Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12003TN02/04/C3

    ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness II: Lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 20 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni - 4. Il-liġi dwar il-kumpanniji - Ċ Id-drittijiet tal-proprjetà industrijali - III. Id-disinji Komunitarji

    ĠU L 236, 23.9.2003, p. 344–344 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    12003TN02/04/C3



    Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0344 - 0344


    III. ID-DISINJI KOMUNITARJI

    32002 R 0006: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat- 12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).

    L-Artikolu li ġej jiżdied wara l-Artikolu 110:

    "Artikolu 110a

    Disposizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-tkabbir tal-Komunità

    1. Mid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn 'l quddiem imsejħa "l-Istat Membru l-ġdid jew l-Istati Membri l-ġodda"), disinn Komunitarju protett jew li ssir applikazzjoni għalih skond dan ir-Regolament qabel id-data ta' l-adeżjoni għandu jiġi estiż għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollu l-istess effett fil-Komunità kollha.

    2. L-applikazzjoni għal disinn Komunitarju reġistrat ma tistax tiġi miċħuda abbażi ta' xi waħda mir-raġunijiet għan-non-reġistrabilità mniżżlin fl-Artikolu 47(1), jekk dawn ir-raġunijiet saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Membru Stat ġdid.

    3. Disinn Komunitarju li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 ma jistax ikun iddikjarat invalidu skond l-Artikolu 25(1) jekk ir-raġunijiet għall-invalidità saru applikabbli biss minħabba l-adeżjoni ta' xi Stat Membru ġdid.

    4. L-applikant jew il-pussessur ta' dritt iktar kmieni f'xi Stat Membru ġdid jista' jopponi l-użu ta' disinn Komunitarju li jaqa' taħt l-Artikolu 25(1)(d), (e) jew (f) fit-territorju fejn id-dritt ta' iktar kmieni huwa protett. Għall-iskop ta' din id-disposizzjoni, "id-dritt l-iktar kmieni" ifisser dritt akkwistat jew li saret applikazzjoni għalih b'bona fidi qabel l-adeżjoni.

    5. Il-paragrafi 1, 3 u 4 ta' hawn fuq għandhom japplikaw ukoll għal disinji Komunitarji mhux reġistrati. Skond l-Artikolu 11, disinn li ma sarx pubbliku fit-territorju tal-Komunità ma għandux igawdi minn protezzjoni bħala disinn Komunitarju mhux reġistrat."

    --------------------------------------------------

    Top