Alegeți funcționalitățile experimentale pe care doriți să le testați

Acest document este un extras de pe site-ul EUR-Lex

Document 12012M006

    Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) - TITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI - Artikolu 6 (ex Artikolu 6 TUE)

    ĠU C 326, 26.10.2012, p. 19-19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Statutul juridic al documentului care este în vigoare

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2012/art_6/oj

    26.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 326/1


    TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

    TITOLU 1

    DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

    Artikolu 6

    (ex Artikolu 6 TUE)

    1.   L-Unjoni tirrikonoxxi d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea tas-7 ta' Diċembru 2000, kif adattata fit-12 ta' Diċembru 2007 ġo Strasburgu, li għandha jkollha l-istess valur legali bħat-Trattati.

    Id-dispożizzjonijiet ta' din il-Karta m'għandhom bl-ebda mod jestendu l-kompetenzi ta' l-Unjoni kif definiti mit-Trattati.

    Id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji dikjarati fil-Karta għandhom jiġu interpretati skond id-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Titolu VII tal-Karta li jirregolaw l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tagħha u b'kont debitu meħud ta' l-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-Karta, li jindikaw is-sorsi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

    2.   L-Unjoni għandha taderixxi għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali. Din l-adeżjoni m'għandhiex taffettwa l-kompetenzi ta' l-Unjoni kif definiti mit-Trattati.

    3.   Id-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali, u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, għandhom jagħmlu parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt ta' l-Unjoni.


    Sus