

    123 | 58019010 | Drappijiet minsuġa bil-pil,.drappijiet chenilletal-flax jew tar-ramina għajr id-drappijiet minsuġa fin | | |

    62149090 | Xallel, mufflers, mantillas, velijiet u affarijiet simialri, tal-falx jew tar-ramina, għajr dawk maħduma bil-labar jew bil-ganċ | | |

    GRUPP V

    (1) | (2) | (3) | (4) | (5) |

    124 | 55011000550120005501300055019000 | | | |

    550310115503101955031090550320005503300055034000 | | | |

    5503901055039090 | | | |

    5505101055051030550510505505107055051090 | | | |

    125 A | 540241105402413054024190540242005402431054024390 | Ħajt tal-filament sintetiku (kontinwu) u mhux intiż għal bejgħ | | |

    125 B | 5404101054041090540490115404901954049090 | Monofilament, strippep, (tat-tiben artifiċjali u affarijiet similari) u imitazzjoni tal-catgut ta' materjali sintetiċi | | |

    ex5604200056049000 | | | |

    126 | 5502001055020090 | Fibri għar-rimi artifiċjali | | |

    5504100055049000 | | | |

    55052000 | | | |

    127 A | 54033100ex5403320054033310 | Ħjata ta' filamenti sintetiċi, (kontinwi)mhux maħsuba għall-bejgħ, ħajt singolu tar-rajon viskuż, mhux imdawwar jew b'tidwira ta' mhux aktar minn 250 dawra f'kull metru u ħajt mhux mibrum ta'l-aċetat taċ-ċellulosi | | |

    127 B | 54050000 | Monofilament, strippep, (tat-tiben artifiċjali u affarijiet similari) u imitazzjoni tal-catgut ta' materjali sintetiċi | | |

    ex56049000 | | | |

    128 | 51054000 | suf ta' l-annimali aħrax, mimxut jew minsuġ bil-moxt | | |

    129 | 51100000 | Hajt tas-suf aħrax ta' l-annimali | | |

    130 A | 5004001050040090 | Ħajt tal-ħarir għajr il-ħajt magħmul mir-rimi tal-ħarir | | |

    50060010 | | | |

    130 B | 5505001055050090 | Ħajt tal-Ħarir għajr dak tal-kategorija 130 A; gut tad-dudu tal-ħarir | | |

    50060090 | | | |

    ex56049000 | | | |

    131 | 53089090 | Ħajt tal-fibri oħrajn tat-tessut organiku | | |

    132 | 53083000 | Ħajt tal-karti | | |

    133 | 5308201053082090 | Ħajt magħmul mill-hemp | | |

    134 | 56050000 | Ħajt immetallizzat | | |

    135 | 51130000 | Drappijiet minusġa tas-suf aħrax ta' l-annimali jew taż-żwiemel | | |

    136 A | 50072019ex50072031ex50072039ex5007204150072059500720615007206950072071500790305007905050079090 | Drappijiet minusġa tal-ħarir jew tar-rimi tal-ħarir għajr dak li mhux ibblijċjat, mibrux jew ibblijċjat | | |

    136 B | 500710005007201150072021ex50072031ex50072039ex50072041500720515007901058039010ex59050090ex59112000 | Drappijiet minusġa tal-ħarir jew tar-rimi tal-ħarir għajr dawk tal-kategorija 136 A | | |

    137 | ex58019090 | Drappijiet minusġa tal-pil u tax-chenille u drappijiet minusġa fin ital-ħarir, jew tar-rimi tal-ħarir | | |

    ex58061000 | | | |

    138 | 53110090 | Drappijiet minusġa tal-ħajt tal-karti u drappijiet tat-tessuti oħrajn għajr dawk tar-ramina | | |

    ex59050090 | | | |

    139 | 58090000 | Drappjiet minusġa tal-ħajt tal-metall jew ħajt immetallizzat | | |

    140 | ex600110006001299060019990 | Drappijiet tal-materjal tat-tessuti maħdum bil-labar jew bil-ganċ għajr dak tas-suf jew tax-xagħar fin ta' l-annimali, qoton jew fibri magħmulin mill-bniedem | | |

    600220906002490060029900 | | | |

    141 | ex63019090 | Kutri ta' l-ivjaġġar u gvieret ta' materjal ta-tessuti għajr tas-suf jew tax-xagħar fin ta' l-annimali, qoton jew fibri magħmulin mill-bniedem | | |

    142 | ex57023990ex57024990ex57025900ex57029900 | Twapet u tessuti oħrajn li jgħatti l-art tas-sisal, ta' fibri oħrajn tat-tip Agave jew tal-ħemp ta' Manilla | | |

    ex57050090 | | | |

    144 | 5602103556022910 | Feltru tax-xagħar aħrax ta' l-annimali | | |

    145 | 56073000ex56079000 | Ħbula, ċwiemi u kejbils, mmaljati jew le, abaca (ħemp ta-Manilla) jew tal-ħemp | | |

    146 A | ex56072100 | Ċima li torbot jew tferraq użati fil-magni ta' l-agrikoltura, tas-sisal jew ta' fibri oħrajn tat-tip Agave | | |

    146 B | ex560721005607291056072990 | Ħbula, ċwiemi jew kejbils tas-sisal jew ta' fibri oħrajn tal-familja Agave, għajr il-prodotti msemmija fil-kategorija 146A | | |

    146 C | 56071000 | Ħbula, ċwiemi jew kejbils kemm jekk immaljati jew mibruma u kemm jekk le, tal-ġjut jew tad-drappijiet tat-tessuti bast tat-titolu nru. 5303 | | |

    147 | 50039000 | Rimi tal-ħarir (inklużi qoxra ta-dudu li ma tistgħax tinħadem), rimi tal-ħajr u stokk garenettat, għajr dak li mhux mimxut jew minusuġ | | |

