Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21994A1223(08)

    Ftehim dwar miż uri ta' investiment relatat mal-kummerċ

    ĠU L 336, 23.12.1994, p. 100–102 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/800(7)/oj

    Related Council decision

    21994A1223(08)



    Official Journal L 336 , 23/12/1994 P. 0100 - 0102
    Finnish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0102
    Swedish special edition: Chapter 11 Volume 38 P. 0102


    Ftehim dwar miż uri ta' investiment relatat mal-kummerċ

    IL-MEMBRI,

    Meta jikkunsidraw li l-Ministri ftiehmu fid-Dikjarazzjoni ta' Punta del Este li, "Wara eżaminazzjoni tat-tħaddim ta' l-Artikoli tal-GATT relatati ma' l-effetti restrittivi u distortivi tal-kummerċ ta' miżuri ta' investiment, in-negozjati għandhom jelaboraw, kif xieraq, aktar dispożizzjonijiet li jistgħu jinħtieġu biex ikunu evitati effetti daqshekk ħżiena fuq il-kummerċ";

    Xewqana li jippromwovu l-espansjoni u l-liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ dinji u li jħaffu l-investiment bejn il-fruntieri internazzjonali sabiex jiżdied it-tkabbir ekonomiku ta' l-imsieħba kollha fil-kummerċ, b'mod partikolari l-pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw, filwaqt li jassiguraw kompetizzjoni ħielsa;

    Waqt li jqisu l-ħtiġijiet partikolari kummerċjali, ta' l-iżvilupp u finanzjarji tal-pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw, b'mod partikolari dawk tal-pajjiżi Membri l-anqas żviluppati;

    Waqt li jirrikonoxxu li ċerti miżuri ta' investiment jistgħu joħolqu effetti li jirrestrinġu u jgħawwġu l-kummerċ;

    HAWNHEKK JIFTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Coverage

    Dan il-Ftehim igħodd għal miżuri ta' investiment relatati ma' kummerċ ta' oġġetti biss (imsemmija f'dan il-Ftehim bħala "TRIMs").

    Artikolu 2

    Trattament Nazzjonali u Restrizzjonijiet Kwantitattivi

    1. Mingħajr preġudizzju għal drittijiet u obbligi oħra taħt il-GATT 1994, ebda Membru ma jista' japplika xi TRIM li huwa nkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu XI tal-GATT 1994.

    2. Lista illustrattiva ta' TRIMs li huma nkonsistenti ma' l-obbligi ta' trattament nazzjonali msemmija fil-paragrafu 4 ta' l-Artikolu III tal-GATT 1994 u l-obbligu ta' eliminazzjoni ġenerali ta' restrizzjonijiet kwantitattivi pprovduti fil-paragrafu I ta' l-Artikolu XI tal-GATT 1994 tinsab fl-Anness ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu 3

    Eċċezzjonijiet

    L-eċċezzjonijiet kollha taħt il-GATT 1994 għandhom japplikaw, kif xieraq, għad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

    Artikolu 4

    Pajjiżi Membri li qed jiżviluppaw

    Pajjiż Membru li qed jiżviluppa għandu jkun ħieles li ma jħarisx għal xi żmien id-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 sakemm u bl-istess mod bħall-Artikolu XVIII tal-GATT 1994, id-Disposizzjonijiet tal-Ftehim tal-Bilanċ tal-Pagamenti tal-GATT 1994, u d-Dikjarazzjoni dwar Miżuri ta' Kummerċ Meħuda għall-Għanijiet tal-Bilanċ tal-Pagamenti adottati fit-28 ta' Novembru 1979 (BISD 26S/205-209) jippermettu lill-Membru li ma jħarisx id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli III u XI tal-GATT 1994.

    Artikolu 5

    Notifika u Arranġamenti Transizzjonali

    1. Il-Membri, fi żmien 90 jum mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim WTO, għandhom jinnotifikaw lill-Kunsill għall-Kummerċ f'Oġġetti dwar it-TRIMs kollha li huma qed iħaddmu li m'humiex konformi mad-disposizzjonijiet tal-Ftehim. TRIMs simili ta' applikazzjoni ġenerali jew speċifika għandhom ikunu notifikati, flimkien mal-karatteristiċi prinċipali tagħhom [1]..

    2. Kull Membru għandu jelimina t-TRIMs kollha li huma notifikati taħt il-paragrafu 1 fi żmien sentejn mid-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim WTO fil-każ ta' pajjiż Membru żviluppat, fi żmien ħames snin fil-każ ta' pajjiż Membru li qed jiżviluppa, u fi żmien seba' snin fil-każ ta' pajjiż Membru l-anqas żviluppat.

