This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02020R0740-20200605
Regulation (EU) 2020/740 of the European Parliament and of the Council of 25 May 2020 on the labelling of tyres with respect to fuel efficiency and other parameters, amending Regulation (EU) 2017/1369 and repealing Regulation (EC) No 1222/2009 (Text with EEA relevance)
Consolidated text: Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
02020R0740 — MT — 05.06.2020 — 000.004
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2020/740 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177 5.6.2020, p. 1) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2020/740 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Mejju 2020
dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, biex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers, sabiex jiżdiedu s-sikurezza, il-protezzjoni tas-saħħa, u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz tal-promozzjoni ta’ tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, li jservu fit-tul u li jkunu sikuri b’livelli baxxi ta’ storbju.
Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni
Ir-rekwiżiti għal tajers ittredjati mill-ġdid japplikaw ladarba jkun disponibbli, f’konformità mal‐Artikolu 13, metodu ta’ ttestjar adatt għall-kejl tal-prestazzjoni ta’ tali tajers.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
tajers off-road professjonali;
tajers iddisinjata biex jiġu armati biss fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990;
tajers ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju;
tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km/h;
tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;
tajers mgħammra b’mezzi addizzjonali biex itejbu l-proprjetajiet tat-trazzjoni, bħat-tajers bl-istuds;
tajers iddisinjata biss biex jiġu armati fuq vetturi maħsubin esklużivament għat-tlielaq;
tajers użati, dment li tali tajers ma jkunux importati minn pajjiż terz.
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“tajers C1”, “tajers C2” u “tajers C3” tfisser tajers li jappartjenu għall-klassijiet rispettivi stabbiliti fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;
“tajer ittredjat mill-ġdid” tfisser tajer użat li jiġi rikondizzjonat billi l-wiċċ mikul ta’ barra jinbidel b’materjal ġdid;
“tajer ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju” tfisser tajer ta’ rikambju għal użu temporanju, iddisinjat biex jintuża fi pressjonijiet ta’ nfiħ ogħla minn dawk stabbiliti għat-tajers standard u rinforzati;
“tajers off-road professjonali” tfisser tajer ta’ użu speċjali, użat primarjament f’kondizzjonijiet severi ta’ off-road;
“tikketta ta’ tajer” tfisser dijagramma grafika, f’forma stampata jew elettronika, inkluż fil-forma ta’ stiker, li tinkludi simboli biex l-utenti aħħarija jkunu infurmati dwar il-prestazzjoni ta’ tajer jew ta’ lott ta’ tajers, relattivament għall-parametri stabbiliti fl-Anness I;
“post tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija jew maħżuna u jkunu offruti għall-bejgħ, inklużi show rooms tal-karozzi fejn it-tajers li mhumiex armati fuq il-vetturi jkunu offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija;
“materjal promozzjonali tekniku” tfisser dokumentazzjoni, f’forma stampata jew elettronika, li tkun prodotta minn fornitur biex tissupplimenta materjal ta’ reklamar bl-informazzjoni li tinsab fl-Anness IV;
“skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott” tfisser dokument standard li fih l-informazzjoni li tinsab fl-Anness III u li jkun f’forma stampata jew elettronika;
“dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni li tkun biżżejjed biex tippermetti lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta tat-tajer u tal-iskeda ta’ informazzjoni, inkluż l-informazzjoni li tinsab fil-punt (2) tal-Anness VII;
“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser il-bażi tad-data tal-prodotti stabbilita skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369;
“bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta ta’ bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, fuq l-internet, bit-telemarketing jew bi kwalunkwe metodu ieħor, li permezz tagħha l-utent aħħari potenzjali ma jkunx mistenni li jara t-tajer espost;
“manifattur” tfisser manifattur kif definit fil-punt (8) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
“importatur” tfisser importatur kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
“rappreżentant awtorizzat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f’isem il-manifattur fir-rigward ta’ kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
“fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;
“distributur” tfisser persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-fornitur, li tikkummerċjalizza prodott fis-suq;
“kummerċjalizzazzjoni fis-suq” tfisser kummerċjalizzazzjoni fis-suq kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
“tqegħid fis-suq” tfisser tqegħid fis-suq kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2019/1020;
“utent aħħari” tfisser konsumatur, diriġent ta’ flotta jew intrapriża tat-trasport bit-triq li jixtru jew li huma mistennija li jixtru tajer;
“parametru” tfisser karatteristika ta’ tajer li għandha impatt sinifikanti fuq l-ambjent, is-sikurezza tat-triq jew is-saħħa matul l-użu tat-tajer, bħall-brix tat-tajer, il-kilometraġġ, ir-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern tad-dawrien, il-qabda fuq il-borra jew il-qabda fuq s-silġ;
“tip ta’ tajer” tfisser verżjoni ta’ tajer li għaliha l-karatteristiċi tekniċi fuq it-tikketta tat-tajer, l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott u l-identifikatur tat-tip ta’ tajer ikunu l-istess għall-unitajiet kollha ta’ dik il-verżjoni;
“tolleranza tal-verifika” tfisser id-devjazzjoni massima permissibbli bejn ir-riżultati tal-kejl u l-kalkolu tat-testijiet ta’ verifika mwettqa minn, jew f’isem, l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq, u l-valuri tal-parametri ddikjarati jew ippubblikati, li tirrifletti d-devjazzjoni li tirriżulta minn varjazzjoni interlaboratorja;
“identifikatur tat-tip ta’ tajer” tfisser kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi tip speċifiku ta’ tajer minn tipi oħra ta’ tajers li jkollhom l-istess isem kummerċjali jew l-istess trademark bħal dak tal-fornitur;
“tip ekwivalenti ta’ tajer” tfisser tip ta’ tajer li jitqiegħed fis-suq mill-istess fornitur bħala tip ieħor ta’ tajer b’identifikatur differenti tat-tip ta’ tajer u li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi li jkunu rilevanti għat-tikketta tat-tajer u l-istess skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.
