This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02019R2015-20230930
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/2015 of 11 March 2019 supplementing Regulation (EU) 2017/1369 of the European Parliament and of the Council with regard to energy labelling of light sources and repealing Commission Delegated Regulation (EU) No 874/2012 (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02019R2015 — MT — 30.09.2023 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2015 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 (ĠU L 315 5.12.2019, p. 68) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/340 tas-17 ta’ Diċembru 2020 |
L 68 |
62 |
26.2.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2048 tal-4 ta’ Lulju 2023 |
L 236 |
1 |
26.9.2023 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2015
tal-11 ta’ Marzu 2019
li jissuplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tas-sorsi tad-dawl u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:
“sors tad-dawl” tfisser prodott li jaħdem bl-elettriku maħsub biex jemetti, jew, fil-każ ta’ sors ta’ dawl li mhuwiex inkandexxenti, maħsub biex ikun possibbilment issettjat biex jemetti d-dawl, jew it-tnejn, bil-karatteristiċi ottiċi kollha li ġejjin:
koordinati tal-kromatiċità x u y fil-medda:
0,270 < x < 0,530 ; u
– 2,3172 x2 + 2,3653 x – 0,2199 < y < – 2,3172 x2 + 2,3653 x – 0,1595 ;
fluss luminuż < 500 lumen għal kull mm2 tal-erja tas-superfiċje li temetti d-dawl ipproġettata kif definit fl-Anness I;
fluss luminuż ta’ bejn 60 u 82 000 lumen;
indiċi tal-apparenza tal-kulur (CRI) > 0;
li juża l-inkandexxenza, il-fluworexxenza, skariku ta’ intensità għolja, dijodi inorganiċi li jemettu d-dawl (LED) jew dijodi organiċi li jemettu d-dawl (OLED), jew kombinazzjonijiet tagħhom bħala teknoloġija ta’ tidwil, u li jista’ jiġi vverifikat bħala sors tad-dawl skont il-proċedura tal-Anness IX.
Sorsi ta’ dawl tas-sodju taħt pressjoni għolja (HPS) li ma jissodisfawx il-kondizzjoni (a) jitqiesu bħala sorsi tad- dawl għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.
Sorsi tad-dawl ma jinkludux:
Dies jew ċipep tal-LED;
pakketti tal-LED;
prodotti li fihom sors(i) tad-dawl li jista’/għu jitneħħew għall-finijiet ta’ verifika;
komponenti li jemettu d-dawl, li jinsabu f’sors tad-dawl minn fejn ma jistgħux jitneħħew għal verifika bħala sors tad-dawl.
“tagħmir ta’ kontroll” tfisser apparat wieħed jew aktar, li jista’ jiġi fiżikament integrat f’sors tad-dawlu anke le, maħsub biex iħejji l-mejns għall-format elettriku meħtieġ minn wieħed jew aktar mis-sorsi tad-dawl speċifiċi skont il-kundizzjonijiet ta’ limitu stabbiliti mis-sikurezza elettrika u l-kompatibbiltà elettromanjetika. Dan jista’ jinkludi t-trasformazzjoni tal-vultaġġ tal-provvista u tal-istartjar, il-limitazzjoni tal-kurrent operazzjonali u tat-tisħin minn qabel, il-prevenzjoni tal-istartjar minn kiesaħ, il-korrezzjoni tal-fattur ta’ potenza u/jew it-tnaqqis tal-interferenza fil-frekwenzi tar-radju
It-terminu “tagħmir ta’ kontroll” ma jinkludix provvisti tal-enerġija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 ( 1 ). It-terminu lanqas ma jinkludi partijiet għall-kontroll tat-tidwil u partijiet li mhumiex tat-tidwil (kif definiti fl-Anness I), għalkemm partijiet bħal dawn jistgħu jkunu fiżikament integrati ma’ tagħmir ta’ kontroll jew kummerċjalizzati flimkien bħala prodott wieħed.