    148 A | 530710105307109053072000 | Ħajt tal-ġjut jew tal-fibri tat-tessuti bast tat-titolu nru. 5303 | | |

    148 B | 53081000 | Ħajt tal-coir | | |

    149 | 53101090ex53109000 | Fibri minusġa tal-ġjut jew ta' tessuti oħrajn tal-fibri tal-bast ta' ħxuna ta' iktar minn 150 cm | | |

    150 | 53101010ex53109000 | Fibri minusġa tal-ġjut jew ta' tessuti oħrajn tal-fibri tal-bast ta' ħxuna ta' mhux iktar minn 150 cm | | |

    5905005063051090 | Boroz u basktijiet, ta' tip użat għall-ipakkettar ta' l-oġġetti, tal-ġjut jew ta' tessuti oħrajn tal-fibri bast, għajr dawk użati | | |

    151 A | 57022000 | Materjali li jgħatti l-art tal-fibri tal-coconut (coir) | | |

    151 B | ex57023990ex57024990ex57025900ex57029900 | Twapet u tessuti oħrajn li jgħattu l-art tal-ġjut jew ta' tessuti oħrajn tal-fibri tal-bast, għajr dawk ikkuttunati jew bi trofof | | |

    152 | 56021011 | Feltru tax-xogħol tal-labar tal-ġjut jew ta' tessuti oħrajn tal-bast, għajr dawk ikkuttunati jew bi trofof | | |

    153 | 63051010 | Basktijiet u boroż użati, ta' tip użat fl-ippakkettar ta' l-oġġetti, tal-ġjut jew ta' tessuti oħrajn tal-bast tat-titolu nru 5303 | | |

    154 | 50010000 | Qoxra tad-dudu tal-ħarir, li jista' jinħadem | | |

    50020000 | Ħarir mhux maħdum (mhux pproċessat) | | |

    50031000 | Rimi tal-ħarir (inkluża l-qoxra tad-dudu li mhux tajba biex tinħadem), rimi tal-ħajt u stokk garnettat, mhux mimxut jew minusġ bil-moxt | | |

    5101110051011900510121005101290051013000 | Suf mhux mimxut jew minusġ bil-moxt | | |

    5102101051021030510210505102109051022000 | Xagħar ta' l-annimali, fin jew aħrax, mhux mimxut jew minusġ bil-moxt | | |

    510310105103109051032010510320915103209951033000 | Rimi tas-suf jew tax-xagħar fin jew aħrax ta' l-annimali, inkluż rimi tal-ħajt imma mhux stokk garnettat | | |

    51040000 | Stokk garnettat tas-suf jew xagħar ta' l-annimali aħrax jew fin | | |

    5301100053012100530129005301301053013090 | Flax, mhux maħdum jew ipproċessat imma mhux mibrum: tow tal-flax u rimi (inklużi rimi tal-ħajt u stokkijiet garnettati) | | |

    5305910053059900 | Ramie u tessuti tal-fibra veġetali oħrajn mhux maħduma jew ipproċessati imma mhux mibruma: tow, noils, u rimi għajr il-coir u l-abaca tat-titolu nru 5304 | | |

    5201001052010090 | Qoton, mhux mimxut jew minusġ bil-moxt | | |

    520210005202910052029900 | Rimi tal-qoton (inklużi rimi tal-ħajt u stokk garnettat) | | |

    5302100053029000 | Ħemp (Cannabis Sativa L.), mhux maħduma jew ipproċessata imma mhux mibruma, tow, u rimi tal-ħemp (inkluż rimi tal-ħajt u stokk garnettat) | | |

    5305210053052900 | Abaca (ħemp tal-Manilla jew Musa textiles Nee), mhux maħdum jew ipproċessati imma mhux mibruma: tow, noils, u rimi tal-abaca (inkluż ir-rimi tal-ħajt u stokk garnettat) | | |

    5303100053039000 | Ġjut u tessuti oħrajn tal-fibra tal-bast (esklużi l-flax, ħemp i ramie), mhux maħduma jew ipproċessati imma mhux mibruma: tow u rimi tal-ħemp (inklużi r-rimi tal-ħajt u stokk garnettat) | | |

    5304100053049000 | Fibri tat-tessuti veġetali oħrajn, mhux maħduma jew ipproċessati imma mhux mibruma: tow, noils, u rimi ta' dan it-tip ta' fibri (inklużi r-rimi tal-ħajt u stokk garnettat) | | |

    53051100530519005305910053059900 | | | |

    156 | 61069030 | Blawżijiet u pullovers maħduma bil-labar jew bil-ganċ tal-ħarir jew tar-rimi tal-ħarir għan-nisa jew tfajliet | | |

    ex61109090 | | | |

    157 | 6101901061019090 | Ħwejjeġ, maħduma bil-labar jew bil-ganċ, esklużi ħwejjeġ tal-kategoriji ex 10, ex 12, ex 13, ex 24, ex 27, ex 28, ex 67, ex 69, ex 72, ex 73, ex 75, ex 83 u 156 | | |

    6102901061029090 | | | |

    ex6103390061034999 | | | |

    ex61041900ex61042900ex610439006104490061046999 | | | |

    61059090 | | | |

    6106905061069090 | | | |

    ex61079900 | | | |

    61089990 | | | |

    61099090 | | | |

    61109010ex61109090 | | | |

    ex61119000 | | | |

    61149000 | | | |

    159 | 62044910 | Ilbiesi, blawżijiet u blawżijiet qomos, mhux maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tal-ħarir jew tar-rimi tal-ħarir | | |

    62061010 | | | |

    62141000 | Xallel, mufflers, mantillas, velijiet u affirijiet similari, mhux maħduma bil-labar jew bil-ganċ, tal-ħarir jew tar-rimi tal-ħarir | | |