Artikolu 4
Obbligi tal-fornituri tat-tajers
Il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1, it-tajers C2 u t-tajers C3 li jitqiegħdu fis-suq ikunu akkumpanjati mingħajr ħlas:
għal kull tajer individwali, b’tikketta tat-tajer, fil-forma ta’ stiker, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, u bi skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott; jew
għal kull lott ta’ tajers identiċi, wieħed jew aktar, b’tikketta tat-tajer, f’forma stampata, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, u bi skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.
Għat-tajers mibjugħa jew offruti għall-bejgħ fuq l-internet, il-fornituri jistgħu jagħmlu t-tikketta tat-tajer għal tip speċifiku ta’ tajer disponibbli f’wirja ġo oħra.
Għal reklami viżivi fuq l-internet, il-fornituri jistgħu jagħmlu t-tikketta tat-tajer disponibbli f’wirja ġo oħra.
Artikolu 5
Obbligi tal-fornituri tat-tajers fir-rigward tal-bażi tad-data tal-prodotti
Artikolu 6
Obbligi tad-distributuri tat-tajers
Id-distributuri għandhom jiżguraw li:
fil-post tal-bejgħ, it-tajers ikollhom fuqhom tikketta tat-tajer, fil-forma ta’ stiker, li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, ipprovduta mill-fornitur skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) f’pożizzjoni li tidher b’mod ċar u li tinqara kollha kemm hi, u li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli, inkluż, fuq talba, f’forma stampata; jew
qabel il-bejgħ ta’ tajer li jkun parti minn lott ta’ tajers identiċi, wieħed jew aktar, it-tikketta tat-tajer, f’forma stampata, li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, tintwera lill-utent aħħari u tidher b’mod ċar qrib it-tajer fil-post tal-bejgħ, u li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli.
Għal reklami viżivi fuq l-internet ta’ tip speċifiku ta’ tajer, id-distributuri jistgħu jagħmlu t-tikketta tat-tajer disponibbli f’wirja ġo oħra.
Id-distributuri jistgħu jagħmlu t-tikketta tat-tajer għal tip speċifiku ta’ tajer disponibbli f’wirja ġo oħra.
Artikolu 7
Obbligi tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi
Fejn l-utenti aħħarija jkunu beħsiebhom jakkwistaw vettura ġdida, il-fornituri tal-vetturi u d-distributuri tal-vetturi għandhom jagħtu, qabel ma jsir il-bejgħ, lil dawk l-utenti aħħarija t-tikketta għat-tajers offruti jew immuntati mal-vettura u kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku rilevanti, u għandhom jiżguraw li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun disponibbli.
Artikolu 8
Obbligi ta’ fornituri ta’ servizzi ta’ hosting
Fejn fornitur ta’ servizzi kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ ta’ tajers permezz tas-sit web tiegħu, dak il-fornitur tas-servizz għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta tat-tajer u tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott ipprovduti mill-fornitur qrib l-indikazzjoni tal-prezz u għandu jinforma lid-distributur dwar l-obbligu li jesponi t-tikketta tat-tajer u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.
Artikolu 9
Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl
L-informazzjoni li għandha tingħata taħt l-Artikoli 4, 6 u 7 dwar il-parametri indikati fuq it-tikketta tat-tajer għandha tinkiseb f’konformità mal-metodi ta’ ttestjar imsemmija fl-Anness I u mal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju msemmija fl-Anness V.
