EUR-Lex Der Zugang zum EU-Recht

Zurück zur EUR-Lex-Startseite

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 12016A105

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 10 - Relazzjonijiet barranin
Artikolu 105

ĠU C 203, 7.6.2016, S. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Rechtlicher Status des Dokuments In Kraft

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_105/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/39


Artikolu 105

Id-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat ma jistgħux jiġu invokati bħala ostakolu għat-twettiq ta' xi ftehim jew konvenzjoni konklużi konklużi qabel l-1 ta' Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, qabel id-data ta' l-Adeżjoni tagħhom, minn Stat Membru', minn persuna jew minn intrapriża ma pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew ċittadin ta' pajjiż terz, meta dak il-ftehim jew konvenzjoni jkun ġie kkomunikat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tletin jum mid-dati msemmija qabel.

Kull ftehim jew konvenzjoni konkluż bejn il-25 ta' Marzu 1957 u l-1 ta' Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, bejn il-firma ta' l-istrument ta' l-Adeżjoni u d-data ta' l-Adeżjoni tagħhom minn persuna jew intrapriża ma pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew ċittadin ta' pajjiż terz ma jistax jiġi nvokat bħala ostakolu għal dan it-Trattat jekk, fl-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea li tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors tal-Kummissjoni wieħed mill-motivi essenzjali ta' waħda mill-partijiet fil-konklużjoni ta' ftehim jew konvenzjoni bħal dawk kien li jevita d-disposizzjonijiet ta' dan it-Trattat.


nach oben