Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012M004

    Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) - TITOLU 1 DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI - Artikolu 4

    ĠU C 326, 26.10.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/teu_2012/art_4/oj

    26.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 326/1


    TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

    TITOLU 1

    DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

    Artikolu 4

    1.   Skond l-Artikolu 5, il-kompetenzi kollha li m'humiex mogħtija mit-Trattati lill-Unjoni jibqgħu għand l-Istati Membri.

    2.   L-Unjoni għandha tirrispetta l-ugwaljanza ta' l-Istati Membri quddiem it-Trattati kif ukoll l-identità nazzjonali tagħhom, inerenti fl-istrutturi politiċi u kostituzzjonali, fundamentali tagħhom, inkluża l-awtonomija lokali u reġjonali. Hija għandha tirrispetta l-funzjonijiet Statali essenzjali tagħhom, inkluż dawk li jassiguraw l-integrità territorjali ta' l-Istat, iż-żamma ta' l-ordni pubbliku u l-protezzjoni tas-sigurtà nazzjonali. B'mod partikolari, is-sigurtà nazzjonali tibqa' r-responsabbiltà unika ta' kull Stat Membru.

    3.   Skond il-prinċipju tal-koperazzjoni leali, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, f'rispett reċiproku sħiħ, jgħinu lil xulxin fit-twettiq tal-kompiti li joħorġu mit-Trattati.

    L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura ġenerali jew partikolari xierqa sabiex jassiguraw li l-obbligi li joħorġu mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti ta' l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni jitwettqu.

    L-Istati Membri għandhom jgħinu lill-Unjoni sabiex twettaq il-kompiti tagħha u joqogħdu lura minn kwalunkwe miżura li tista' tqiegħed f' periklu l-kisba ta' l-objettivi ta' l-Unjoni.


    Top