Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02022R2309-20230216

    Consolidated text: Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2309 tal-25 ta’ Novembru 2022 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2309/2023-02-16

    02022R2309 — MT — 16.02.2023 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2309

    tal-25 ta’ Novembru 2022

    dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti

    (ĠU L 307 28.11.2022, p. 17)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/331 tal-14 ta’ Frar 2023

      L 47

    1

    15.2.2023




    ▼B

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2309

    tal-25 ta’ Novembru 2022

    dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Haiti



    Artikolu 1

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    “pretensjoni” tfisser kwalunkwe pretensjoni, kemm jekk iddikjarata bi proċedimenti legali kif ukoll jekk le, li ssir qabel jew wara t-28 ta’ Novembru 2022, skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b’rabta magħhom, u b’mod partikolari:

    (i) 

    pretensjoni għat-twettiq ta’ kwalunkwe obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b’rabta ma’ wieħed minnhom;

    (ii) 

    pretensjoni għall-estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, ta’ garanzija finanzjarja jew ta’ indennizz ta’ kull forma;

    (iii) 

    pretensjoni għal kumpens marbut ma’ kuntratt jew tranżazzjoni;

    (iv) 

    kontropretensjoni;

    (v) 

    pretensjoni għall-għarfien jew l-infurzar, inkluż bil-proċedura ta’ exequatur, ta’ sentenza, ta’ deċiżjoni bl-arbitraġġ jew ta’ deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn tittieħed jew tingħata;

    (b) 

    “kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni ta’ liema forma tkun u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, kemm jekk tikkonsisti f’kuntratt wieħed jew aktar jew f’obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” tinkludi bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, kemm jekk legalment indipendenti kif ukoll jekk le, kif ukoll kwalunkwe dispożizzjoni relatata li taqa’ taħt it-tranżazzjoni jew li hi konnessa magħha;

    (c) 

    “awtoritajiet kompetenti” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II;

    (d) 

    “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull tip, kemm jekk tanġibbli kif ukoll jekk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi, iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

    (e) 

    “iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta’ fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux limitat għal, il-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar tagħhom;

    (f) 

    “iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kwalunkwe ċaqliq, trasferiment, alterazzjoni, użu, aċċess, jew trattar ta’ fondi bi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fis-sjieda, fil-pussess, fil-karattru, fid-destinazzjoni tagħhom jew fi bdil ieħor li jippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż ġestjoni ta’ portafolli;

    (g) 

    “fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta’ kull tip, inklużi, iżda mhux limitatament għal:

    (i) 

    flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta’ pagament;

    (ii) 

    depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta’ dejn;

    (iii) 

    titoli u strumenti ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi stokks u ishma, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti ta’ derivattiv;

    (iv) 

    imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;

    (v) 

    kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħrajn;

    (vi) 

    ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, poloz ta’ bejgħ;

    (vii) 

    dokumenti li jagħtu prova ta’ xi interess f’fondi jew f’riżorsi finanzjarji;

    (h) 

    “Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit bis-saħħa tal-paragrafu 19 tal-UNSCR 2653 (2022);

    (i) 

    “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista’ tkun f’forma ta’ struzzjoni, parir, taħriġ, trażmissjoni ta’ għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza, inklużi forom verbali ta’ assistenza;

    (j) 

    “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

    Artikolu 2

    Għandu jkun ipprojbit li:

    (a) 

    li tingħata assistenza teknika relatata ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, manifattura, manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u l-parts tal-bdil għalihom, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, kif elenkat fl-Anness I;

    (b) 

    li jingħataw finanzjament jew assistenza finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat, jew għall-forniment ta’ assistenza teknika relatata, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, kif elenkat fl-Anness I.

    Artikolu 3

    1.  
    Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, jew huma l-proprjetà, jew fil-pussess jew taħt il-kontroll ta’ kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I għandhom jiġu ffriżati.
    2.  
    L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, jew għall-benefiċċju tagħhom.

