This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E139
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PART THREE - UNION POLICIES AND INTERNAL ACTIONS#TITLE VIII - ECONOMIC AND MONETARY POLICY#CHAPTER 5 - TRANSITIONAL PROVISIONS#Article 139
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU VIII - POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA
KAPITOLU 5 - DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
Artikolu 139
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IT-TIELET PARTI - POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU VIII - POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA
KAPITOLU 5 - DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
Artikolu 139
ĠU C 202, 7.6.2016, p. 107–108
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
7.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea |
C 202/107 |
Artikolu 139
1. L-Istati Membri li fir-rigward tagħhom il-Kunsill ma jkunx iddeċieda li jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta' l-euro għandhom jissejħu minn hawn 'il quddiem ‘Stati Membri b'deroga’.
2. Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tat-Trattati m'għandhomx japplikaw għall-Istati Membri b'deroga:
a) |
l-adozzjoni tal-partijiet tal-linji direttivi ġenerali tal-politika ekonomika li tikkonċerna ż-żona ta' l-euro in ġenerali (l-Artikolu 121(2)); |
b) |
il-mezzi vinkolanti ta' rimedju għal defiċit eċċessiv (Artikolu 126(9) u (11)); |
c) |
l-għan u l-ħidmiet tas-SEBĊ (Artikolu 127(1), (2), (3) u (5)); |
d) |
il-ħruġ ta' l-euro (Artikolu 128); |
e) |
l-atti tal-Bank Ċentrali Ewropew (Artikolu 132); |
f) |
il-miżuri li jirregolaw l-użu ta' l-euro (Artikolu 133); |
g) |
il-ftehim monetarji u miżuri oħra dwar il-politika tar-rata tal-kambju (Artikolu 219); |
h) |
il-ħatra ta' membri tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (Artikolu 283(2)); |
i) |
id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-pożizzjonijiet komuni dwar il-kwistjonijiet ta' interess partikolari għall-unjoni ekonomika u monetarja fl-istituzzjonijiet u l-konferenzi finanzjarji internazzjonali kompetenti (Artikolu 138(1)); |
j) |
il-miżuri li jassiguraw rappreżentanza magħquda fl-istituzzjonijiet u l-konferenzi finanzjarji internazzjonali (Artikolu 138(2)). |
Fl-Artikoli previsti fil-punti (a) sa (j), ‘Stati Membri’ għandha għalhekk tfisser l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
3. Taħt il-Kapitolu IX ta' l-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE, Stati Membri b'deroga u l-banek ċentrali nazzjonali tagħhom ikunu esklużi mid-drittijiet u l-obbligi fis-SEBĊ.
4. Id-drittijiet tal-vot ta' membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri b'deroga għandhom jiġu sospiżi għall-adozzjoni mill-Kunsill tal-miżuri previsti fl-Artikoli elenkati fil-paragrafu 2, u fil-każijiet li ġejjin:
a) |
rakkomandazzjonijiet indirizzati lil dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro fil-qafas ta' sorveljanza multilaterali, inklużi dwar il-programmi ta' stabbiltà u twissijiet (Artikolu 121(4)); |
b) |
miżuri dwar defiċit eċċessiv li jikkonċernaw lil dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (Artikolu 126(6), (7), (8) (12) u (13)). |
Il-maġġoranza kwalifikata tal-membri l-oħra tal-Kunsill għandha tiġi ddefinita skond l-Artikolu 238(3)(a).