    62151000 | Ingravati, ċfuf u kravatti, tal-ħarir jew tar-rimi tal-ħarir | | |

    160 | 62131000 | Imkatar tal-ħarir jew tar-rimi tal-ħarir | | |

    161 | 6201190062019900 | Ħwejjeġ, mhux maħduma bil-labar jew bil-ganċ, esklużi l-ħwejjeġ tal-kategoriji ex14, ex 15, ex 18, ex 31, ex 68, ex 72, ex 78, ex 86, ex 87, ex 88 u 159 | | |

    6202190062029900 | | | |

    62031990620329906203399062034990 | | | |

    620419906204299062043990620449906204599062046990 | | | |

    6205901062059090 | | | |

    6206901062069090 | | | |

    ex621120006211390062114900 | | | |

    --------------------------------------------------

    ANNESS II

    Limiti kwantitattivi Annwali tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 3(1)

    (Id-deskrizzjoni tal-kategoriji tal-prodotti mniżżla f'dan l-Anness jistgħu jinstabu fl-Anness nru. I ta' dan il-Ftehim)

    Kategoriji | Unità | Limitazzjonijiet Kwantitattivi |

    1995 | 1996 |

    Ex 13 [1] | 1000 biċċa | 616 | 634 |

    Ex 18 [1] | tunnellati | 759 | 793 |

    Ex 20 [1] | tunnellati | 33 | 35 |

    Ex 24 [1] | 1000 biċċa | 142 | 149 |

    Ex 39 [1] | tunnellati | 322 | 337 |

    115 | tunnellati | 979 | 1008 |

    117 | tunnellati | 466 | 480 |

    118 | tunnellati | 1018 | 1059 |

    120 | tunnellati | 401 | 417 |

    122 | tunnellati | 137 | 143 |

    123 | tunnellati | 68 | 71 |

    124 | tunnellati | 749 [2] | 779 [2] |

    125A | tunnellati | 16 | 16 |

    125 B | tunnellati | 29 | 31 |

    126 | tunnellati | 16 | 16 |

    127 A | tunnellati | 21 | 22 |

    127 B | tunnellati | 10 | 11 |

    136 A | tunnellati | 320 | 333 |

    140 | tunnellati | 105 | 109 |

    145 | tunnellati | 21 | 22 |

    146 A | tunnellati | 125 | 130 |

    146 B | tunnellati | 188 | 196 |

    151 B | tunnellati | 1933 | 2011 |

    156 | tunnellati | 2588 | 2679 |

    157 | tunnellati | 10250 | 10506 |

    159 | tunnellati | 3950 | 3990 |

    160 | tunnellati | 44 | 45 |

    161 | tunnellati | 13136 | 13465 |

    [1] Kategoriji mmarkati b' "ex" ikopru prodotti għajr dawk tas-suf jew xagħar fin ta' l-annimali, qoton jew materjal tat-tessut sintetiku jew artifiċjali.

    [2] Dan il-limitu ma japplikax għal fibri tal-polivinill alkoħoliku li jaqa' fil-Kodiċi NM ex55039090.

    --------------------------------------------------

    PROTOKOLL A

    TITOLU I

    KLASSIFIKAZZJONI

    Artikolu 1

    1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jobbligaw ruħhom li jinformaw liċ-Ċina bi kwalunkwe tibdil fin-nomenklatura kkombinata (NM) qabel id-data li dawn jidħlu fis-seħħ fil-Komunità.

    2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jobbligaw ruħhom li jinformaw l-awtoritajiet kompetenti taċ-Ċina bi kwalunkwe deċiżjonijiet fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li huma soġġetti għall-Ftehim fi żmien ta' mhux aktar minn xagħar minn meta dawn jiġu adottati. Din il-komunikazzjoni għandha tinkorpora:

    (a) deskrizzjoni tal-prodotti kkonċernati;

    (b) il-kategorija relevanti u l-kodiċijiet NM relevanti;

    (ċ) ir-raġunijiet li wasslu għal din id-deċiżjoni.

    3. Meta deċiżjoni dwar klassifikazzjoni tirriżulta f'xi biddla fil-prattiċi ta' klassifikazzjoni jew biddla fil-kategorija ta' xi prodott soġġett għal dan il-Ftehim, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jagħtu notifika ta' 30 jum, mid-data li fiha tkun saret il-komunikazzjoni tal-Komunità, qabel ma tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni. Prodotti trasbordati qabel id-data fid-dħul tad-deċiżjoni għandhom jibqgħu soġġetti għall-prattiċi ta' klassifikazzjoni li kienet preċedentement tintuża, sakemm l-oġġetti huma ppreżentati għall-importazzjoni fil-Komunità waqt is-60 jum qabel din id-data.

    4. Meta deċiżjoni tal-Komunità dwar il-klassifikazzjoni tirriżulta f'tibdil fil-prattiċi ta' klassifikazzjoni jew f'biddla fil-kategorizazzjoni ta' kwalunkwe prodott soġġett għall-Ftehim jaffettwa kategorija li hi soġġetta għal-limitazzjonijiet kwantitattivi, il-Partijiet Kontraenti jaqblu li jidħlu f'konsultazzjoni skond il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 14 ta' dan il-Ftehim bil-għan li jonoraw l-obbligazzjonijiet tat-tieni subinċiż ta' l-Artikolu 2(1) tal-Ftehim.

    5. Fil-każ ta' opinjonijiet diverġenti bejn iċ-Ċina u l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità meta jidħlu fis-seħħ il-klassifikazzjonijiet fil-Komunità ta' prodotti koperti b'dan il-Ftehim, il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata proviżjonalment fuq l-indikazzjonijiet provduti mill-Komunità, fil-perkors tal-konsultazzjonijiet skond l-Artikolu 14 tal-Ftehim bil-għan li jintlaħaq ftehim fuq klassifikazzjoni definittiva tal-prodott ikkonċernat.

