This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 21994D1231(07)
Decision of the EEA Joint Committee No 36/94 of 15 December 1994 amending Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/94 tal-15 ta' Diċembru 1994 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/94 tal-15 ta' Diċembru 1994 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE
ĠU L 372, 31.12.1994, p. 9–9
(ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 21994A0103(52) | Żieda | kapitolu XIII punt 14 inċiż | 01/02/1995 |
Official Journal L 372 , 31/12/1994 P. 0009 - 0009
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/94 tal-15 ta' Diċembru 1994 li temenda l-Anness II (Regolamenti, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni tekniċi) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi l-Anness II għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 7/94 tal-21 ta' Marzu 1994 li temenda l-Protokoll 47 u ċerti l-Annessi għall-Ftehim taż-ŻEE Ftehim [1]; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/94 tat-28 ta' April 1994 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta' limiti massimi ta' residwi għal prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel li ġejjin mill-annimali [2] għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiddaħħal fil-punt 14 (Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II għall-Ftehim qabel l-addattament: "- 394 R 0955: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/94 tat-28 ta' April 1994 (ĠU L 108, tad-29.4.1994, p. 8)." Artikolu 2 It-testi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 955/94 fil-lingwa Finlandiża, Islandiża, Norveġiża u Svediża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni huma awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Frar 1995, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Diċembru 1994. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President H. Hafstein [1] ĠU L 160, tat-28.6.1994, p. 1. [2] ĠU L 108, tad-29.4.1994, p. 8. --------------------------------------------------