Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006E150

    Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata)
    It-Tielet parti - Politika tal-Komunita'
    TITOLU XI - Politika Soċjali, Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali u Żgħażagħ
    Kapitolu 3 - Edukazzjoni, formazzjoni vokazzjonali u żgħażaġħ
    Artikolu 150

    ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 113–113 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tec_2006/art_150/oj

    12006E150

    Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU XI - Politika Soċjali, Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali u Żgħażagħ - Kapitolu 3 - Edukazzjoni, formazzjoni vokazzjonali u żgħażaġħ - Artikolu 150

    Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0113 - 0113
    Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0098 - Consolidated version
    Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0245 - Consolidated version
    Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0047 - Consolidated version
    (EEC Treaty - no official publication available)


    Artikolu 150

    1. Il-Komunità għandha timplimenta politika ta' taħriġ vokazzjonali, li għandha tappoġġa u tissuplimenta l-azzjoni ta' l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta għal kollox ir-responsabbiltà ta' l-Istati Membri għall-kontenut u l-organizzazzjoni tat-taħriġ vokazzjonali.

    2. L-azzjoni komunitarja għandha jkollha l-mira li:

    - tħaffef l-adattament għal bidliet industrijali, partikolarment permezz ta' taħriġ vokazzjonali u taħriġ mill-ġdid;

    - ittejjeb il-formazzjoni vokazzjonali inizjali u kontinwu sabiex tħaffef l-integrazzjoni u r-re-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol;

    - tħaffef l-aċċess għall-formazzjoni vokazzjonali u tinkoraġġixxi l-mobilità ta' l-edukaturi u ta' min ikun qiegħed jitħarreġ u partikolarment taż-żgħażagħ;

    - tistimula l-kooperazzjoni dwar taħriġ bejn istituzzjonijiet edukattivi jew ta' taħriġ ul-impriżi;

    - tiżviluppa skambji ta' nformazzjoni u ta' esperjenza fuq kwistjonijiet komuni fis-sistemi ta' taħriġ ta' l-Istati Membri.

    3. Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-formazzjoni vokazzjonali.

    4. Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 251 u wara li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandu jadotta miżuri li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni ta' l-objettivi imsemmija f’dan l-Artikolu, eskluża l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

    --------------------------------------------------

    Top