    Artikolu 4

    1.  

    L-Anness I għandu jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ("il-Kunsill tas-Sigurtà") jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li huma responsabbli għal jew li huma kompliċi, jew kienu involuti, direttament jew indirettament, f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Haiti, inkluż iżda mhux limitat għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi li heddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Haiti b’xi waħda mill-azzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    l-involviment dirett jew indirett f’attivitajiet kriminali u vjolenza li tinvolvi gruppi armati u networks kriminali li jippromwovu l-vjolenza, inkluż ir-reklutaġġ furzat ta’ tfal minn tali gruppi u networks, ħtif ta’ persuni, traffikar ta’ persuni u faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, u omiċidji u vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, jew l-appoġġ għalihom;

    (b) 

    l-appoġġ għat-traffikar illeċitu u d-devjazzjoni ta’ armi u materjal relatat, jew flussi finanzjarji illeċiti relatati magħhom;

    (c) 

    li jaġixxu għal jew f’isem, jew taħt id-direzzjoni, jew jappoġġaw b’mod ieħor jew jiffinanzjaw persuna jew entità deżinjata b’konnessjoni mal-attività deskritta fil-punti (a) u (b) , inkluż bl-użu dirett jew indirett tar-rikavat mill-kriminalità organizzata, inklużi rikavati mill-produzzjoni illeċita u t-traffikar tad-drogi u tal-prekursuri tagħhom li joriġinaw fil-Haiti jew li jgħaddu minnha, it-traffikar ta’ persuni u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali mill-Haiti jew il-kuntrabandu u t-traffikar ta’ armi lejn jew mill-Haiti;

    (d) 

    jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi stabbilit fil-paragrafu 11 tal-UNSCR 2653 (2022), jew ifornu, ibigħu jew jittrasferixxu direttament jew indirettament armi jew kwalunkwe materjal relatat, jew kwalunkwe parir tekniku, taħriġ jew assistenza, inkluż finanzjament u assistenza finanzjarja, lil gruppi armati jew networks kriminali fil-Haiti, jew ikunu rċevew xi wieħed/waħda minn dawn, b’rabta mal-attivitajiet vjolenti ta’ gruppi armati jew networks kriminali fil-Haiti;

    (e) 

    ippjanar, idderieġew, jew wettqu atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew atti li jikkostitwixxu abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk li jinvolvu eżekuzzjoni ekstraġudizzjarja, inkluż tan-nisa u tat-tfal, u l-ikkummissjonar ta’ atti ta’ vjolenza, is-sekwestru ta’ persuna, l-għajbien furzat jew il-ħtif ta’ persuna għal riskatt fil-Haiti;

    (f) 

    ippjanaw, idderieġew jew wettqu atti li jinvolvu vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, inklużi stupru u skjavitù sesswali, fil-Haiti;

    (g) 

    ostakolaw il-provvista ta’ assistenza umanitarja lill-Haiti jew l-aċċess jew id-distribuzzjoni ta’ assistenza umanitarja fil-Haiti;

    (h) 

    attakkaw persunal jew bini ta’ missjonijiet u operazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Haiti, jew ipprovdew appoġġ għal attakki bħal dawn.

    2.  
    L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet jew tal-korpi kkonċernati.
    3.  
    L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet neċessarja biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta’ persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta’ twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaporti u tal-karti tal-identità, il-ġeneru, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data tal-inklużjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    ▼M1

    Artikolu 5

    L-Artikolu 3(1) u (2) ma għandux japplika għat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi meħtieġa biex jiġi żgurat it-twassil f’waqtu ta’ assistenza umanitarja jew biex jappoġġaw attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem meta tali assistenza u attivitajiet oħra jitwettqu:

    (a) 

    min-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-programmi, il-fondi u l-entitajiet u l-korpi l-oħra tagħha, kif ukoll l-aġenziji speċjalizzati u l-organizzazzjonijiet relatati tagħha;

