EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12012E/PRO/37
Consolidated version of the Treaty on the Functioning of the European Union#PROTOCOLS#Protocol (No 37) on the financial consequences of the expiry of the ECSC Treaty and on the Research fund for Coal and Steel
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
PROTOKOLLI
Protokoll (nru 37) dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Ricerka ghall-Faham u l-Azzar
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
PROTOKOLLI
Protokoll (nru 37) dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta' l-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Ricerka ghall-Faham u l-Azzar
ĠU C 326, 26.10.2012, p. 328–329
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
PROTOKOLL (Nru 37)
DWAR IL-KONSEGWENZI FINANZJARJI TA’ L-ISKADENZA TAT-TRATTAT TAL-KEFA U DWAR IL-FOND TAR-RICERKA GHALL-FAHAM U L-AZZAR
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
FILWAQT li jfakkru li l-kapital u d-dejn kollu tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar kif kien jeżisti fit-23 ta' Lulju 2002, kien ingħadda lill-Komunità Ewropea fl-24 ta' Lulju 2002,
WAQT LI JQISU x-xewqa li jużaw dawn il-fondi għar-riċerka f’setturi relatati ma’ l-industrija tal-faħam u l-azzar u, għalhekk, il-ħtieġa li jipprovdu ċerti regoli speċifiċi f’dan ir-rigward,
QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:
Artikolu 1
1. Il-valur nett ta’ dawn l-assi u djun, kif jidhru fil-balance sheet tal-KEFA fit-23 ta’ Lulju 2002, suġġetti għal xi awment jew tnaqqis konsegwenti għall-operazzjoni ta' likwidazzjoni, huwa kunsidrat bħala patrimonju destinat għar-riċerka fis-setturi konnessi ma’ l-industrija tal-faħam u l-azzar, imsejħa “likwidazzjoni tal-KEFA”. Meta tintemm il-likwidazzjoni il-patrimonju jissejjaħ “Patrimonju tal-Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar”.
2. Id-dħul minn dan il-patrimonju msejjaħ “Fond ta' Riċerka tal-Faħam u l-Azzar” jiġi utilizzat esklussivament għar-riċerka f'setturi konnessi ma' l-industrija tal-faħam u ta' l-azzar 'il barra mill-programm qafas ta' riċerka, skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll u ta' l-atti adottati abbażi tiegħu.
Artikolu 2
Il-Kunsill, li jaġixxi skond proċedura leġislattiva speċjali u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inklużi l-prinċipji essenzjali.
Il-Kunsill għandu jadotta, fuq proposta mil-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, il-miżuri li jistabbilixxu l-linji gwida finanzjarji pluriennali għall-immaniġġar tal-patrimonju tal-Fond ta' Riċerka tal-faħam u l-azzar u linji gwida tekniċi għall-programm ta’ riċerka għall-Fond ta’ Riċerka dwar il-Faħam u l-Azzar.
Artikolu 3
Barra minn kif provdut mod ieħor f’dan il-Protokoll u fl-atti adottati abbażi tiegħu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.