Artikolu 10
Proċedura ta’ verifika
Għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness VI meta jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Obbligi tal-Istati Membri
Artikolu 12
Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni
Artikolu 13
Atti delegati
Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda:
l-Anness II fir-rigward tal-kontenut u l-format tat-tikketta tat-tajer;
il-Partijiet D u E tal-Anness I u l-Annessi II, III, IV, V, VI u VII, billi tadatta l-valuri, il-metodi ta’ kalkolu u r-rekwiżiti stabbiliti fihom għall-progress teknoloġiku.
Il-Kummissjoni hija mogħtija wkoll is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 sabiex tinkludi parametri jew rekwiżiti ta’ informazzjoni għall-brix tat-tajers u għall-kilometraġġ, hekk kif metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli għall-ittestjar u l-kejl tal-brix tat-tajers u tal-kilometraġġ ikunu disponibbli għall-użu minn organizzazzjonijiet Ewropej jew internazzjonali tal-istandardizzazzjoni u sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-Kummissjoni tkun wettqet bir-reqqa valutazzjoni tal-impatt; u
il-Kummissjoni tkun wettqet konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.
Artikolu 14
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 15
Evalwazzjoni u rapport
Sal-1 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tressaq rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
Dak ir-rapport għandu jivvaluta kemm dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati taħtu kienu effettivi biex wasslu lill-utenti aħħarija jagħżlu tajers ta’ prestazzjoni aħjar, b’kont meħud tal-impatt ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati taħtu fuq in-negozju, il-konsum tal-fjuwil, is-sikurezza, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll l-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ verifika obbligatorja indipendenti minn parti terza tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketta tat-tajer, filwaqt li titqies l-esperjenza miksuba fir-rigward tal-qafas usa’ previst mir-Regolament (KE) Nru 661/2009.
Artikolu 16
Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1369
Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1369, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
li tappoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tagħhom, u taħt ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ).
Artikolu 17
Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Mejju 2021.
Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
ITTESTJAR, KLASSIFIKAZZJONI U KEJL TAL-PARAMETRI TAT-TAJERS
Parti A: Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien
Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-koeffiċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC f’N/kN), skont l-iskala "A" sa "E" speċifikata fit-tabella hawn taħt u għandha titkejjel skont l-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u tiġi allinjata skont il-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju deskritta fl-Anness V.
Jekk tip ta’ tajer jappartjeni għal aktar minn klassi waħda ta’ tajer (eż. C1 u C2), l-iskala tal-klassifikazzjoni użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dak it-tip ta’ tajer għandha tkun dik li hija applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (eż. C2, mhux C1).
|
Tajers C1 |
Tajers C2 |
Tajers C3 |
Klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil |
RRC f’N/kN |
RRC f’N/kN |
RRC f’N/kN |
A |
RRC ≤ 6,5 |
RRC ≤ 5,5 |
RRC ≤ 4,0 |
B |
6,6 ≤ RRC ≤ 7,7 |
5,6 ≤ RRC ≤ 6,7 |
4,1 ≤ RRC ≤ 5,0 |
C |
7,8 ≤ RRC ≤ 9,0 |
6,8 ≤ RRC ≤ 8,0 |
5,1 ≤ RRC ≤ 6,0 |
D |
9,1 ≤ RRC ≤ 10,5 |
8,1 ≤ RRC ≤ 9,0 |
6,1 ≤ RRC ≤ 7,0 |
E |
RRC ≥ 10,6 |
RRC ≥ 9,1 |
RRC ≥ 7,1 |
Parti B: Klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab
1. Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G), skont l-iskala "A" sa "E" speċifikata fit-tabella hawn taħt, ikkalkolata skont il-punt 2 u mkejla skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.
2. Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G)
G = G(T) – 0,03
fejn:
G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu tal-ittestjar wieħed
|
Tajers C1 |
Tajers C2 |
Tajers C3 |
Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab |
G |
G |
G |
A |
1,55 ≤ G |
1,40 ≤ G |
1,25 ≤ G |
B |
1,40 ≤ G ≤ 1,54 |
1,25 ≤ G ≤ 1,39 |
1,10 ≤ G ≤ 1,24 |
C |
1,25 ≤ G ≤ 1,39 |
1,10 ≤ G ≤ 1,24 |
0,95 ≤ G ≤ 1,09 |
D |
1,10 ≤ G ≤ 1,24 |
0,95 ≤ G ≤ 1,09 |
0,80 ≤ G ≤ 0,94 |
E |
G ≤ 1,09 |
G ≤ 0,94 |
G ≤ 0,79 |
Parti C: Klassijiet u valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien
Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (N, f’dB(A)) għandu jiġi ddikjarat f’deċibeli u għandu jitkejjel skont l-Anness 3 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.
