This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12006M023
Treaty on European Union (consolidated version)#Title V - Provisions on a common foreign and security policy#Article 23
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata)
Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni
Artikolu 23
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata)
Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni
Artikolu 23
ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 19–20
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 12007L001 | DEVIENT artikolu 15 TER |
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (verżjoni konsolidata) - Titolu V - Disposizzjonijiet dwar politika barranija u ta' sigurtà komuni - Artikolu 23
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0019 - 0020
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0018 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0160 - Consolidated version
Artikolu 23 [2] 1. Id-Deċiżjonijiet taħt dan it-Titolu għandhom jittieħdu mill-Kunsill li jaġixxi unanimamament. L-Astensjoni minn membri preżenti personalment jew irrapreżentati m’għandhiex timpedixxi l-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet. Meta jastjeni minn xi vot, kull membru tal-Kunsill jista' jikkwalifika l-astensjoni tiegħu billi jagħmel dikjarazzjoni formali skond dan is-subparagrafu. F’dak il-każ, hu ma jkunx obligat li japplika dik id-deċiżjoni, imma għandu jaċċetta li dik id-deċiżjoni tikkommetti lill-Unjoni. Fi spirtu ta’ solidarjetà reċiproka, l-Istat Membru kkonċernat għandu joqgħod lura minn xi azzjoni li aktarx toħloq kunflitt ma', jew tostakola l-azzjoni ta' l-Unjoni li tkun ibbażata fuq dik id-deċiżjoni u l-Istati Membri l-oħra għandhom jirrispettaw il-pożizzjoni tiegħu. Jekk il-membri tal-Kunsill li jikkwalifikaw l-astensjoni tagħhom b’dan il-mod jirrapreżentaw aktar minn terz tal-voti peżati skond Artikolu 205 (2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-deċiżjoni m’għandiex tkun adottata. 2. B' deroga mid-disposizzjonijiet ta’ paragrafu 1, il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata: - meta jadotta azzjonijiet konġunti, pożizzjonijiet komuni jew jieħu xi deċiżjonijiet oħra fuq il-bażi ta’ strateġija komuni; - meta jadotta xi deċiżjoni li timplimenta azzjoni konġunta jew pożizzjoni komuni; - meta jinħatar rappreżentant speċjali skond l-Artikolu 18(5). Jekk membru tal-Kunsill jiddikjara li, minħabba raġunijiet importanti u indikati ta’ politika nazzjonali, hu jkollu l-intenzjoni li jopponi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni meħudha b’maġġoranza kwalifikata, il-vot m’għandux jittieħed. Il-Kunsill jista', b’maġġoranza kwalifikata, jitlob li l-materja tkun riferita lill-Kunsill Ewropew għal deċiżjoni unanima. Il-voti tal-Membri tal-Kunsill għandhom ikunu peżati skond l-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Biex jiġu adottati, id-deċiżjonijiet għandhom jeħtieġu mill-anqas 232 vot favur, espress mill-anqas minn żewġ-terzi tal-membri. Meta deċiżjoni għandha tiġi adottata mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob verifika li l-Istati Membri li jifformaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentaw mill-anqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jintwera li dik il-kondizzjoni ma tkunx sodisfatta, id-deċiżjoni msemmija ma għandhiex tiġi adottata. Dan il-paragrafu m’għandux japplika għal deċiżjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża. 3. Għar-rigward tal-kwistjonijiet ta' proċedura, il-Kunsill għandu jaġixxi bil-maġġoranza tal-membri tiegħu. [2] Artikolu emendat bl-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb. --------------------------------------------------