    (b) 

    organizzazzjonijiet internazzjonali;

    (c) 

    organizzazzjonijiet umanitarji bi status ta’ osservatur mal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u membri ta’ dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji;

    (d) 

    organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati bilateralment jew multilateralment li jipparteċipaw fil-Pjanijiet ta’ Rispons Umanitarju tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Pjanijiet ta’ Rispons għar-Refuġjati, appelli oħra tan-Nazzjonijiet Uniti jew raggruppamenti umanitarji kkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (United Nations Office for the Coordination of Humanitarian Affairs, OCHA);

    (e) 

    l-impjegati, il-benefiċjarji, is-sussidjarji, jew is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) filwaqt u sal-punt li jkunu qed jaġixxu f’dawk il-kapaċitajiet; jew

    (f) 

    atturi oħra xierqa kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

    ▼B

    Artikolu 6

    1.  

    B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, skont dawk il-kundizzjonijiet li jqisu xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

    (a) 

    meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta’ dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlasijiet għall-ikel, għall-kera jew għall-ipotekar, għall-mediċini u għat-trattament mediku, għat-taxxi, għall-primjums tal-assigurazzjoni u għall-ispejjeż tas-servizzi pubbliċi;

    (b) 

    maħsuba esklużivament għall-ħlas ta’ tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-provvista ta’ servizzi legali;

    (c) 

    maħsuba esklużivament għall-pagament ta’ tariffi jew imposti ta’ servizzi ta’ kustodja jew ġestjoni normali ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;

    sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat tkun innotifikat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar dik il-konstatazzjoni u dwar l-intenzjoni tagħha li tagħti awtorizzazzjoni u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien 5 ijiem tax-xogħol ta’ din in-notifika.

    2.  
    B’deroga mill-Artikolu 3, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b’dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma meħtieġa minħabba spejjeż straordinarji, u dejjem jekk tali determinazzjoni tkun ġiet innotifikata lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat.
    3.  
    L-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħarrfu lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont il-paragrafi 1 u 2 fi żmien ġimagħtejn tal-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 7

    1.  

    B’deroga mill-Artikolu 3(1), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma s-suġġett ta’ rahan ġudizzjarju, amministrattiv jew arbitrali stabbilit qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi fl-Artikolu 4 ġie inkluż fl-Anness I, jew ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;

    (b) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklussivament sabiex jintlaħqu l-pretensjonijiet iggarantiti jew rikonoxxuti bħala validi f’tali rahan jew sentenza, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta’ persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

    (c) 

    id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

    (d) 

    ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru kkonċernat; u

    (e) 

    il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru bil-garanzija jew bis-sentenza.

    2.  
    L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 8

    1.  

    B’deroga mill-Artikolu 3(1) u bil-kundizzjoni li jkun dovut pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I skont kuntratt jew ftehim li jkun ġie konkluż minn, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta’ meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, skont il-kundizzjonijiet li jqisu li jkunu adattati, ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

    (a) 

    il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I;

    (b) 

    il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 3(2); u

    (c) 

    il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ġie nnotifikat mill-Istat Membru relevanti dwar l-intenzjoni li tagħti awtorizzazzjoni 10 ijiem ta’ xogħol bil-quddiem.

    2.  
    L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni li jagħti skont il-paragrafu 1 fi żmien ġimagħtejn mill-awtorizzazzjoni.

    Artikolu 9

    1.  
    L-Artikolu 3(2) ma għandux iwaqqaf l-ikkreditar ta’ kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta’ kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati, dejjem jekk kwalunkwe żieda f’dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti bi kwalunkwe tranżazzjoni ta’ dan it-tip, mingħajr dewmien.
    2.  

    L-Artikolu 3(2) ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

    (a) 

    imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

    (b) 

    pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 4 jkunu ġew inklużi fl-Anness I; jew

    (c) 

    pagamenti dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fi Stat Membru jew eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,

    dment li kwalunkwe tali imgħax, dħul u pagament ieħor jibqa’ soġġett għall-miżuri previsti fl-Artikolu 3(1).