Swiċċ tat-tip Power over Ethernet (PoE) mhuwiex tagħmir ta’ kontroll fis-sens ta’ dan ir-Regolament. “Swiċċ tal-Power-over-Ethernet” jew “swiċċ tal-PoE” tfisser tagħmir għall-forniment tal-elettriku u għall-immaniġġar tad-data li jiġi installat bejn il-mejns u t-tagħmir tal-uffiċċju u/jew sorsi tad-dawl għall-finijiet tat-trasferiment tad-data u l-forniment tal-elettriku;
“prodott kontenenti” tfisser prodott li fih sors wieħed jew aktar ta’ dawl, jew tagħmir ta’ kontroll separat, jew it-tnejn, inkluż iżda mhux limitat għal, luminarji li jistgħu jiżżarmaw biex tkun tista’ ssir il-verifika separata tas-sors(i) tad-dawl li jkun fiha, apparat domestiku li jkun fih sors(i) tad-dawl, għamara (xkafef, mirja, vetrini) li fiha sors(i) tad-dawl;
“dawl” tfisser radjazzjoni elettromanjetika b’tul tal-mewġa ta’ bejn 380 nm u 780 nm;
“mejns” jew “vultaġġ tal-mejns” (MV) tfisser provvista tal-elettriku ta’ 230 (± 10 %) Volt ta’ kurrent li jalterna f’50 Hz;
“LED die” jew “ċippa LED” tfisser blokka żgħira ta’ materjal semikonduttiv li temetti d-dawl, li fuqha jiġi ffabrikat ċirkwit funzjonali tal-LED;
“pakkett LED” tfisser komponent elettriku wieħed li jkun fih prinċipalment LED die waħda. Dan ma jinkludix tagħmir ta’ kontroll jew partijiet minnu, kappa jew partijiet elettroniċi attivi u mhuwiex konness direttament mal-vultaġġ tal-mejns. Jista’ jinkludi wieħed jew iżjed minn dawn li ġejjin: elementi ottiċi, konvertituri tad-dawl (fosfori), interfaċċji termali, mekkaniċi u elettriċi jew partijiet li jindirizzaw problemi ta’ skariku ta’ ċarġ elettrostatiku. Kwalunkwe apparat ieħor simili li jemetti d-dawl li huwa maħsub biex jintuża direttament f’luminarja tal-LED, huwa meqjus bħala sors ta’ dawl;
‘kromatiċità” tfisser il-proprjetà ta’ stimolu ta’ kulur iddefinita mill-koordinati tal-kromatiċità tiegħu (x u y);
“fluss luminuż” jew “fluss” (Φ), espress f’lumen (lm) ifisser il-kwantità derivata mill-fluss radjanti (potenza radjanti) billi tiġi evalwata r-radjazzjoni elettromanjetika skont is-sensittività spettrali tal-għajn umana. It-terminu jirreferi għall-fluss totali emess minn sors tad-dawl f’angolu solidu ta’ 4π steradians f’ċerti kundizzjonijiet (eż. tal-kurrent, tal-voltaġġ, tat-temperatura) speċifikati fi standards applikabbli. Jirreferi għall-fluss inizjali għas-sors tad-dawl mhux baxxut wara perjodu qasir ta’ funzjonament, sakemm ma jkunx speċifikat b’mod ċar li jkun mixtieq il-fluss f’kundizzjoni ta’ dawl baxxut inkella l-fluss wara perjodu partikolari ta’ tħaddim. Għal sorsi ta’ dawl li jistgħu jkunu aġġustati biex jemettu spettri u/jew intensitajiet tad-dawl massimi differenti, jirreferi għall-fluss f’“settings ta’ kontroll ta’ referenza” kif definiti fl-Anness I;
“indiċi tal-apparenza tal-kulur” (CRI) tfisser kejl tal-effett ta’ mezz ta’ illuminazzjoni fuq id-dehra tal-kulur ta’ oġġetti b’paragun konxju jew subkonxju mal-apparenza tal-kulur tagħhom taħt il-mezz ta’ illuminazzjoni ta’ referenza u huwa l-medja Ra tal-apparenza tal-kulur għall-ewwel 8 kuluri tat-test (R1-R8) definiti fl-istandards;
“inkandexxenza” tfisser il-fenomenu meta d-dawl jiġi prodott mis-sħana, f’sorsi tad-dawl tipikament prodotti minn konduttur simili għal ħajta (“filament”) li jissaħħan bil-passaġġ ta’ kurrent elettriku;
“sors tad-dawl tal-aloġenu” tfisser sors tad-dawl inkandexxenti b’konduttur irqiq tat-tungstenu mdawwar b’gass li fih l-aloġeni jew komposti tal-aloġenu;
“fluworexxenza” jew “sors tad-dawl fluworexxenti” (FL) tfisser fenomenu jew sors tad-dawl li juża skariku elettriku f’gass tal-merkurju bi pressjoni baxxa fejn il-biċċa l-kbira tad-dawl joħroġ minn saff wieħed jew iktar ta’ fosfru mqanqal mir-radjazzjoni ultravjola ġġenerata mill-iskariku. Is-sorsi tad-dawl fluworexxenti jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“kappa waħda”) jew tnejn (“kappa doppja”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, is-sorsi tad-dawl b’induzzjoni manjetika jitqiesu wkoll bħala sorsi tad-dawl fluworexxenti;
