This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02022R1478-20231019
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1478 of 6 September 2022 extending the definitive countervailing duty imposed by Implementing Regulation (EU) 2020/776, on imports of certain woven and/or stitched glass fibre fabrics originating in the People’s Republic of China and Egypt to imports of certain woven and/or stitched glass fibre fabrics consigned from Turkey, whether declared as originating in Turkey or not
Consolidated text: Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1478 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jestendi d-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1478 tas-6 ta’ Settembru 2022 li jestendi d-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1478/2023-10-19
02022R1478 — MT — 19.10.2023 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1478 tas-6 ta’ Settembru 2022 (ĠU L 233 8.9.2022, p. 18) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2158 tas-17 ta’ Ottubru 2023 |
L |
1 |
18.10.2023 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1478
tas-6 ta’ Settembru 2022
li jestendi d-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu għall-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta kkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le
Artikolu 1
Id-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew maħduma li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu huwa b’dan estiż għall-importazzjonijiet ta’ materjali ta’ faxex u/jew raden tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu minsuġa, u/jew meħjuta b’elementi oħrajn jew mingħajrhom, ħlief prodotti li huma impregnati jew impregnati minn qabel (prepreg), u minbarra materjali b’nisġa miftuħa b’ċelloli b’daqs ta’ aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2, ikklassifikati attwalment taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 61 00 , ex 7019 62 00 , ex 7019 63 00 , ex 7019 64 00 , ex 7019 65 00 , ex 7019 66 00 , ex 7019 69 10 , ex 7019 69 90 u ex 7019 90 00 (kodiċijiet TARIC 7019610081 , 7019610084 , 7019620081 , 7019620084 , 7019630081 , 7019630084 , 7019640081 , 7019640084 , 7019650081 , 7019650084 , 7019660081 , 7019660084 , 7019691081 , 7019691084 , 7019699081 , 7019699084 , 7019900081 u 7019900084 ) ikkonsenjati mit-Turkija, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Turkija kif ukoll jekk le (kodiċijiet TARIC 7019610083 , 7019620083 , 7019630083 , 7019640083 , 7019650083 , 7019660083 , 7019691083 , 7019699083 u 7019900083 ), bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:
Pajjiż |
Kumpanija |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
It-Turkija |
Saertex Turkey Tekstil Ltd. Ști. |
C115 |
It-Turkija |
Sonmez Asf Iplik Dokuma Ve Boya San Tic A. Ș. |
C116 |
It-Turkija |
Telateks Tekstil Ürünleri Sanayi ve Ticaret Anonim Șirketi Telateks Dıș Ticaret ve Kompozit Sanayi Anonim Șirketi |
C117 |
It-Turkija |
Fibroteks Dokuma Sanayi Ve Ticaret AS |
899G |
Artikolu 2
L-awtoritajiet doganali huma ordnati biex ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita f’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2229 li, b’dan, huwa mħassar.
Artikolu 3
It-talba għal eżenzjoni sottomessa minn Turkiz Composite Materials Technology Üretim Sanayi ve Ticaret Anonim Șirketi hija miċħuda.
Artikolu 4
It-talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiżi permezz tal-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jiġu ffirmati minn persuna awtorizzata biex tirrappreżenta lill-entità li titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Il-Kummissjoni Ewropea
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ
Uffiċċju ta’ Direttorat G:
CHAR 04/39
1049 Bruxelles/Brussell
BELGIQUE/BELGIË
Artikolu 5
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.