Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A106BIS

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

    TITOLU III - DISPOSIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
    KAPITOLU 1 - Applikazzjonijiet ta' ċerti dispożizzjonijiet tat-trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-trattat dwar il-funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
    Artikolu 106a

    ĠU C 203, 7.6.2016, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_106a/oj

    7.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

    C 203/40


    Artikolu 106a

    1.   L-Artikolu 7, l-Artikoli 13 sa 19, l-Artikolu 48(2) sa (5), u l-Artikoli 49 u 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 15, l-Artikoli 223 sa 236, l-Artikoli 227 sa 244, l-Artikolu 245, l-Artikoli 246 sa 270, l-Artikoli 272, 273 u 274, l-Artikoli 277 sa 281, l-Artikoli 285 sa 304, l-Artikoli 310 sa 320, l-Artikoli 322 sa 325 u l-Artikoli 336, 342 u 344, tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, għandhom japplikaw għal dan it-Trattat.

    2.   Fil-qafas ta' dan it-Trattat, ir-referenzi għall-Unjoni, għat-“Trattat dwar l-Unjoni Ewropea”, għat-“Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea” jew għat-“Trattati” fid-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 u kif ukoll dawk fil-protokolli annessi kemm għall-imsemmija Trattati u ma' dan it-Trattat, għandhom jiġu kkunsidrati, rispettivament, bħala referenzi għall-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u għal dan it-Trattat.

    3.   Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat.


    Top