“skariku ta’ intensità għolja” (HID) tfisser skariku elettriku f’gass li fih l-ark li jipproduċi d-dawl jiġi stabbilizzat bit-temperatura tas-superfiċje tal-bozza u l-kompartiment tal-ark jgħabbi s-superfiċje tal-bozza b’aktar minn 3 watts għal kull ċentimetru kwadru. Is-sorsi tad-dawl HID huma limitati għat-tipi tal-alid tal-metall, tas-sodju taħt pressjoni għolja u tal-fwar tal-merkurju, kif definit fl-Anness I;
“skariku f’gass” tfisser fenomenu fejn id-dawl jiġi prodott, b’mod dirett jew indirett, permezz ta’ skariku elettriku minn ġo gass, plażma, fwar metalliku jew taħlita ta’ diversi gassijiet u fwar;
“dijodu inorganiku li jemetti d-dawl (LED)” tfisser teknoloġija fejn id-dawl jiġi prodott minn apparat b’semikondutturi fi stat solidu li jinkorpora ġunzjoni P-N ta’ materjal inorganiku. Il-ġunzjoni temetti radjazzjoni ottika meta tiġi mqanqla minn kurrent elettriku;
“dijodu organiku li jemetti d-dawl (LED)” tfisser teknoloġija fejn id-dawl jiġi prodott minn apparat b’semikondutturi fi stat solidu li jinkorpora ġunzjoni P-N ta’ materjal organiku. Il-ġunzjoni temetti radjazzjoni ottika meta tiġi mqanqla minn kurrent elettriku;
“sors tad-dawl tas-sodju taħt pressjoni għolja” (HPS) tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih id-dawl jiġi prodott primarjament mir-radjazzjoni minn fwar tas-sodju li jaħdem fi pressjoni parzjali ta’ madwar 10 kilopascals. Is-sorsi tad-dawl HPS jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“tarf wieħed”) jew tnejn (“żewġt itruf”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom;
“punt tal-bejgħ” tfisser post fiżiku fejn il-prodott huwa muri jew offrut għall-bejgħ, għall-kiri jew għax-xiri bin-nifs lill-klijent.
Għall-finijiet tal-Annessi, definizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 3
Obbligi tal-fornituri
Il-fornituri ta’ sorsi tad-dawl għandhom jiżguraw li:
kull sors tad-dawl li jitqiegħed fis-suq bħala prodott indipendenti (jiġifieri mhux fi prodott kontenenti) u f’imballaġġ, ikun fornut b’tikketta stampata fil-format kif stipulat fl-Anness III;
il-valuri tal-parametri inklużi fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness V, jiddaħħlu fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti;
jekk din tintalab b’mod speċifiku mill-bejjiegħ, l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandha tkun disponibbli f’forma stampata;
il-kontenut tal-dokumentazzjoni teknika, kif stabbilit fl-Anness VI, jiddaħħal fil-bażi tad-data tal-prodott;
kwalunkwe reklam viżiv għal mudell speċifiku ta’ sors tad-dawl ikun fih il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII u l-Anness VIII;
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta’ sors tad-dawl, inkluż materjal promozzjonali tekniku fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu ikun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII;
tikketta elettronika fil-format u bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness III issir disponibbli għall-bejjiegħa għal kull mudell ta’ sors tad-dawl;
skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott fil-format elettroniku, kif stabbilit fl-Anness V issir disponibbli għall-bejjiegħa għal kull mudell ta’ sors tad-dawl;
b’deroga mill-Artikolu 11(13)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1369, fuq talba min-negozjant u f’konformità mal-Artikolu 4(e), tikketti stampati għal prodotti riklassifikati huma pprovduti bħala sticker, tal-istess daqs bħal dik li diġà teżisti.
