Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006E141

    Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata)
    It-Tielet parti - Politika tal-Komunita'
    TITOLU XI - Politika Soċjali, Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali u Żgħażagħ
    Kapitolu 1 - Disposizzjonijiet Soċjali
    Artikolu 141

    ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 110–110 (ES, CS, ET, EL, GA, LV, LT, HU, MT, PT, SK, SL, FI)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tec_2006/art_141/oj

    12006E141

    Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU XI - Politika Soċjali, Edukazzjoni, Formazzjoni Vokazzjonali u Żgħażagħ - Kapitolu 1 - Disposizzjonijiet Soċjali - Artikolu 141

    Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0110 - 0110
    Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0096 - Consolidated version
    Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0242 - Consolidated version
    Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0045 - Consolidated version
    (EEC Treaty - no official publication available)


    Artiklu 141

    1. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-prinċipju ta’ paga ugwali għall-ħaddiema maskili u femminili għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali, għandu jkun applikat.

    2. Għall-iskop ta’ dan l-Artikolu, "paga" tfisser il-paga jew is-salarju komuni bażiku jew minimu u kwalunkwe remunerazzjoni oħra, sew jekk fi flus jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, għall-impjieg tiegħu, minngħand min iħaddmu.

    Paga ugwali mingħajr diskriminazzjoni ibbażata fuq is-sess tfisser:

    a) dik il-paga għall-istess xogħol bl-imqieta għandha tkun ikkalkulata fuq il-bażi ta’ l-istess unità ta' kejl;

    b) dik il-paga għal xogħol li jitħallas bil-ħin tkun l-istess għall-istess xogħol.

    3. Il-Kunsill li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, u wara li jikkonsulta l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandu jadotta miżuri li jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċpju ta’ opportunitajiet indaqs u trattament ugwali ta' l-irġiel u n-nisa f’materji ta’ mpiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali.

    4. Bl-iskop li tkun assigurata l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol, il-prinċipju ta’ trattament indaqs m’għandux ifixkel lil xi Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmilha aktar faċli għal dak is-sess li jkun anqas rappreżentat biex jfittex attività professjonali jew biex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali.

    --------------------------------------------------

    Top