    3. Fuq talba, Il-Kunsill għall-Kummerċ f'Oġġetti jista' jtawwal il-perjodu ta' transizzjoni għall-eliminazzjoni ta' TRIMs notifikati taħt il-paragrafu 1 għall-pajjiż Membru li qed jiżviluppa, inkuż pajjiż Membru l-anqas żviluppat, li juri diffikultajiet partikolari fit-tħaddim tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. Waqt li jikkonsidra talba simili, il-Kunsill għall-Kummerċ ta' Oġġetti għandu jqis il-ħtiġijiet ta' żvilupp, finanzjarji u kummerċjali individwali tal-Membru fil-kwistjoni.

    4. Matul il-perjodu ta' transizzjoni, Membru m'għandux jimmodifika t-termini ta' xi TRIM li huwa jinnotifika taħt il-paragrafu 1 minn dawk prevalenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim WTO biex iżid il-grad ta' inkonsistenza mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2. TRIMs introdotti anqas minn 180 jum qabel id-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim WTO m'għandhomx jibbenefikaw mill-arranġamenti transizzjonali li hemm ipprovduti fil-paragrafu 2.

    5. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 2, Membru, biex ma jiżvantaġġjax intrapriżi stabbiliti li huma suġġetti għal TRIM notifikat taħt il-paragrafu 1, jista' japplika matul il-perjodu ta' transizzjoni l-istess TRIM għal investiment ġdid (i) fejn il-prodotti ta' investiment bħal dan huma prodoti simili għal dawk ta' l-intrapriżi stabbiliti, u (ii) fejn meħtieġ biex jevita li jgħawweġ il-kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni bejn l-investiment il-ġdid u l-intrapriżi stabbiliti. Kull TRIM hekk applikat għal investiment ġdid għandu jkun notifikat lill-Kunsill għall-Kummerċ f'Oġġetti. It-termini ta' TRIM simili għandhom ikunu ekwivalenti fl-effett kompetittiv tagħhom għal dawk applikabbli għall-intrapriżi stabbiliti, u għandu jintemm fl-istess żmien.

    Artikolu 6

    Trasparenza

    1. Il-Membri jerġgħu jsaħħu, fir-rigward ta' TRIMs, l-impenn tagħhom għal obbligi dwar it-trasparenza u n-notifika fl-Artikolu X tal-GATT 1994, fl-impenn fuq "Notifika" li hemm fil-Ftehim Dwar in-Notifika, Konsultazzjoni, Risoluzzjoni ta' Tilwim u Sorveljanza adottat fit-28 ta' Novembru 1979 u fid-Deċiżjoni Ministerjali dwar Proċeduri ta' Notifika adottata fil-15 ta' April 1994.2. Kull Membru għandu jinnotifika lis-Segretarjat dwar il-pubblikazzjonijiet li fihom jista' jkun hemm it-TRIMs, inklużi dawk applikati minn gvernijet reġjonali u lokali u awtoritajiet fit-territorji tagħhom.

    2. Each Member shall notify the Secretariat of the publications in which TRIMs may be found, including those applied by regional and local governments and authorities within their territories.

    3. Kull Membru għandu jagħti konsiderazzjoni ta' simpatija għal talbiet għal informazzjoni, u joffri opportunità xierqa għal konsultazzjoni, dwar kull materja li tqum minn dan il-Ftehim imqajma minn Membru ieħor. B'mod konformi ma' l-Artikolu X tal-GATT 1994 ebda Membru m'hu mitlub jiżvela informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun jimpedixxi l-infurzar tal-liġi jew b'xi mod ieħor ikun kuntrarju għall-interess pubbliku jew jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta' intrapriżi partikolari, pubbliċi jew privati.

    Artikolu 7

    Kumitat dwar Miżuri ta' Investiment Relatati mal-Kummerċ

    1. Kumitat dwar Miżuri ta' Investiment Relatati mal-Kummerċ (imsemmi f'dan il-Ftehim bħala "Il-Kumitat") huwa hawnhekk stabbilit, u għandu jkun miftuħ għall-Membri kollha. Il-Kumitat għandu jagħżel il-President u l-Viċi President tiegħu, u għandu jiltaqa' mhux anqas minn darba fis-sena u altrimenti fuq talba ta' xi Membru.