Il-fornituri tal-prodotti kontenenti għandhom:
jipprovdu informazzjoni dwar is-sors(i) tad-dawl li jkun fihom, kif speċifikat fil-punt 2 tal-Anness V;
fuq talba mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, jipprovdu informazzjoni dwar kif is-sorsi tad-dawl jistgħu jitneħħew għall-finijiet ta’ verifika mingħajr ma ssirilhom ħsara permanenti.
Artikolu 4
Obbligi tal-bejjiegħa
Il-bejjiegħa għandhom jiżguraw li:
Fil-punt tal-bejgħ, kull sors ta’ dawl, li ma jkunx fi prodott kontenenti, jkollu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont il-punt 1(a) tal-Artikolu 3, b’tali mod li t-tikketta jew il-klassi tal-enerġija tintwera t’ali mod li tkun tidher b’mod ċar, skont l-Anness III;
fil-każ ta’ bejgħ mill-bogħod, it-tikketta u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott jiġu pprovduti, skont l-Annessi VII u VIII;
kwalunkwe reklam viżiv għal mudell speċifiku ta’ sors tad-dawl, inkluż fuq l-Internet, ikun fih il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII;
kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta’ sors tad-dawl, inkluż materjal promozzjonali tekniku fuq l-Internet, li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu ikun jinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta’ dak il-mudell u l-firxa tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli fuq it-tikketta, skont l-Anness VII;
b’deroga mill-Artikolu 11(13) tar-Regolament (UE) 2017/1369, it-tikketti eżistenti fuq sorsi tad-dawl f’punti tal-bejgħ jiġu ssostitwiti bit-tikketti riklassifikati b’tali mod li t-tikketta eżistenti titgħatta, anke meta tkun stampata jew imwaħħla fuq il-pakkett, fi żmien tmintax-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u t-tikketti riklassifikati ma jkunux jidhru qabel dik id-data.
Artikolu 5
Obbligi tal-pjattaformi tal-hosting tal-Internet
Meta fornitur ta’ servizzi ta’ hosting kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE jippermetti l-bejgħ ta’ sorsi tad-dawl fuq is-sit tal-Internet tiegħu, il-fornitur ta’ servizzi għandu jippermetti l-wiri tat-tikketta elettronika u tal-iskeda informattiva tal-prodott elettroniku mogħtija min-negozjant fuq il-mekkaniżmu ta’ display skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness VIII u għandu jinforma lin-negozjant bl-obbligu li jurihom.
Artikolu 6
Metodi ta’ kejl
L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb b’metodi tal-kejl u tal-kalkolu li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, u li jqisu l-aktar metodu tal-kejl u tal-kalkolu avvanzati rrikonoxxut, kif stipulat fl-Anness II.
Artikolu 7
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IX meta jkunu qed iwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
Artikolu 8
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku li jkun sar u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk xieraq, abbozz ta’ proposta għar-reviżjoni, lill-Forum Konsultattiv sa mhux iktar tard mill-25 ta' Diċembru 2024. Ir-rieżami għandu, fost affarijiet oħra, jivvaluta l-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika, il-metodi biex tiġi indirizzata l-effiċjenza enerġetika tas-sorsi tad-dawl fil-prodotti kontenenti u l-possibbiltà li jiġu indirizzati aspetti tal-ekonomija ċirkolari.