    Artikolu 10

    1.  

    Bla preġudizzju għar-regoli applikabbli li jikkonċernaw ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:

    (a) 

    ifornu minnufih kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 3(1) lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru lill-Kummissjoni; u

    (b) 

    jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika tal-informazzjoni msemmija fil-punt (a).

    2.  
    Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni tirċievi direttament għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.
    3.  
    Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.

    Artikolu 11

    1.  
    Il-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 3.
    2.  

    Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ddeżinjati, elenkati fl-Anness I, għandhom:

    (a) 

    jirrappurtaw qabel id-9 ta’ Jannar 2023 jew fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema jiġi l-aħħar, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru li jappartjenu, huma l-proprjetà, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi; u

    (b) 

    jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ tali informazzjoni.

    3.  
    In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 għandu jitqies bħala parteċipazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2.
    4.  
    L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Kummissjoni fi żmien ġimagħtejn bl-informazzjoni li jkun irċieva skont il-paragrafu 2, il-punt (a).
    5.  
    L-obbligu fil-paragrafu 2, il-punt (a) ma għandux japplika sal-1 ta’ Jannar 2023 fir-rigward ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi li jinsabu fi Stat Membru li kien stabbilixxa obbligu ta’ rapportar simili skont il-liġi nazzjonali qabel it-28 ta’ Novembru 2022.
    6.  
    Kwalunkwe informazzjoni pprovduta jew riċevuta f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat jew ġiet riċevuta.
    7.  
    Kwalunkwe pproċessar ta’ data personali għandu jitwettaq f’konformità ma’ dan ir-Regolament, ir-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u safejn ikun neċessarju biss għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 12

    1.  
    L-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tingħata disponibbiltà għal fondi jew riżorsi ekonomiċi, imwettqa bona fide fuq il-bażi li tali azzjoni tkun konformi ma’ dan ir-Regolament, ma għandhom joħolqu ebda tip ta’ responsabbiltà fir-rigward tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawhom, jew ta’ diretturi jew impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b’riżultat ta’ negliġenza.
    2.  
    L-azzjonijiet mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma għandhomx jagħtu lok għal responsabbiltà tal-ebda xorta fuq in-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu se jiksru l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    Artikolu 13

    1.  

    Ebda pretensjoni b’konnessjoni ma’ xi kuntratt jew tranżazzjoni, li l-prestazzjoni tagħhom tkun ġiet affettwata, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, partikolarment pretensjoni għal estensjoni jew għall-ħlas ta’ bond, garanzija jew indennizz, b’mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta’ kwalunkwe għamla, ma għandha tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:

    (a) 

    persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I;

    (b) 

    kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxi permezz ta’ jew f’isem waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi msemmija fil-punt (a).

    2.  
    Fi kwalunkwe proċedura għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1 għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-infurzar ta’ din il-pretensjoni.
    3.  
    Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, tal-entitajiet u tal-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-eżekuzzjoni insuffiċjenti ta’ obbligi kuntrattwali f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 14

    1.  

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament u jikkondividu kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom marbuta ma’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari informazzjoni dwar:

    (a) 

    il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 3(1) u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 6, 7 u 8;

    (b) 

    problemi ta’ ksur u eżekuzzjoni u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

    2.  
    L-Istati Membri għandhom jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe informazzjoni oħra relevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li tista’ taffettwa l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 15

    Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi ta’ informazzjoni moghtija mill-Istati Membri.

    Artikolu 16

    1.  
    Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jinnomina persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp u jkun ipprovda dikjarazzjoni tar-raġunijiet għad-deżinjazzjoni, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat fl-Anness I. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu u d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ notifika, li tipprovdi lil tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat b’opportunità li jippreżenta osservazzjonijiet.
    2.  
    Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi preżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat b’dan.
    3.  
    Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddeċiedi li jneħħi mil-lista xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, jew li jemenda d-data ta’ identifikazzjoni ta’ persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness I skont dan.