Il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta tat-tajer abbażi tal-valuri limitu (LV) stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 kif ġej:
N ≤ LV – 3 |
LV – 3 < N ≤ LV |
N > LV |
|
|
|
Parti D: Qabda fuq il-borra
Il-prestazzjoni tal-qabda tat-tajers fuq il-borra għandha tiġi ttestjata skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.
Tajer li jissodisfa l-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer għall-użu f’kondizzjonijiet severi ta’ borra, u t-tikketta tat-tajer għandha tinkludi l-pittogramma li ġejja.
Parti E: Qabda fuq is-silġ
Il-prestazzjoni tal-qabda fuq is-silġ għandha tiġi ttestjata skont metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, inklużi, fejn xieraq, standards internazzjonali, li jieħdu kont tal-metodi ġeneralment rikonoxxuti bħala l-aktar reċenti u avvanzati.
It-tikketta tat-tajer li jissodisfa l-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ għandha tinkludi l-pittogramma li ġejja.
ANNESS II
KONTENUT U FORMAT TAT-TIKKETTA TAT-TAJER
1. Kontenut tat-tikketta tat-tajer
1.1. Informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-parti ta’ fuq tat-tikketta tat-tajer.
I. Kodiċi QR;
II. L-isem kummerċjali jew it-trademark tal-fornitur;
III. Identifikatur tat-tip ta’ tajer;
IV. Deżinjazzjoni tad-daqs tat-tajer, indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija u simbolu tal-kategorija tal-veloċità, kif indikat fir-Regolament Nru 30 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) ( 1 ), fil-verżjoni tiegħu l-aktar aġġornata applikabbli fl-Unjoni (Regolament tan-NU/KEE Nru 30) u r-Regolament Nru 54 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) ( 2 ), fil-verżjoni tiegħu l-aktar aġġornata applikabbli fl-Unjoni (Regolament tan-NU/KEE Nru 54) għal tajers C1, tajers C2 u tajers C3, skont kif applikabbli;
V. Klassi tat-tajer: jiġifieri C1, C2 jew C3;
VI. Pittogramma tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, skala u klassi ta’ prestazzjoni;
VII. Pittogramma tal-qabda fuq l-imxarrab, skala u klassi ta’ prestazzjoni.
1.2. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers kollha minbarra tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, jew il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ, jew it-tnejn li huma:
I Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB (A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;
II In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".
1.3. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.
I Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB (A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;
II Pittogramma ta’ qabda fuq il-borra;
III In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".
1.4. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:
I. Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB (A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;
II. Pittogramma ta’ qabda fuq is-silġ;
III. In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".
1.5. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw kemm il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 kif ukoll il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:
I. Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien, valur (espress f’dB(A) u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ) u l-klassi tal-prestazzjoni;
II. Pittogramma ta’ qabda fuq il-borra;
III. Pittogramma ta’ qabda fuq is-silġ;
IV. In-numru serjali ta’ dan ir-Regolament: "2020/740".
2. Format tat-tikketta tat-tajer
2.1. Il-format tal-parti ta’ fuq tat-tikketta tat-tajer:
2.1.1. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers kollha minbarra tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, jew il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ, jew it-tnejn li huma:
2.1.2. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117:
2.1.3. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għal tajers li jissodisfaw il-valuri minimi tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:
2.1.4. Il-format tal-parti ta’ taħt tat-tikketta tat-tajer għat-tajers li jissodisfaw kemm il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 kif ukoll il-valuri minimi rilevanti tal-indiċi tal-qabda fuq is-silġ:
2.2. Għall-finijiet tal-punt 2.1:
Id-daqs minimu tat-tikketta tat-tajer: wisa’ 75 mm u għoli 110 mm. F’każ li t-tikketta tat-tajer tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet t’hawn fuq;
Sfond tat-tikketta tat-tajer: 100 % abjad;
Tipi: Verdana u Calibri;
Qisien u speċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketta tat-tajer: kif speċifikat hawn fuq;
Il-kodiċijiet tal-kuluri, billi jintuża CMYK – blu jagħti fl-aħdar ("cyan"), maġenta, isfar u iswed, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
ANNESS III
SKEDA TA’ INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT
L-informazzjoni fl-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għat-tajers għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’pubblikazzjonijiet oħra mogħtija mat-tajer, u għandha tinkludi dan li ġej:
l-isem kummerċjali jew it-trademark tal-fornitur jew tal-manifattur jekk differenti minn dawk tal-fornitur;
l-identifikatur tat-tip ta’ tajer;
id-deżinjazzjoni tad-daqs, l-indiċi tal-kapaċità ta’ tagħbija u s-simbolu tal-kategorija tal-veloċità tat-tajer, kif indikat fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 30 jew fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 54 għal tajers C1, tajers C2 u tajers C3, skont kif applikabbli;
il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-tajer skont l-Anness I;
il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer skont l-Anness I;
il-klassi u l-valur f’deċibeli tal-istorbju estern tad-dawrien skont l-Anness I;
indikazzjoni jekk it-tajer huwiex tajer għall-użu f’kondizzjonijiet severi ta’ borra;
indikazzjoni jekk it-tajer huwiex tajer għal qabda fuq is-silġ;
id-data tal-bidu tal-produzzjoni tat-tip ta’ tajer (żewġ ċifri għall-ġimgħa u żewġ ċifri għas-sena);
id-data tat-tmiem tal-produzzjoni tat-tip tat-tajer, ladarba tkun magħrufa (żewġ ċifri għall-ġimgħa u żewġ ċifri għas-sena).