Artikolu 9
Tħassir
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 874/2012 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Settembru 2021, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 3 u l-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 li jitħassru b’effett mill-25 ta' Diċembru 2019.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2021. Madankollu, il-punt 1(b) tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2021, u l-punt 2(a) tal-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta’ Marzu 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“sors tad-dawl tal-mejns” (MLS) tfisser sors tad-dawl li jista’ jitħaddem direttament fuq il-provvista tal-elettriku mill-mejns. Sorsi tad-dawl li joperaw direttament fuq il-mejns, u li jistgħu joperaw ukoll indirettament fuq il-mejns bl-użu ta’ tagħmir ta’ kontroll separat, għandhom jitqiesu bħala sorsi tad-dawl mill-mejns;
“sors tad-dawl mhux tal-mejns” (NMLS) tfisser sors tad-dawl li jeħtieġ tagħmir ta’ kontroll separat biex jaħdem fuq l-elettriku mill-mejns;
“tagħmir ta’ kontroll separat” tfisser tagħmir ta’ kontroll li mhuwiex fiżikament integrat ma’ sors tad-dawl u li jitqiegħed fis-suq bħala prodott separat jew bħala komponent ta’ prodott kontenenti;
“sors tad-dawl direzzjonali” (DLS) tfisser sors tad-dawl li għandu tal-anqas 80 % tal-fluss luminuż totali f’angolu solidu ta’ π sr (ekwivalenti għal kon b’angolu ta’ 120°);
“sors tad-dawl mhux direzzjonali” (NDLS), tfisser sors tad-dawl li mhuwiex sors tad-dawl direzzjonali;
“sors tad-dawl konness” (CLS) tfisser sors tad-dawl li jinkludi partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament jew funzjonalment separati mill-partijiet li jemettu d-dawl biex iżommu “s-settings ta’ kontroll ta’ referenza”. Is-sors tad-dawl jista’ jkollu partijiet għall-konnessjoni tad-data li jkunu fiżikament integrati fi struttura inseparabbli, inkella s-sors tad-dawl jista’ jkun ikkombinat ma’ partijiet fiżikament separati għall-konnessjoni tad-data mqiegħda fis-suq flimkien mas-sors tad-dawl bħala prodott uniku;
“partijiet għall-konnessjoni tad-data” tfisser partijiet li jwettqu kwalunkwe waħda mill-funzjonijiet li ġejjin:
riċezzjoni jew trażmissjoni bil-fili jew mingħajr fili ta’ sinjali tad-data u l-ipproċessar tagħhom (użati għall-kontroll tal-funzjoni tal-emissjoni tad-dawl u possibbilment oħrajn);
id-ditezzjoni u l-ipproċessar ta’ sinjali pperċeputi (użati għall-kontroll tal-funzjoni tal-emissjoni tad-dawl u possibbilment għal skopijiet oħra);
kombinazzjoni ta’ dawn;
“sors tad-dawl bil-kulur aġġustabbli” (CTLS) tfisser sors tad-dawl li jista’ jiġi ssettjat biex jemetti dawl b’varjetà kbira ta’ kuluri barra mill-medda definita fl-Artikolu 2 iżda li jista’ jiġi ssettjat ukoll biex jemetti dawl abjad fil-medda definita fl-Artikolu 2 li għaliha s-sors tad-dawl huwa fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Sorsi tad-dawl abjad aġġustabbli li jistgħu jiġu ssettjati biss biex jemettu d-dawl, b’temperaturi tal-kulur ikkorrelatati differenti, fil-medda definita fl-Artikolu 2, u sorsi tad-dawl dim-to-warm li kapaċi jbiddlu l-output ta’ dawl abjad tagħhom biex ibaxxu temperatura tal-kulur ikkorrelatata meta jiġu ddimmjati, b’imitazzjoni tal-imġiba ta’ sorsi tad-dawl inkandexxenti, mhumiex ikkunsidrati bħala CTLS;
