Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A012

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
    TITOLU II - DISPOŻIZZJONIJIET MAĦSUBA BIEX JINKURAĠĠIXXU L-PROGRESS FIL-QASAM TA' L-ENERGIJA NUKLEARI
    KAPITOLU 2 - Disseminazzjoni ta' l-informazzjoni
    Sezzjoni 1 - L-Informazzjoni għad-disposizzjoni tal-Komunità
    Artikolu 12

    ĠU C 203, 7.6.2016, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_12/oj

    7.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

    C 203/9


    Artikolu 12

    L-Istati Membri, il-persuni jew l-impriżi għandhom, fuq talba indirizzata lill-Kummissjoni, ikunu ntitolati li jibbenefikaw mil-liċenzji mhux esklussivi ta' patenti, jeddijiet proviżorjament protetti, mudelli ta' utilità jew applikazzjonijiet għall-patenti li jkunu l-proprjetà tal-Komunità, sakemm dawn ikunu f'qagħda li effettivament jagħmlu użu posittiv mill-invenzjonijiet li jkollhom x'jaqsmu magħhom.

    Il-Kummissjoni għandha, taħt l-istess kondizzjonijiet, tagħti sub-liċenzji għall-patenti, jeddijiet proviżjonalment protetti, kampjuni rreġisrati jew applikazjonijiet għall-patenti, meta l-Komunità jkollha liċenzji kontrattwali li jagħtuha dan id-dritt.

    Il-Kummissjoni għandha, taħt il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu miftehmin ma' dak li jirċievi l-liċenza, tagħti dawn il-liċenzji jew sub-liċenzji u li tagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha meħtieġa biex isir użu minnhom. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom ikopru partikolarment il-kwistjoni ta' kumpens addattat, u fejn xieraq, id-dritt ta' dak li jirċievi l-liċenza li jagħti sub-liċenzji lill-partijiet terzi, u l-obbligazzjoni li jitratta l-informazzjoni mogħtija bħala sigriet tan-negozju.

    Jekk ftehim fuq il-kondizzjonijiet li hemm disposizzjoni dwarhom fit-tielet paragrafu ma jkunx jista' jintlaħaq, dak li jirċievi l-liċenza jista', sabiex jiġu stabbiliti kondizzjonijiet adattati, jirreferi l-materja lill-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea.


    Top