ANNESS IV
INFORMAZZJONI MOGĦTIJA F’MATERJAL PROMOZZJONALI TEKNIKU
1. L-informazzjoni dwar it-tajers inkluża f’materjal promozzjonali tekniku għandha tingħata fl-ordni kif ġej:
il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil (ittra “A” sa “E”);
il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab (ittra “A” sa “E”);
il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien f’dB;
indikazzjoni dwar jekk it-tajer huwiex tajer għall-użu f’kundizzjonijiet severi ta’ borra;
indikazzjoni dwar jekk it-tajer huwiex tajer għal qabda fuq is-silġ.
2. L-informazzjoni msemmija fil-punt 1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
għandha tinqara faċilment;
għandha tinftiehem faċilment;
jekk fi ħdan familja ta’ tajers it-tipi ta’ tajers huma klassifikati b’mod differenti skont il-qies jew parametri oħra, għandha tiġi ddikjarata l-medda bejn it-tipi ta’ tajers bil-prestazzjoni l-aktar baxxa u dawk bil- prestazzjoni l-aktar għolja.
3. Il-fornituri għandhom ukoll jagħmlu disponibbli fis-siti web tagħhom dan li ġej:
link għall-paġna web rilevanti tal-Kummissjoni ddedikata għal dan ir-Regolament;
spjegazzjoni tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta tat-tajer;
stqarrija li tenfasizza l-fatt li l-iffrankar reali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu ħafna mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment minn dawn li ġejjin:
4. Il-fornituri u d-distributuri għandhom ukoll, fejn ikun rilevanti, jagħmlu disponibbli fis-siti web tagħhom dikjarazzjoni li tenfasizza l-fatt li t-tajers għal qabda fuq is-silġ huma ddisinjati speċifikament għal uċuħ ta’ toroq koperti bis-silġ u l-borra kompatta, u li għandhom jintużaw biss f’kondizzjonijiet klimatiċi severi ħafna (eż. temperaturi kesħin) u li l-użu ta’ tajers għal qabda fuq is-silġ f’kondizzjonijiet klimatiċi inqas severi (eż. kondizzjonijiet ta’ xita jew temperaturi aktar sħan) jista’ jirriżulta f’rendiment subottimali, b’mod partikolari għall-qabda fuq l-imxarrab, il-manuvrabbiltà u t-tkagħbir bl-użu.
ANNESS V
PROĊEDURA TA’ ALLINJAMENT FIL-LABORATORJU GĦALL-KEJL TAR-REŻISTENZA GĦAD-DAWRIEN
1. Definizzjonijiet
Għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“laboratorju ta’ referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji, li l-ismijiet tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-fini tal-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju, u li huwa kapaċi jikseb il-preċiżjoni tar-riżultati tat-testijiet stabbiliti fit-Taqsima 3 bil-magna ta’ referenza tiegħu;
“laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju u li mhuwiex laboratorju ta’ referenza;
“tajer ta’ allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju;
“sett ta’ tajers ta’ allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers ta’ allinjament jew aktar għall-allinjament ta’ magna waħda;
“valur assenjat” tfisser valur teoretiku tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien (RRC) ta’ tajer ta’ allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li huwa rappreżentattiv tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju;
“magna” tfisser kull fus għall-ittestjar tat-tajers f’metodu wieħed speċifiku ta’ kejl; pereżempju, żewġ fusien li jaġixxu fuq l-istess tanbur ma għandhomx jitqiesu bħala magna waħda.
2. Dispożizzjonijiet ġenerali
2.1. Prinċipju
Il-koeffiċjent imkejjel (m) ta’ reżistenza għad-dawrien miksub f’laboratorju ta’ referenza (l), (RRCm,l ), għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza.
Il-koeffiċjent imkejjel (m) ta’ reżistenza għad-dawrien miksub minn magna f’laboratorju kandidat (c), (RRCm,c ), għandu jiġi allinjat permezz ta’ laboratorju ta’ referenza wieħed tan-netwerk tal-għażla tiegħu.