    TITOLU II

    ORIĠINI

    Artikolu 2

    1. Prodotti li joriġinaw miċ-Ċina għall-esportazzjoni lejn il-Komunità skond l-arranġamenti stabbiliti b'dan il-Ftehim għandhom jiġu akkumpanjati b'ċertifikat ta' oriġini Ċiniża konformi mal-mudell anness ma' dan il-Protokoll.

    2. Iċ-ċertifikiat ta' oriġini għandu jkun iċċertifikat mill-awtoritajiet Ċiniżi kompetenti jekk il-prodotti msemmija jistgħu jkunu kkunsidrati bħala prodotti li joriġinaw minn dak il-pajjiż fl-ambitu tat-tifsira tar-regoli relevanti fil-Komunità.

    Artikolu 3

    Iċ-ċertifikat ta' l-oriġini għandu jkun maħruġ biss meta ssir applikazzjoni bil-miktub mill-esportatur jew, taħt ir-responsabbilità ta' l-esportatur, minn rappreżentant awtoriżżat tiegħu. L-awtroritajiet Ċiniżi kompetenti għandhom jaċċertaw li ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jkun debitament komplut u għal dan l-għan għandhom jikkomunikaw sabiex jieħdu l-evidenza dokumentarja neċessarja jew sabiex jagħmlu kwalunkwe kontroll li dawn jikkunsidraw xieraq.

    Artikolu 4

    Fejn hemm stabbiliti kriterji differenti sabiex tiġi ddeterminata l-oriġini għall-prodotti li jaqgħu fl-istess kategorija iċ-ċertifikati jew dikjarazzjonijiet ta' oriġini għandhom ikollhom deskrizzjoni suffiċjentement dettaljati ta' l-oġġetti sabiex jippermetti li jiġi ddeterminat il-kriterju Ċiniż, fuq il-bażi li fuqha jkun maħruġ jew li fuqha tkun saret id-dikjarazzjoni.

    Artikolu 5

    Fejn jinstabu differenzi żgħar bejn id-dikjarazzjonijiet magħmula fiċ-ċertifikat ta' l-oriġini u dawk magħmulin fid-dokumenti pprodotti lill-uffiċċju doganali sabiex isiru l-formalitajiet sabiex jiġu importati l-prodotti m'għandhomx jiddubitaw ipso facto fid-dikjarazzjonijiet magħmulin fiċ-ċertifikat.

    TITOLU III

    SISTEMA TA' KONTROLLI DOPPJI GĦALL-KATEGORIJI TA' PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAL-LIMITI KWANTITATTIVI TAL-KOMUNITÀ'

    Taqsima I

    Esportazzjoni

    Artikolu 6

    L-awtoritajiet kompetenti taċ-Ċina għandhom joħorġu liċenza ta' l-esportazzjoni fir-rigward tal-konsenji kollha miċ-Ċina tal-prodotti tat-tessuti msemmija fl-Anness II, sal-limiti kwantitattivi relevanti kif jistgħu jiġu mmodifikati mill-Artikolu 3(3) u l-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim, kif ukoll tal-prodotti tat-tessuti soġġetti għal kwalunkwe limiti kwantitattivi definittivi jew proviżjonali stabbiliti bħala riżultat ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 7 tal-Ftehim.

    Artikolu 7

    1. Il-liċenza ta' l-esportazzjoni għandha tkun konformi mal-mudell anness ma' dan il-Protokoll u hija valida għall-esportazzjoni fit-territorji doganali li għalihom japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    2. Kull liċenza ta' l-esport għandha tiċċertifika inter alia li l-kwantità tal-prodott fil-kwestjoni ġiet paċuta mal-limiti kwantitattivi stabbiliti għall-kategorija ta' prodotti kkonċernati u għandu jkopri waħda mill-kategoriji tal-prodotti soġġetti għal-limiti kwantitattivi. Jista' jiġi użat għal konsenja waħda jew iktar tal-prodotti msemmi.

    Artikolu 8

    L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jiġu informati immedjatament bl-irtirar jew il-modifikazzjoni ta' kwalunkwe liċenza ta' l-esportazzjoni li tkun diġa ħarġet.

    Artikolu 9

    1. L-Esportazzjonijiet għandhom jiġu paċuti minn limitazzjonijiet kwantitattivi stabbiliti għas-sena li fiha jkun sar it-trasbord ta' l-oġġetti anke jekk il-liċenza ta' l-esoprtazzjoni tkun inħarġet wara li jkun sar it-trasbord.

    2. Sabiex jiġI applikat il-paragrafu Nru. 1, it-trasbord ta' l-oġġetti huwa kkonsidrat li sar fid-data ili dawn jiġu mgħobbija fuq l-arjuplan, vejikolu jew vapur li jkun ser jesporta.

    Artikolu 10

    Il-preżentazzjoni ta' liċenza ta' l-esport, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 12 hawn isfel, għandu jiġi affettwat sa mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu tas-sena wara li fiha jkunu ġew trasbordati l-oġġetti koperti bil-liċenza.

    Taqsima II

    Importazzjoni

    Artikolu 11

    L-Importazzjoni fil-Komunità tal-prodotti tat-tessuti soġġetti għal-limiti kwantitattivi għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni.

    Artikolu 12

    1. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom joħorġu awtorizzazzjoni għall-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-preżentazzjoni mill-importatur ta' l-oriġinal tal-liċenza korrispondenti ta' l-esportazzjoni.