    Artikolu 17

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dawn ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 mingħajr dewmien wara t-28 ta’ Novembru 2022 u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.

    Artikolu 18

    1.  

    Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) għandhom jipproċessaw id-data personali sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament. Dawk il-kompiti jinkludu:

    (a) 

    fir-rigward tal-Kunsill, it-tħejjija u l-emendar tal-Anness I;

    (b) 

    fir-rigward tar-Rappreżentant Għoli, it-tħejjija ta’ emendi għall-Anness I;

    (c) 

    fir-rigward tal-Kummissjoni:

    (i) 

    l-inklużjoni tal-kontenut tal-Anness I fil-lista kkonsolidata, elettronika, tal-persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u fil-mappa interattiva dwar is-sanzjonijiet, li jkunu t-tnejn disponibbli għall-pubbliku;

    (ii) 

    l-ipproċessar ta’ informazzjoni dwar l-impatt tal-miżuri ta’ dan ir-Regolament, bħall-valur tal-fondi ffriżati u informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti.

    2.  
    Il-Kunsill, il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jistgħu jipproċessaw, fejn applikabbli, data rilevanti relatata ma’ reati kriminali mwettqa minn persuni fiżiċi elenkati, ma’ kundanni kriminali ta’ tali persuni jew ma’ miżuri ta’ sigurtà li jikkonċernaw lit-tali persuni, biss sa fejn tali pproċessar ikun meħtieġ għat-tħejjija tal-Anness I.
    3.  
    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-Kunsill, is-servizz tal-Kummissjoni elenkat fl-Anness II għal dan ir-Regolament u r-Rappreżentant Għoli huma maħtura bħala “kontrolluri” skont it-tifsira tal-Artikolu 3, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2018/1725, sabiex ikun żgurat li l-persuni fiżiċi kkonċernati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

    Artikolu 19

    1.  
    L-Istati Membri għandhom jinnominaw lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u jidentifikawhom fis-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fl-indirizzi tas-siti web tagħhom elenkati fl-Anness II.
    2.  
    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta’ kuntatt ta’ dawn l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara t-28 ta’ Novembru 2022, u għandhom jinnotifikawha bi kwalunkwe emenda sussegwenti.
    3.  
    Jekk dan ir-Regolament jistipula rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata, jew li b’xi mod ieħor issir komunikazzjoni magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li jridu jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness II.

    Artikolu 20

    Dan ir-Regolament għandu japplika:

    (a) 

    fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

    (b) 

    abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta’ xi Stat Membru;

    (c) 

    għal kwalunkwe persuna fiżika fit-territorju jew barra mit-territorju tal-Unjoni li tkun ċittadina ta’ Stat Membru;

    (d) 

    għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta’ Stat Membru;

    (e) 

    għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

    Artikolu 21

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 2, 3 u 9

    PERSUNI

    1.  Jimmy Cherizier (bil-psewdonimu Barbeque) kien involut f’atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Haiti, u ppjana, idderieġa jew wettaq atti li jikkostitwixxu abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

    Deżinjazzjoni: il-21 ta’ Ottubru 2022

    Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

    Jimmy Cherizier huwa wieħed mill-mexxejja l-aktar influwenti ta’ gruppi vjolenti u jmexxi alleanza ta’ gruppi Haitjani magħrufa bħala l-’G9 Family and Allies’.