2.2. Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers
Is-settijiet ta’ tajers ta’ allinjament għandhom jintgħażlu għall-proċedura ta’ allinjament fil-laboratorju skont il-kriterji li ġejjin. Għandu jintgħażel sett wieħed ta’ tajers ta’ allinjament għat-tajers C1 u t-tajers C2 flimkien, u sett wieħed għat-tajers C3:
is-sett ta’ tajers ta’ allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u t-tajers C2 flimkien, jew tat-tajers C3; fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament, u l-inqas RRCm tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament, għandha tkun, qabel u wara l-allinjament, tal-anqas daqs il-valuri li ġejjin:
3 N/kN għal tajers C1 u tajers C2; u
2 N/kN għal tajers C3;
l-RRCm fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (RRCm,c jew RRCm,l ), ibbażat fuq valuri tal-RRC iddikjarati ta’ kull tajer ta’ allinjament tas-sett ta’ tajers ta’ allinjament għandu jitqassam b’mod ugwali;
il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa tat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tar-reżistenza għad-dawrien ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati.
Kull tajer ta’ allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża, u għandu jiġi sostitwit meta:
it-tajer ta’ allinjament juri kondizzjoni li minħabba fiha ma jibqax adattat għal aktar testijiet; jew
ikun hemm devjazzjonijiet ta’ RRCm,c jew RRCm,l ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe deriva tal-magna.
2.3. Metodu ta’ kejl
Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer ta’ allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, skont il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.
Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer ta’ allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n huwa speċifikat fit-Taqsima 5 ta’ dan l-Anness, u għandu jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, filwaqt li japplika l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117.
Kull darba li jitkejjel tajer ta’ allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna, u l-proċedura kollha tat-test imsemmija fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu.
Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:
il-valur imkejjel ta’ kull tajer ta’ allinjament għal kull kejl kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 °C u dijametru tat-tanbur ta’ 2 m);
il-valur medju tal-aħħar tliet valuri mkejla għal kull tajer ta’ allinjament (fil-każ ta’ laboratorju ta’ referenza) jew il-valur medju tal-aħħar n valuri mkejla ta’ kull tajer ta’ allinjament (fil-każ ta’ laboratorji kandidati); u
id-devjazzjoni standard (σm ), kif ġej:
fejn:
i |
hija l-kuntatur minn 1 sa p għat-tajers ta’ allinjament; |
j |
hija l-kuntatur minn 2 sa n+1 għall-aħħar n ripetizzjonijiet ta’ kull kejl ta’ tajer ta’ allinjament partikulari; |
n+1 |
huwa l-għadd ta’ ripetizzjonijiet ta’ kejl ta’ tajer (n+1=4 għal-laboratorji ta’ referenza u n+1 ≥ 4 għal-laboratorji kandidati); |
p |
hija n-numru ta’ tajers ta’ allinjament (p ≥ 5). |
2.4. Formati tad-data li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati
Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tat-tanbur u t-temperatura għandhom jiġu mqarrba sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.
Sussegwentement il-kalkoli għandhom isiru biċ-ċifri kollha: ma għandu jkun hemm ebda tqarrib ulterjuri għajr fl-ekwazzjonijiet ta’ allinjament aħħari.
Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa tliet pożizzjonijiet deċimali.
Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.
Il-koeffiċjenti kollha ta’ allinjament (A1l, B1l, A2c u B2c) għandhom jiġu mqarrba u indikati sa erba’ pożizzjonijiet deċimali.
3. Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji ta’ referenza u d-determinazzjoni tal-valuri assenjati
Il-valuri assenjati għal kull tajer ta’ allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Kull sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u l-validità tal-valuri assenjati.
Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u jkollu devjazzjoni standard (σm) kif ġej:
mhux akbar minn 0,05 N/kN għat-tajers C1 u t-tajers C2; u
mhux akbar minn 0,05 N/kN għat-tajers C3.
Is-settijiet ta tajers ta’ allinjament li jkunu ntgħażlu f’konformità mat-Taqsima 2.2 għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk.
Il-valur assenjat ta’ kull tajer ta’ allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer ta’ allinjament.
4. Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju ta’ referenza mal-valuri assenjati
Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu ma’ kull sett ġdid ta’ valuri assenjati u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna jew kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.
L-allinjament għandu juża teknika ta’ rigressjoni lineari fuq id-data individwali kollha. Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni A1 l u B1 l , għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
RRC = A1 l × RRCm,l + B1 l
fejn:
RRC |
l |
hija l-valur assenjat tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien; |
RRCm, |
l |
hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza "l" (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur). |
5. Rekwiżiti applikabbli għal-laboratorji kandidati
Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn għal kull magna u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna jew kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.