    2. L-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni għandha tkun valida għal sitt xhur mid-data tal-ħruġ tagħhom għall-importazzjonijiet fit-territorju doganali li għaliha japplika t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

    3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jikkanċellaw l-awtorizzazzjoni diġa maħruġa kull meta l-liċenza ta' l-esportazzjoni korrispondenti tkun ġiet irtirata.

    Madankollu, jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità huma notifikati bl-irtirar jew il-kanċellazzjoni tal-liċenza ta' l-esportazzjoni wara l-importazzjoni tal-prodotti fil-Komunità, il-kwantitajiet relevanti għandhom jiġu paċuti mal-limiti kwantitattivi stabbiliti għall-kategorija u s-sena tal-kwota kkonċernata.

    Artikolu 13

    1. Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jaraw li t-total tal-kwantitajiet koperti bil-liċenzi ta' l-esportazzjoni maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti taċ-Ċina għal kategorija partikolari fi kwalunkwe sena teċċedi l-limiti kwantitattivi stabbiliti skond l-Artikoli 3 u 7 tal-Ftehim għal dik il-kategorija, kif jistgħu jiġu modifikati bl-Artikolu 3(3) u l-Artikoli 8 u 9 tal-Ftehim, l-Awtoritajiet msemmija jistgħu jissospendu ħarġa ġdida ta' l-awtorizzazzjoni għall-importazzjonijiet. F'dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jinformaw l-awtoritajiet taċ-Ċina u l-proċedura speċjali ta' konsultazzjoni stabbilita fl-Artikoli 14 tal-Ftehim għandhom jiġu inizzjati immedjatament.

    2. Esportazzjonijiet ta' prodotti ta oriġini Ċiniża soġġetti għal limitazzjonijiet kwantitattivi u li m'humiex koperti bil-liċenzi Ċiniżi ta' l-esportazzjoni maħruġa skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jistgħu ma tinħariġilhomx awtorizzazzjoni għall-importazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità.

    Madankollu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tal-Ftehim, jekk l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti huwa permess fil-Komunità mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità, il-kwantitajiet involuti m'għandhomx jiġu paċuti mal-limiti kwantitattivi xierqa stabbiliti fl-Anness II jew permezz ta' l-Artikolu 7, mingħajr ftehim espress tal-awtorità Ċiniża kompetenti.

    TITOLU IV

    FORMA U PRODUZZJONI TA' ĊERTIFIKATI TA' L-ESPORTAZZJONIJIET U ĊERTIFIKATI TA' L-ORIĠINI, U DISPOSIZZJONIJIET KOMUNI FIR-RIGWARD TA' L-ESPORTAZZJONIJIET LEJN IL-KOMUNITÀ'

    Artikolu 14

    1. Il-liċenza ta' l-esportazzjoni u ċ-ċertifikati ta' l-oriġini jistgħu jiġu kkopjati addizjonalment li jkunu debitament indikati bħala tali. Dawn għandhom isiru bl-Ingliż jew bil-Franċiż. Jekk dawn huma mimlijin bil-kitba, il-kitba għandha ssir bill-inka u bi kliem stampat.

    Id-dokumenti għandhom ikunu ta' daqs ta' 210 × 297 mm. Il-karta għandha tkun bajda, mdaqqsa kif imsemmi, li mingħajr qalba u ta' piż ta' mhux inqas minn 25 g/m2. Jekk id-dokumenti jinsab f'ħafna kopji, il-kopja ta' fuq biss, li hi l-oriġinali, għandha tiġi stampata bl-istil ta' l-isfond guilloche. Din il-kopja għandha tiġi mmarkata bħala "oriġinali" u l-kopji l-oħra bħala "kopji". L-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità għandhom jaċċettaw l-oriġinali bħala valida għal-għan ta' l-esportazzjoni lejn il-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

    2. Kull dokument għandu jkollu numru tas-serje standard, kemm jekk stampat u kemm jekk le, li biħ jista' jkun identifikat.

    Dan in-numru għandu jkun kompost mill-elementi segwenti:

    - żewġ ittri li jidentifikaw il-pajjiż li qiegħed jesporta kif ġej: NM,

    - żewġ ittri li jidentifikaw l-Istati Membri intiżi għall-clearance mid-dwana kif ġej:

    AT = Awstrija

    BL = Benelux

    DE = Ġermanja

    DK = Danimarka

    EL = Greċja

    ES = Spanja

    FI = Finlandja

    FR = Franza

    GB = Renju Unit

    IE = Irlanda

    IT = Italja

    PT = Portugal

    SE = Isvezja

    - numru b'figura waħda li jidentifika l-kwota tas-sena kif ġej:

    1 għall-1995; 2 għall-1996; 3 għall-1997 eċċ,

    - numru b'żewġ figuri minn 01 sa 99, li jidentifika l-uffiċċju partikolari kkonċernati li jkun qed joħroġ il-liċenza fil-pajjiż li qed jesporta,

    - numru b'ħames figuri konsekuttivament minn 00001 sa 99999 allokati għall-Istati Membri intiżi għall-clearance mid-dwana.

    Artikolu 15

    Il-liċenza ta' l-esportazzjoni u ċ-ċertifikat ta' oriġini jistgħi jinħarġu wara li jkun sar it-trasbord tal-prodotti li għalihom ikunu jirrelataw. F'dawn il-każijiet dawn għandu jkollhom il-firma "mwassla a posteriori" jew "maħruġa retrospettivament".

    Artikolu 16

    1. Fil-każ ta' serq, telf, jew distruzzjoni ta' liċenza ta' l-esport jew ta' ċertifikat ta' oriġini l-esportatur jista' japplika l-awtoritajiet kompetenti li ħarġu d-dokument sabiex issir kopja fuq il-bażi tad-dokumenti ta' esportazzjoni li għandu. Il-kopja ta' kwalunkwe ċertifikat bħal dan jew liċcenza maħruġa għandu jkollha l-kitba "duplikata" jew "kopja".

