EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A017

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
KAPITOLU 2 - Disseminazzjoni ta' l-informazzjoni
Sezzjoni 2 - Informazzjoni oħra
(ċ)Liċenzji konċessi permezz ta' l-arbitraġġ jew b'setgħat obbligatorji -
Artikolu 17

ĠU C 203, 7.6.2016, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_17/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/12


Artikolu 17

1.   Fin-nuqqas ta' ftehim amikevoli, liċenzji mhux esklużivi jistgħu jingħataw, permezz ta' l-arbitraġġ jew b'setgħat obbligatorji, bi qbil mad-disposizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 18 sa 23 inklużivi:

(a)

lill-Komunità, jew lill-Intrapriżi Konġunti li tintitulhom fit-termini ta' l-Artikolu 48 rigward patenti, jeddijiet proviżorjament protetti, jew mudelli ta' utilità li għandhom x'jaqsmu ma' l-invenzjonijiet direttament konnessi ma' riċerka nukleari, sakemm l-għoti ta' liċenzji bħal dawn ikun meħtieġ għat-tkomplija tar-riċerka tagħhom jew indispensabbli għall-operat tal-istallazzjonijiet tagħhom.

Liċenzji bħal dawn għandhom, fuq talba mill-Kummissjoni, jinkludu d-dritt li jawtorizzaw partijiet terzi li jużaw l-invenzjoni sakemm dawn iwettqu xogħol jew ordnijiet għall-Komunità jew għal Intrapriżi Konġunti;

(b)

lill-persuni jew impriżi li jkunu għamlu applikazzjoni lill-Kummissjoni dwar dan, f'dak li għandu x'jaqsam ma' patenti, jeddijiet provviżorjament protetti jew mudelli ta' utilità li għandhom x'jaqsmu ma' l-invenzjonijiet direttament konnessi ma' u essenzjali għall-iżvilupp ta' l-enerġija nukleari fil-Komunità, basta li l-kondizzjonijiet li ġejjin kollha jkunu sodisfatti, jiġifieri:

(i)

li terminu ta' mill-anqas erba' snin ikun għadda minn meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-patenti, ħlief fil-każ ta'invenzjoni li għandha x'taqsam ma' suġġett speċifikament nukleari;

(ii)

li l-bżonnijiet li joriġinaw mill-iżvilupp ta' l-enerġija nuklearji fit-territorji ta' l-Istat Membru fejn l-invenzjoni tkun protetta, kif il-Kummissjoni tifhem dak l-iżvilupp, ma jkunux milħuqa f'dak li għandu x'jaqsam ma' dik l-invenzjoni;

(iii)

il-proprjetarju li jkun ġie mitlub biex jissodisfa dawn il-ħtiġijiet, huwa nnifsu jew permezz ta' min ikun ġie liċenzat minnu, ma jkunx għamel dan;

(iv)

il-persuni jew intrapriżi li japplikaw għal-liċenzji jkunu f'pożizzjoni li jilħqu dawn il-bżonnijiet effettivament billi jagħmlu użu mill-invenzjoni.

L-Istati Membri ma jistgħux, ħlief wara talba bil-quddiem mill-Kummissjoni, jieħdu miżuri koerċitivi li hemm disposizzjoni dwarhom fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, sabiex jilħqu l-bżonnijiet imsemmija qabel meta l-effett ta' miżuri bħal dawn ikun li tiġi limitata l-protezzjoni mogħtija lill-invenzjoni.

2.   Liċenza li ma tkunx esklużiva ma tistax tingħata bil-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu preċedenti jekk il-proprjetarju jagħti raġuni leġittima, partikolarment meta ma kellux terminu ta' żmien adegwat.

3.   L-Għoti ta' liċenza skond il-paragrafu 1 jagħti d-dritt ta' kumpens sħiħ, li l-ammont tiegħu għandu jkun miftiehem bejn il-proprjetarju tal-patenti, jeddijiet proviżorjament protetti jew mudelli rreġistrati, u dak li jirċievi l-liċenza.

4.   Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jaffettwaw id-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Pariġi għall-protezzjoni tal-proprjetà industrijali.


Top