Sett komuni ta’ ħames tajers differenti li jkunu ntgħażlu f’konformità mat-Taqsima 2.2 għandu jitkejjel skont it-Taqsima 2.3, l-ewwel mil-laboratorju kandidat u sussegwentement minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers ta’ allinjament.
Il-laboratorju kandidat għandu jipprovdi s-sett ta’ tajers ta’ allinjament lil-laboratorju ta’ referenza magħżul.
Il-laboratorju kandidat (c) għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u preferibbilment ikollu devjazzjonijiet standard (σm) kif ġej:
mhux akbar minn 0,075 N/kN għat-tajers C1 u t-tajers C2; u
mhux akbar minn 0,06 N/kN għat-tajers C3.
Jekk id-devjazzjoni standard (σm ) tal-laboratorju kandidat tkun ogħla minn dawk il-valuri wara erba’ kejliet, l-aħħar tlieta li jkunu qegħdin jintużaw għall-kalkoli, u sussegwentement in-numru n+1 ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl, għandhom jiżdiedu kif ġej għal-lott sħiħ:
fejn:
6. Proċedura għall-allinjament ta’ laboratorju kandidat
Laboratorju ta’ referenza wieħed (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni tar-rigressjoni lineari fuq id-data kollha individwali tal-laboratorju kandidat (c). Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A2c u B2c, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:
RRCm,l = A2 c × RRCm,c + B2 c
fejn:
RRCm,l |
hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza (l) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur); |
RRCm,c |
hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju kandidat (c) (inklużi l-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur) |
Jekk il-koeffiċjent ta’ determinazzjoni R2 huwa inqas minn 0,97, il-laboratorju kandidat ma għandux jiġi allinjat.
L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
RRC = (A1 l × A2 c ) × RRCm,c + (A1 l × B2 c + B1 l )
ANNESS VI
PROĊEDURA TA’ VERIFIKA
Il-konformità ma’ dan ir-Regolament tal-klassijiet iddikjarati ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, ta’ qabda fuq l-imxarrab u ta’ storbju estern tad-dawrien, kif ukoll il-valuri ddikjarati, u kull informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni fuq it-tikketta tat-tajer, għandhom jiġu vvalutati għal kull tip ta’ tajer jew kull grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:
L-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed jew sett wieħed ta’ tajers. Jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt, it-tikketta tat-tajer għandha titqies bħala konformi ma’ dan ir-Regolament.
Jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers addizzjonali jew tliet settijiet addizzjonali ta’ tajers; il-valur medju tal-kejl li jirriżulta mit-tliet tajers addizzjonali jew settijiet addizzjonali ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vverifikata l-informazzjoni ddikjarata, b’kont meħud tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt.
Fejn il-klassijiet jew il-valuri fuq it-tikketta tat-tajer ikunu derivati mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tip f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew mar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117, l-Istati Membri jistgħu jużaw data tal-kejl miksuba minn testijiet tal-konformità tal-produzzjoni tat-tajers li saru taħt il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stabbilita mir-Regolament (UE) 2018/858.
Il-valutazzjonijiet tad-data tal-kejl derivata mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni għandhom jieħdu kont tat-tolleranzi tal-verifiki msemmija fit-tabella hawn taħt.
Parametru mkejjel |
Tolleranzi tal-verifiki |
RRC (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil) |
Il-valur imkejjel allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3 N/kN. |
Storbju estern tad-dawrien |
Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB (A). |
Prestazzjoni tal-qabda fuq l-imxarrab |
Il-valur imkejjel G(T) ma għandux ikun anqas mil-limitu l-baxx (l-aktar limitu baxx ta’ G) tal-klassi ddikjarata. |
Prestazzjoni tal-qabda fuq il-borra |
Il-valur imkejjel ma għandux ikun anqas mill-indiċi minimu tal-qabda fuq il-borra. |
Prestazzjoni tal-qabda fuq is-silġ |
Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-qabda fuq is-silġ. |
ANNESS VII
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIDDAĦĦAL FIL-BAŻI TAD-DATA TAL-PRODOTTI MILL-FORNITUR
1. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti:
l-isem kummerċjali jew it-trademark, l-indirizz, id-dettalji ta’ kuntatt u identifikazzjoni legali oħra tal-fornitur;
l-identifikatur tat-tip ta’ tajer;
it-tikketta tat-tajer f’format elettroniku;
il-klassi(jiet) u parametri oħra tat-tikketta tat-tajer; u
il-parametri tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott f’format elettroniku.