    2. Il-Kumitat għandu jwettaq ir-responsabbilitajiet mogħtija lilu mill-Kunsill għall-Kummerċ f'Oġġetti u għandu jipprovdi opportunità lill-Membri li jikkonsultaw fuq kull materja relatata ma' l-operat u t-tħaddim ta' dan il-Ftehim.

    3. Il-Kumitat għandu jikkontrolla l-operat u t-tħaddim ta' dan il-Ftehim u għandu jirrapporta dwar dan kull sena lill-Kunsill għall-Kummerċ f'Oġġetti.

    Artikolu 8

    Konsultazzjoni u Risoluzzjoni ta' Tilwim

    Id-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli XXII u XXIII tal-GATT 1994, kif elaborati u applikati bil-Ftehim ta' Risoluzzjoni ta' Tilwim, għandhom jgħoddu għal konsultazzjonijiet u għar-risoluzzjonijiet ta' tilwim taħt dan il-Ftehim.

    Artikolu 9

    Reviżjoni mill-Kunsill għall-Kummerċ f'Oġġetti

    Mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tal-bidu fis-seħħ tal-Ftehim tal-WTO, il-Kunsill għall-Kummerċ f'Oġġetti għandu jirrevedi t-tħaddim ta' dan il-Ftehim u, kif xieraq, jipproponi emendi għat-test tiegħu lill-Konferenza Ministerjali. Fil-kors ta' din ir-reviżjoni, il-Kunsill għall-Kummerċ f'Oġġetti għandu jikkonsidra jekk il-Ftehim għandux ikun komplimentat b'disposizzjonijiet dwar il-politika ta' investiment u l-politika tal-kompertizzjoni.

    [1] Fil-każ ta' TRIMs applikati taħt awtorità diskrezzjonali, kull applikazzjoni speċifika għandha tkun notifikata. M'hemmx għalfejn tkun svelata informazzjoni li tista' tippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta' intrapriżi partikolari.

    --------------------------------------------------

    ANNESS

    LISTA ILLUSTRATTIVA

    1. TRIMs li huma inkonsistenti ma' l-obbligu ta' trattament nazzjonali li hemm ipprovdut fil-paragrafu 4 ta' l-Artikolu III tal-GATT ta' l-1994 jinkludu dawk li huma mandatorji jew li jridu jiġu inforzati taħt il-liġi domestika jew taħt deċiżjonijiet amministrattivi, jew li konformità magħhom hija meħtieġa biex jinkiseb vantaġġ, u li jinħtieġu:

    (a) ix-xiri jew l-użu minn intrapriża ta' prodotti ta' oriġini domestika jew minn xi sors domestiku, sewwa jekk speċifikat f'termini ta' prodotti partikolari, f'termini ta' volum jew valur ta' prodotti, jew f'termini ta' proporzjon ta' volum jew valur tal-produzzjoni lokali tagħhom;

    jew

    (b) li x-xiri jew l-użu ta' intrapriża ta' prodotti importati jkunu limitati għal ammont relatat mal-volum jew valur ta' prodotti lokali li hija tesporta.

    2. TRIMs li huma nkonsistenti ma' l-obbligu ta' l-eliminazzjoni ġenerali ta' restrizzjonijiet kwantitattivi li hemm ipprovduti fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu XI tal-GATT ta' l-1994 jinkludu dawk li huma mandatorji jew iridu jiġu nforzati taħt il-liġi domestika jew taħt regolamenti amministrattivi, jew li konformità magħhom hija meħtieġa biex jinkiseb vantaġġ, u li jirrestrinġu:

    (a) l-importazzjoni minn intrapriża ta' prodotti wżati jew relatati mal-produzzjoni lokali tagħha, b'mod ġenerali jew għal ammont relatat mal-volum jew valur tal-produzzjoni lokali li tesporta;

    (b) l-importazzjoni minn intrapriża ta' prodotti wżati fil-produzzjoni lokali tagħha jew relatati magħha billi tirrestrinġi l-aċċess tagħha għall-kambju barrani għal ammont relatat mad-dħul tal-munita barranija li jista' jkun attribwit lill-intrapriża; jew

    (ċ) l-esportazzjoni jew il-bejgħ għall-esportazzjoni minn intrapriża ta' prodotti, sewwa jekk speċifikati f'termini ta' prodotti partikolari, f'termini ta' volum jew valur ta' prodotti, jew f'termini ta' proporzjon ta' volum jew valur tal-produzzjoni lokali tagħha.

    --------------------------------------------------

    Top