    2. Il-kopja għandu jkollha d-data ta' l-liċenza ta' l-esportazzjoni oriġinali jew taċ-ċertifikat ta' l-oriġini.

    TITOLU V

    KOPERAZZJONI AMMINISRATTIVA

    Artikolu 17

    Il-Komunità u ċ-Ċina għandhom jikkoperaw mill-viċin fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. Għal dan l-għan, kuntatti u skambji ta' ideat, inklużi affarijiet tekniċi, għandhom jiġu ffaċilitati miż-żewġ naħat.

    Artikolu 18

    Sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta ta' dan il-Protokoll, il-Komunità u ċ-Ċina qed joffru assitenza reċiproka għall-kontrolli fuq l-awtentiċità u l-eżattezza tal-liċenza ta' l-esportazzjonijiet u ċ-ċertifikati ta' l-oriġini maħruġa jew kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

    Artikolu 19

    Iċ-Ċina għandha tibgħat lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej l-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu u jivverifikaw l-liċenzi ta' l-esportazzjonijiet u ċ-ċertifikati ta' l-oriġini, flimkien ma' kampjuni tat-timbri użati minn dawn l-awtoritajiet u kampjuni ta' firem ta' l-uffiċjali responsabbli mill-iffirmar tal-liċenzi ta' l-esportazzjoni. Ċina għandha wkoll tinnotifika l-Komunità bi kwalunkwe tibdil f'din l-informazzjoni.

    Artikolu 20

    1. Għandha ssir verifika sussegwenti taċ-ċertifikati ta' l-oriġini jew tal-liċenzi ta' l-esportazzjoni mingħajr ma tkun pjanata, jew kull meta l-awtoritajiet kompetenti jkollhom dubju raġonevoli dwar l-awtentiċità taċ-ċertifikat jew liċenza jew fir-rigward ta' l-eżattezza ta' l-informazzjoni dwar l-oriġini vera ta' l-oġġetti fil-kwistjoni.

    2. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jirritornaw ċ-ċertifikat ta' l-oriġini jew l-liċenza ta' l-esportazzjoni jew kopja tagħha lill-awtoritajiet kompetenti Ċiniżi, u jgħatu, fejn xieraq, ir-raġunijiet formali jew sostanzjali li jiġġustifikaw inkjesta. Jekk l-irċevuta tkun ġiet sottomessa, tali irċevuta jew kopja tagħha għandha tiġi mehmuża maċ-ċertifikat jew mal-liċenza jew il-kopji tagħhom. L-awtoritajiet għandhom ukoll jissottomettu kwalunkwe informazzjoni li tkun inġiebet u li tissueġġerixxi li l-partikolaritajiet mogħtija fuq l-imsemmi ċertifikat jew liċenza m'humiex eżatti.

    3. Ir-riżultati tal-verifikazzjonijiet sussegwenti li jkunu saru skond il-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu kkomunikati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità fi żmien ta' mhux aktar tard minn tlett xhur. L-informazzjoni kkomunikata għandha tindika jekk iċ-ċertifikat, liċenza jew dikkjarazzjoni msemmija tapplika għall-oġetti attwalment esportati u jekk dawn l-oġġetti humiex eliġibbli għall-esport taħt l-arranġamenti stabbiliti minn dan il-Ftehim. L-informazzjoni għandha tindika ukoll, fuq talba tal-Komunità, kopji tad-dokumentazzjoni neċessarja sabiex jiġu ddeterminati l-fatti bl-iktar mod sħiħ, u b'mod partikolari l-oriġini vera ta' l-oġġetti.

    4. Sabiex issir verifikazzjoni sussegwenti taċ-ċertifikati ta' l-oriġini, kopji taċ-ċertifikati kif ukoll dwar kwalunkwe dokumenti ta' l-esportazzjoni li jirreferu għalihom għandhom jinżammu għal ta' l-anqas sentejn mill-awtoritajiet kompeteni Ċiniżi.

    5. Ir-rikors lejn il-proċedura ta' verifikazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu ma tistgħax tikkostitwixxi ostaklu sabiex jinħelsu l-oġġetti fil-kwistjoni għall-użu fid-dar.

    Artikolu 21

    1. Meta l-proċedura ta' verifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 jew fejn l-informazzjoni għad-dispożizzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità jew taċ-Ċina tindika jew turi li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim mhux qed jiġu osservati jew miksura, iż-żewġ Partijiet kontraenti għandhom jikkoperaw mill-viċin u b'urġenza xierqa sabiex jipprevjenu jew jirriparaw dan in-nuqqas jew ksur.

    2. Għal dan l-għan, l-awtoritajiet kompetenti taċ-Ċina għandhom, fuq l-inizjattiva tagħhom jew fuq talba tal-Komunità, jgħamlu l-istħarriġ xieraq, jew jirranġaw sabiex isir dan l-istħarriġ, fir-rigward ta' l-operazzjonijiet li huma, jew li jidhru lill-Komunità li huma, bi ksur jew li mhux mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Iċ-Ċina għandha tikkomunika r-riżultati ta' dan l-istħarriġ lill-Komunità, inklużi kwalunkwe informazzjoni pertinenti li tippermetti li jiġu determinati il-fatti li jagħtu lok li jduru mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim jew il-ksur tiegħu, inkluża l-oriġini vera ta' l-oġġetti.

    3. Bi ftehim bejn il-Komunità u ċ-Ċina, uffiċjali designati mill-Komunità jistgħu jkunu preżenti fl-istħarriġ msemmi fil-paragrafu nru 2.