2. Informazzjoni li għandha tiddaħħal fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti:
l-identifikatur tat-tip għat-tipi ekwivalenti kollha ta’ tajer li diġà tqiegħdu fis-suq;
deskrizzjoni ġenerali tat-tip ta’ tajer, inklużi d-dimensjonijiet, l-indiċi tat-tagħbija u l-klassifikazzjoni tal-veloċità, suffiċjenti biex dan jiġi identifikat faċilment u b’mod inekwivoku;
protokolli ta’ ttestjar, klassifikazzjoni u kejl tal-parametri tat-tajers stabbiliti fl-Anness I;
prekawzjonijiet speċifiċi, jekk ikun hemm, li għandhom jittieħdu meta t-tip ta’ tajer jiġi armat, installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat;
il-parametri tekniċi mkejla tat-tip ta’ tajer, fejn rilevanti; u
il-kalkoli mwettqa bil-parametri tekniċi mkejla.
ANNESS VIII
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Regolament (KE) Nru 1222/2009 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) |
- |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 3, punt (1) |
Artikolu 3, punt (1) |
- |
Artikolu 3, punt (2) |
Artikolu 3, punt (2) |
Artikolu 3, punt (3) |
- |
Artikolu 3, punt (4) |
- |
Artikolu 3, punt (5) |
Artikolu 3, punt (3) |
Artikolu 3, punt (6) |
Artikolu 3, punt (4) |
Artikolu 3, punt (7) |
- |
Artikolu 3, punt (8) |
Artikolu 3, punt (5) |
Artikolu 3, punt (9) |
- |
Artikolu 3, punt (10) |
- |
Artikolu 3, punt (11) |
Artikolu 3, punt (6) |
Artikolu 3, punt (12) |
Artikolu 3, punt (7) |
Artikolu 3, punt (13) |
Artikolu 3, punt (8) |
Artikolu 3, punt (14) |
Artikolu 3, punt (9) |
Artikolu 3, punt (15) |
Artikolu 3, punt (10) |
Artikolu 3, punt (16) |
Artikolu 3, punt (11) |
Artikolu 3, punt (17) |
- |
Artikolu 3, punt (18) |
Artikolu 3, punt (12) |
Artikolu 3, punt (19) |
Artikolu 3, punt (13) |
Artikolu 3, punt (20) |
- |
Artikolu 3, punt (21) |
- |
Artikolu 3, punt (22) |
- |
Artikolu 3, punt (23) |
- |
Artikolu 3, punt (24) |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) punt (a) |
Artikolu 4(1), punt (a) |
Artikolu 4(1) punt (b) |
Artikolu4 (1), punt (b) |
Artikolu 4(2) |
- |
- |
Artikolu 4(2) |
- |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 4(4) |
Artikolu 4(5) |
- |
Artikolu 4(6) |
- |
Artikolu 4(7) |
- |
Artikolu 4(8) |
- |
Artikolu 4(9) |
- |
Artikolu 4(10) |
- |
Artikolu 5 |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 5(1) punt (a) |
Artikolu 6(1), punt (a) |
Artikolu 5(1) punt (b) |
Artikolu 6(1), punt (b) |
- |
Artikolu 6(2) |
- |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 6(4) |
Artikolu 5(3) |
- |
- |
Artikolu 6(5) |
- |
Artikolu 6(6) |
- |
Artikolu 6(7) |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
- |
Artikolu 8 |
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
Artikolu 9(1) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 9(2), it-tieni sentenza |
Artikolu 4(5) |
Artikolu 10 |
Artikolu 11(2) |
- |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 11, punt (a) |
- |
Artikolu 11, punt (b) |
- |
Artikolu 11, punt (c) |
Artikolu 13(1), punt (b) |
Artikolu 12 |
Artikolu 11(4) |
- |
Artikolu 11(5) |
- |
Artikolu 12 |
- |
Artikolu 13 |
- |
Artikolu 13(1) |
- |
Artikolu 13(2) |
- |
Artikolu 13(3) |
- |
Artikolu 13(4) |
- |
Artikolu 14 |
Artikolu 13 |
- |
Artikolu 14 |
- |
- |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
- |
- |
Artikolu 16 |
- |
Artikolu 17 |
Artikolu 16 |
Artikolu 18 |
Anness I |
Anness I |
Anness II |
Anness II |
- |
Anness III |
Anness III |
Anness IV |
Anness IV |
Anness VI |
Anness IVa |
Anness V |
Anness V |
- |
- |
Anness VII |
- |
Anness VIII |
( *1 ) Ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza tal-fjuwil u parametri oħra, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1369 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (ĠU L 177, 5.6.2020, p. 1).”.
( 1 ) Ir-Regolament Nru. 30 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers pnewmatiċi għall-vetturi bil-mutur u għat-trejlers tagħhom (ĠU L 201, 30.7.2008, p. 70).
( 2 ) Ir-Regolament Nru 54 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) — Dispożizzjonijiet uniformi li jikkonċernaw l-approvazzjoni ta’ tajers pnewmatiċi għal vetturi kummerċjali u għat-trejlers tagħhom (ĠU L 183, 11.7.2008, p. 41).