Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012E106

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
    IT-TIELET PARTI - POLITIKA UAZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
    TITOLU VII - REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET
    Kapitolu 1 - Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni
    Taqsima 1 - Regoli li japplikaw għal impriżi
    Artikolu 106
    (ex Artikolu 86 TKE)

    ĠU C 326, 26.10.2012, p. 90–91 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2012/art_106/oj

    26.10.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 326/1


    TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

    IT-TIELET PARTI

    POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI

    TITOLU VII

    REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET

    KAPITOLU 1

    REGOLI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONI

    TAQSIMA 1

    REGOLI LI JAPPLIKAW GĦAL IMPRIŻI

    Artikolu 106

    (ex Artikolu 86 TKE)

    1.   Dwar impriżi pubbliċi u impriżi li lilhom jagħtu drittijiet speċjali jew esklusivi, l-Istati Membri ma għandhom la jiddekretaw u lanqas iżommu fis-seħħ miżuri kuntrarji għar-regoli fit-Trattati, b’mod partikolari, għal dawk li hemm fl-Artikolu 18 u fl-Artikoli 101 sa 109 inklużi.

    2.   Kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta’ monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b’mod partikolari dawk li jirriferu għall-kompetizzjoni, safejn l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b' mod kuntrarju għall-interessi ta' l-Unjoni.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tassigura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu u għandha, fejn meħtieġ, toħroġ direttivi jew deċiżjonijiet opportuni lill-Istati Membri.


    Top