    4. Għall-koperazzjoni msemmija fil-paragrafu nru.1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità u ċ-Ċina għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni kkonsidrata minn kull Parti kontraenti li għandha tiġi użata sabiex jipprevjenu jew jirrimedjaw it-tidwir ta' jew il-skur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim. Dawn l-iskambji jistgħu jinkludu informazzjoni dwar il-produzzjoni tal-prodotti tat-tessuti fiċ-Ċina u fuq il-kummerċ fit-tip ta' prodotti koperti b'dan il-Ftehim bejn iċ-Ċina u pajjiżi terzi, partikolarment meta l-Komunità jkollha raġunijiet raġonevoli li tikkonsidra li dawn il-prodotti fil-kwistjoni jistgħu jkunu fl-ivjaġġar fit-territorju taċ-Ċina qabel ma dawn jiġu importati fil-Komunità. Din l-informazzjoni tista' tinkludi fuq talba tal-Komunità kopji tad-dokumentazzjoni relevanti kollha disponibbli.

    5. Fejn evidenza suffiċjenti turi li d-diposizzjonijiet tal-Ftehim ma jkunux ġew imħarsa jew miksura, l-awtoritajiet kompetenti taċ-Ċina jew tal-Komunità jistgħu jaqblu sabiex jittieħdu l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 9(4) tal-Ftehim, u kwalunkwe miżuri li huma neċessarji sabiex jipprevjenu li jerġa' jseħħ dan it-tidwir jew il-ksur.

    Anness għall-Protokoll A, l-Artikolu 2(1)

    +++++ TIFF +++++

    Anness għall-Protokoll A, l-Artikolu 7(1): Mudell 1

    +++++ TIFF +++++

    --------------------------------------------------

    PROTOKOLL B

    Proċessar tat-traffiku għall-barra (OPT)

    (msemmija fl-Artikolu 11 tal-Ftehim)

    1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, ir-reimportazzjonijiet fil-Komunità ta' l-oġġetti milquta bil-limitazzjonijiet kwantitattivi speċifiċi stabbiliti fl-Anness ta' dan il-Protokoll biss għandhom jiġu kkunsidrati bħala re-importi fl-ambitu ta' l-Artikolu 11 tal-Ftehim.

    2. Re-importazzjonijiet li mhux koperti bl-Anness ta' dan il-Protokoll jistgħu jkunu soġġetti għal-limitazzjonijiet kwantitattvi speċifiċi wara konsultazzjonijiet skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14 tal-Ftehim, sakemm il-prodotti kkonċernati jkunu soġġetti għal-limitazzjonijiet kwantitattivi skond il-Ftehim.

    3. F'konsiderazzjoni ta' l-interessi taż-żewġ Partijiet, il-Komunità tista' fid-diskrezzjoni tagħha, jew f'risposta għal talba magħmula skond l-Artikolu 14 tal-Ftehim:

    (a) teżamina l-possibilità ta' trasferiment minn kategorija għall-oħra, bl-użu avvanzat jew billi jinġiebu ‘l quddiem minn sena għall-oħra, sezzjonijiet mil-limitazzjonijiet kwantitattivi speċifiċi;

    (b) tikkonsidra l-possibilità li żżid il-limitazzjonijiet kwantitattivi speċifiċi.

    4. Madankollu, il-Komunità tista' tapplika awtomatikament ir-regoli ta' flessibilità stabbiliti fil-paragrafu 3 fil-limitazzjonijiet li ġejjin:

    (a) trasferimenti bejn il-kategoriji ma jistgħux jaqbżu l-20 % tal-kwantità għall-kategorija li għaliha t-trasferiment ikun sar;

    (b) dak li jinġieb ‘l quddiem għal-limitazzjoni kwantitattiva speċifika minn sena għall-oħra ma jistgħax jaqbeż l-10,5 % tal-kwantità stabbilita għas-sena ta' l-utilizazzjoni attwali;

    (ċ) użu avvanzat tal-limitazzjonijiet kwantitattivi speċifiċi minn sena għall-oħra ma jistgħax jaqbeż is-7,5 % tal-kwantità stabbilita għas-sena attwali ta' l-użu.

    5. Il-Komunità għandha tinforma ċ-Ċina bi kwalunkwe miżuri li jittieħdu skond il-paragrafi preċedenti.

    6. L-awtoritajiet kompetenti fil-Komunità għandhom jiddebitaw il-limitazzjonijiet kwantitattivi speċifiċi msemmija fil-paragrafu 1 meta tinħareġ l-awtorizazzjoni meħtieġa mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 3036/94 dwar l-arranġamenti dwar proċessar ekonomika għall-barra. Limitazzjoni kwantitattiva speċifika għandha tiġi debitata għas-sena li fiha tinħareġ l-awtorizazzjoni.

    7. Għandu jinħareġ ċertifikat ta' l-oriġini magħmul mill-organizazzjonijiet awtorizzati li jagħmlu dan taħt il-liġi Ċiniża, skond il-Protokoll A tal-Ftehim, għall-prodotti kollha koperti b'dan il-Protokoll. Dan iċ-ċertifikat għandu jkollu referenza għall-awtorizazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 bħala evidenza li l-operazzjoni ta' l-ipproċessar li jiddeskrivi jkun sar fiċ-Ċina.

    8. Il-Komunità għandha tipprovdi ċ-Ċina bl-ismijiet u l-indirizzi ta', u kampjuni tat-timbri użati mill-, awtoritajiet kompetenti tal-Komunità li joħorġu l-awtorizazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 6.

    9. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 8, ċ-Ċina u l-Komunità għandhom ikomplu l-konsultazzjonijiet bil-għan li tintlaħaq soluzzjoni reċiprokament aċċettabbli li tippermetti ż-żewġ Partijiet Kontraenti jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tal-Ftehim fuq l-ipproċessar tat-traffiku għall-barra u b'hekk jassiguraw l-iżvilupp effettiv tal-kummerċ tal-oġġetti tat-tessuti bejn iċ-Ċina u l-Komunità.