    Waqt li kien uffiċjal fil-Pulizija Nazzjonali tal-Haiti (HNP), Cherizier ippjana u pparteċipa fl-attakk fatali ta’ Novembru 2018 kontra persuni ċivili fil-viċinanzi La Saline ta’ Port-au-Prince. Waqt dan l-attakk inqatlu mill-inqas 71 persuna, inqerdu aktar minn 400 dar u mill-inqas seba’ nisa ġew stuprati minn gruppi armati. Matul l-2018 u l-2019, Cherizier mexxa gruppi armati f’attakki brutali u koordinati fil-viċinat ta’ Port-au-Prince. F’Mejju 2020, Cherizier mexxa gruppi armati f’attakk li dam 5 ijiem f’għadd ta’ viċinanzi ta’ Port-au-Prince, fejn inqatlu persuni ċivili u tqabbdu djar. Mill-11 ta’ Ottubru 2022, Cherizier u l-konfederazzjoni ta’ gruppi G9 tiegħu kienu qed jimblukkaw b’mod attiv il-moviment liberu tal-fjuwil mit-terminal tal-fjuwil ta’ Varreux — l-akbar wieħed fil-Haiti. L-azzjonijiet tiegħu kkontribwew direttament għall-paraliżi ekonomika u l-kriżi umanitarja fil-Haiti.




    ANNESS II

    Siti web b’informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni

    IL-BELĠJU

    https://diplomatie.belgium.be/en/policy/policy_areas/peace_and_security/sanctions

    Il-BULGARIJA

    https://www.mfa.bg/en/EU-sanctions

    IĊ-ĊEKJA

    www.financnianalytickyurad.cz/mezinarodni-sankce.html

    ID-DANIMARKA

    http://um.dk/da/Udenrigspolitik/folkeretten/sanktioner/

    IL-ĠERMANJA

    https://www.bmwi.de/Redaktion/DE/Artikel/Aussenwirtschaft/embargos-aussenwirtschaftsrecht.html

    L-ESTONJA

    https://vm.ee/sanktsioonid-ekspordi-ja-relvastuskontroll/rahvusvahelised-sanktsioonid

    L-IRLANDA

    https://www.dfa.ie/our-role-policies/ireland-in-the-eu/eu-restrictive-measures/

    IL-GREĊJA

    http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

    SPANJA

    https://www.exteriores.gob.es/es/PoliticaExterior/Paginas/SancionesInternacionales.aspx

    FRANZA

    http://www.diplomatie.gouv.fr/fr/autorites-sanctions/

    IL-KROAZJA

    https://mvep.gov.hr/vanjska-politika/medjunarodne-mjere-ogranicavanja/22955

    L-ITALJA

    https://www.esteri.it/it/politica-estera-e-cooperazione-allo-sviluppo/politica_europea/misure_deroghe/

    ĊIPRU

    https://mfa.gov.cy/themes/

    IL-LATVJA

    http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

    IL-LITWANJA

    http://www.urm.lt/sanctions

    IL-LUSSEMBURGU

    https://maee.gouvernement.lu/fr/directions-du-ministere/affaires-europeennes/organisations-economiques-int/mesures-restrictives.html

    L-UNGERIJA

    https://kormany.hu/kulgazdasagi-es-kulugyminiszterium/ensz-eu-szankcios-tajekoztato

    MALTA

    https://foreignandeu.gov.mt/en/Government/SMB/Pages/SMB-Home.aspx

    IN-NETHERLANDS

    https://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

    L-AWSTRIJA

    https://www.bmeia.gv.at/themen/aussenpolitik/europa/eu-sanktionen-nationale-behoerden/

    IL-POLONJA

    https://www.gov.pl/web/dyplomacja/sankcje-miedzynarodowe

    https://www.gov.pl/web/diplomacy/international-sanctions

    IL-PORTUGALL

    http://www.portugal.gov.pt/pt/ministerios/mne/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

    IR-RUMANIJA

    http://www.mae.ro/node/1548

    IS-SLOVENJA

    http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

    IS-SLOVAKKJA

    https://www.mzv.sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

    IL-FINLANDJA

    https://um.fi/pakotteet

    L-IŻVEZJA

    https://www.regeringen.se/sanktioner

    Indirizz għal notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

    European Commission

    Directorate-General for Financial Stability, Financial Services and Capital Markets Union (DG FISMA)

    Rue de Spa 2

    B-1049 Brussels,

    Belgium

    Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

    Top