This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E195
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART THREE - UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS#TITLE XXII - TOURISM#Article 195
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XXII - TURIŻMU
Artikolu 195
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU XXII - TURIŻMU
Artikolu 195
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 135–135
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/135 |
Artikolu 195
1. L-Unjoni għandha tikkomplementa l-azzjoni ta' l-Istati Membri fil-qasam tat-turiżmu, b'mod partikolari billi tippromwovi l-kompetittività ta' l-impriżi ta' l-Unjoni f'dan is-settur.
Għal dan il-għan, l-azzjoni ta' l-Unjoni għandha timmira:
a) |
li tinkoraġġixxi l-ħolqien ta' ambjent favorevoli għall-iżvilupp ta' l-impriżi f'dan is-settur; |
b) |
li tippromwovi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari bl-iskambju ta' prattika tajba. |
2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri partikolari sabiex jikkomplementaw l-azzjonijiet fl-Istati Membri sabiex jitwettqu l-objettivi previsti f'dan l-Artikolu, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.