    Anness tal-Protokoll B

    (Id-deskrizzjonijiet ta' tal-prodotti tal-kategorija mniżżla f'dan l-Anness jistgħu jinstabu fl-Anness I ta dan il-Ftehim)

    KWOTI TA' L-OPT

    LIMITAZZJONIJIET KWANTITATTIVI TAL-KOMUNITÀ'

    Kategorija | Unità | Snin |

    p.m | p.m. | p.m. |

    --------------------------------------------------

    PROTOKOLL TA' FTEHIM DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TA' L-ARTIKOLU 12 TAL-FTEHIM

    Sabiex jiġi implimentat l-Artikolu 12 tal-Ftehim huwa miftiehem miż-żewġ Partijiet li jekk l-esportazzjonijiet ta' materja prima (prodotti mniżżla fl-Anness ta' dan il-Protokoll) isiru soġġetti għal miżuri speċifiċi, prattiċi jew politiki (bħal-liċenzi, gwidi, fiskali, doganali u oħrajn) dawn il-miżuri, prattiċi u politiki ma jistgħax ikollhom bħala konsegwenza li l-kondizzjonijiet li japplikaw għall-utenti tal-Komunità isiru inqas favorevoli minn dawk applikati għall-utenti miċ-Ċina notevolment f'termini ta' aċċess atwali u l-prezijiet.

    Sussegwentement iċ-Ċina għandha tastjeni minn dawn il-miżuri, pratiċi u politiki li jistgħu jirriżultaw f'ipprezzar doppju.

    L-implimentazzjoni attwali ta' l-Artikolu 12 tal-Ftehim kif ukoll id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 11 tal-Ftehim bilaterali dwar il-kummerċ tal-prodotti tat-tessuti, għandhom ikunu soġġetti għar-reviżjonijiet perjodiċi. Jekk jidher li jkun hemm xi diffikultajiet, għandhom isiru konsultazzjonijiet mingħajr dewmien bil-għan li jissolvew il-problemi b'azzjoni xierqa.

    Anness għall-Protokoll ta' Ftehim

    Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

    500200 | Ħarir mhux maħdum |

    500310 | Rimi tal-ħarir |

    500390 |

    500400 | Ħajt tal-ħarir |

    500500 | Ħajt mibrum mir-rimi tal-ħarir |

    50072011 | Drappijiet tal-ħarir, li għandhom ta' l- anqas 85 % tal-ħarir |

    50072021 |

    50072051 |

    50079010 | Drappijiet oħrajn |

    --------------------------------------------------

    Minuta Mifthiema

    Fil-kuntest tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, iż-żewġ Partijiet ftiehmu fuq dan li ġej:

    1. Sabiex tiġi aċċertata l-kontinwità fil-fluss tal-kummerċ, u b'deroga mill-Artikolu 3(1) tal-Ftehim, il-prodotti mniżżla fl-Anness II trasbordati miċ-Ċina wara l-31 ta' Diċembru 1994 u soġġetta, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 517/94, għar-restrizzjonijiet kwantitattivi jistgħu jiġu importati fil-Komunità fis-sena 1995, mingħajr ma jkunu akkompanjati b'liċenza maħruġa mill-awtoritajiet ċiniżi, bi preżentazzjoni għall-importazzjoni maħruġa wara il-31 ta' Diċembru 1994 mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità skond id-dispożizzjonijiet tar-regolament tal-Komunità relevanti fis-seħħ qabel id-data ta' inizjazzjoni tal-Ftehim preżenti. Kwantitajiet b'hekk importati fis-sena 1995 fil-Komunità għandhom jiġu paċuti mal-limitazzjonijiet kwantitattivi stabbiliti fl-Anness II tal-Ftehim u l-livelli li għalihom l-liċenzi ta' l-esportazzjoni jistgħu jinħarġu mill-awtoritajiet Ċiniżi għas-sena 1995 għandhom jiġu mnaqqsa bi kwantitajiet ekwivalenti sakemm il-kwantitajiet li għalihom l-awtorizazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità huma notifikati liċ-Ċina l-iktar kmieni possibbli u mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 1995.

    2. Prodotti mniżżlin fl-Anness II, u mhux soġġetti għar-restrizzjonijiet kwantitattivi fir-Repubblika ta' l-Awstrija, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja qabel l-1 ta' Jannar 1995, m'għandhomx ikunu soġġetti għal-limitazzjonijiet kwantitattivi msemmija fl-Artikolu 3(1) tal-Ftehim u s-sistema ta' kontrolli doppji msemmija fil-Protokoll A sakemm dawn ikunu ġew trasbordati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn il-Komunità qabel l-1 ta' Jannar 1995, huma ppreżentati għall-importazzjoni f'wieħed mill-Istati Membri qabel il 31 ta' Marzu 1995 u huma destinati esklussivament għall-konsum intern fil-pajjiż aderenti.

    3. Tenut kont il-porzjon tal-kwoti tas-sena 1995 li huma diġa allokati għall-importaturi mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-KE fil-bidu tas-sena, u l-konsegwenzi ta' din l-allokazzjoni għall-immaniġġjar ta' l-esportazzjoni tal-Ftehim fis-sena 1995, il-partijiet jaqblu li jkollhom il-konsultazzjonijiet, notevolment fir-rigward ta' rikonċiljazzjoni tal-figuri, fejn neċessarju jieħdu ħsieb kwalunkwe diffikultà u li jassiguraw implimentazzjoni ta' koperazzjoni tal-Ftehim.

    Għad-delegazzjoni tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    Għad-delegazzjoni tal-Komunità Ewropea

    --------------------------------------------------

    Top