EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12006E088

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata)
It-Tielet parti - Politika tal-Komunita'
TITOLU VI - Regoli Komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet .
Kapitolu 1 - Regoli li jirregolaw il-Kompetizzjoni
Sezzjoni 2 - Għajnuna mill-Istati .
Artikolu 88

ĠU C 321E, 29.12.2006, p. 77–78 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tec_2006/art_88/oj

12006E088

Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU VI - Regoli Komuni fuq il-Kompetizzjoni fuq it-Tassazzjoni u l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet . - Kapitolu 1 - Regoli li jirregolaw il-Kompetizzjoni - Sezzjoni 2 - Għajnuna mill-Istati . - Artikolu 88

Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0077 - 0078
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0067 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0211 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0030 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)


Artikolu 88

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina kostantement ma' l-Istati Membri is-sistemi kollha ta’ għajnuna li jeżiżtu f’dawk l-Istati. Hija għandha tipproponi lil dawn ta' l-aħħar kull miżura xierqa meħtieġa għall-iżvilupp progressiv u għall-funzjonament tas-suq komuni.

2. Jekk, wara li ssejjaħ lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni ssib li miżura ta’ għajnuna mogħtija minn Stat, jew permezz tar-riżorsi ta’ Stat, m’hijiex kompatibbli mas-suq komuni skond l-Artikolu 87, jew li dik l-għajnuna tkun applikata b’mod inġust, hija għandha tieħu deċiżjoni li tirrikjedi lill-Istat interessat li jabolixxi dik l-għajnuna jew li jimmodifikaha fit-terminu preskritti mill-Kummissjoni.

Jekk l-Istat interessat ma joqgħodx għal din id-deċiżjoni fit-terminu preskritt, il-Kummissjoni jew kull Stat ieħor interessat ikun jista' jissottometti l-materja direttament lill-Qorti tal-Ġustizzja, b’deroga għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikoli 226 u 227.

Fuq talba ta’ kull Stat Membru, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, b’vot unanimu, li miżura ta’ għajnuna mogħtija jew li trid tingħata minn dak l-Istat għandha tkun ikkonsidrata bħala kompatibbli mas-suq komuni, b’deroga għad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 87 jew tar-regolamenti previsti fl-Artikolu 89, jekk din id-deċiżjoni tkun ġustifikata b’ċirkostanzi eċċezzjonali. Jekk il-Kummissjoni diġà tkun bdiet il-proċedura preskritta fl-ewwel sub-paragrafu ta’ dan il-paragrafu, rigward l-għajnuna in kwistjoni, it-talba magħmula lill-Kunsill mill-Istat interessat għandha ġġib is-sospensjoni ta’ dik il-proċedura sakemm il-Kunsill ikun iddeċieda l-pożizzjoni tiegħu.

Madankollu, jekk il-Kunsill ma jkunx għarraf il-pożizzjoni tiegħu f’egħluq tliet xhur minn dik it-talba, għandha tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tiġi informata, fil-ħin biex tissottometti l-osservazzjonijiet tagħha, dwar kull proġett biex tiġi mogħtija jew biex tiġi modifikata għajnuna. Jekk tikkunsidra li proġett bħal dak ma jkunx kompatibbli mas-suq komuni skond it-termini ta’ l-Artikolu 87, hija għandha mingħajr dewmien tibda l-proċedura prevista fil-paragrafu qabel dan. L-Istat Membru interessat ma jistgħax idaħħal fis-seħħ il-proġetti proposti tiegħu qabel ma dik il-proċedura ikollha deċiżjoni finali.

--------------------------------------------------

Top