Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006E265

    Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata)
    Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' .
    TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet
    Kapitolu 4 - Il-Kumitat tar-Reġjuni .
    Artikolu 265

    ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 162–162 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tec_2006/art_265/oj

    12006E265

    Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - Il-Hames parti - Istituzzjonijiet tal-Komunita' . - TITOLU 1 - Disposizzjonijiet li jirregolaw l-Istituzzjonijiet - Kapitolu 4 - Il-Kumitat tar-Reġjuni . - Artikolu 265

    Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0162 - 0162
    Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0139 - Consolidated version
    Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0285 - Consolidated version
    Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0069 - Consolidated version


    Artikolu 265

    Il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun ikkonsultat mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni meta dan it-Trattat hekk jipprovdi u fil-każijiet l-oħra kollha, partikolarment dawk li jikkonċernaw il-kooperazzjoni transkonfinali, li fihom wieħed minn dawn l-istituzzjonijiet jikkonsidraw li jkun xieraq.

    Il-Kunsill jew il-Kummissjoni għandhom, jekk jaħsbu li jkun hemm bżonn ta’ dan, jagħtu terminu lill-Kumitat biex jissottometti l-opinjoni tiegħu, terminu li żmien m’għandux ikun ta’ anqas minn xahar mid-data li fiha l-president jirċievi n-notifika f'dan is-sens. Meta jagħlaq it-terminu, in-nuqqas ta’ opinjoni m’għandux jimpedixxi azzjoni ulterjuri.

    Meta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali jiġi kkonsultat skond l-Artikolu 262, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiġi informat mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni li tkun saret talba għal opinjoni. Meta jkun jidhirlu li jkun hemm involuti interessi reġjonali speċifiċi, il-Kumitat tar-Reġjuni jista’ jagħti opinjoni fuq il-kwistjoni.

    Il-Kumitat tar-Reġjuni jista' jkun ikkonsultat mill-Parlament Ewropew.

    Dan jista’ ukoll jagħti opinjoni fuq inizjattiva tiegħu nnifsu meta jkun jidhirlu li dan ikun xieraq.

    L-opinjoni tal-Kumitat, flimkien ma’ l-inkartament tal-proċeduri, għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    --------------------------------------------------

    Top