“purità tal-eċitazzjoni” tfisser il-perċentwal ikkalkulat għal CTLS issettjat biex jemetti dawl ta’ kulur partikolari, bl-użu ta’ proċedura definita aktar fil-fond fl-istandards, billi tinqata’ linja dritta (x u y) fuq graff tal-ispazju tal-kulur minn punt bil-koordinati tal-kulur koordinati x = 0,333 u y = 0,333 (stimulu akromatiku; il-punt 1), li jgħaddi mill-punt li jirrappreżenta l-koordinati tal-kulur (x u y) tas-sors tad-dawl (il-punt 2), u jispiċċa fil-fruntiera ta’ barra tal-ispazju tal-kulur (locus; punt 3). Il-purità tal-eċitazzjoni tiġi kkalkulata bħala d-distanza bejn il-punti 1 u 2 diviża bid-distanza bejn il-punti 1 u 3. It-tul sħiħ tal-linja jirrappreżenta 100 % tal-purità tal-kulur (punt fuq il-locus). Il-punt ta’ stimulu akromatiku jirrappreżenta purità tal-kulur ta’ 0 % (dawl abjad);
“sors tad-dawl ta’ luminanza għolja” (HLLS) tfisser sors tad-dawl LED b’luminanza medja ogħla minn 30 cd/mm2 fid-direzzjoni tal-intensità massima;
“luminanza” (f’direzzjoni partikolari, f’ċertu punt ta’ superfiċje reali jew immaġinarji) tfisser il-fluss luminuż trażmess minn raġġ elementari li jgħaddi f’punt partikolari u bil-propagazzjoni fl-angolu solidu li jinkludi d-direzzjoni partikolari, diviż bl-erja tar-raġġ tas-sezzjoni ta’ dak ir-raġġ li jkun fih dak il-punt partikolari (cd/m2);
“luminanza medja” (Luminanza-HLLS) għal sors tad-dawl LED tfisser il-luminanza medja fuq erja li temetti d-dawl fejn il-luminanza hija ogħla minn 50 % tal-luminanza massima (cd/mm2);
“partijiet għall-kontroll tat-tidwil” tfisser partijiet li huma integrati f’sors tad-dawl, jew separati fiżikament imma kummerċjalizzati flimkien ma’ sors tad-dawl bħala prodott uniku, li mhumiex strettament meħtieġa biex is-sors tad-dawl jemetti d-dawl f’tagħbija sħiħa, imma li jippermettu l-kontroll manwali jew awtomatiku, dirett jew mill-bogħod tal-intensità luminuża, tal-kromatiċità, tat-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, tal-ispettru tad-dawl u/jew tal-angolu tar-raġġ. Id-dimmers għandhom jitqiesu wkoll bħala partijiet għall-kontroll tat-tidwil.
It-terminu jinkludi wkoll partijiet għall-konnessjoni tad-data, iżda t-terminu ma jinkludix apparati li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 ( 2 );
“partijiet mhux tat-tidwil” tfisser partijiet li huma integrati f’sors tad-dawl, jew separati fiżikament imma kummerċjalizzati flimkien ma’ sors tad-dawl bħala prodott uniku, li mhumiex meħtieġa biex is-sors tad-dawl jemetti d-dawl f’tagħbija sħiħa, u li mhumiex “partijiet għall-kontroll tat-tidwil”. Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: speakers (awdjo), kameras, repeaters għall-estensjoni tal-kopertura tas-sinjali tal-komunikazzjoni (eż. WiFi), partijiet ta’ sostenn tal-ekwilibriju tal-provvista (jaqilbu għall-batteriji interni fejn meħtieġ), ċarġers tal-batteriji, notifiki viżivi ta’ avvenimenti (meta tasal il-posta, iddoqq il-qanpiena tal-bieb, twissija), l-użu tal-Light Fidelity (Li-Fi, teknoloġija bidirezzjonali bla fili ta’ veloċità għolja u kompletament netwerkjata).
It-terminu jinkludi wkoll partijiet għall-konnessjoni tad-data li jintużaw għal funzjonijiet oħrajn għajr il-kontroll tal-funzjoni tal-emissjoni tad-dawl;
“fluss luminuż utli” (Φuse) tfisser il-parti tal-fluss luminuż ta’ sors tad-dawl li jitqies biex tiġi ddeterminata l-effiċjenza enerġetika:
“angolu tar-raġġ” ta’ sors tad-dawl direzzjonali tfisser l-angolu bejn żewġ linji immaġinarji fuq pjan li jaqsam l-assi tar-raġġ ottiku, b’tali mod li dawn il-linji jgħaddu miċ-ċentru tas-superfiċje ta’ quddiem tas-sors tad-dawl u minn punti li fihom l-intensità luminiża tkun ta’ 50 % tal-intensità tar-raġġ taċ-ċentru, fejn l-intensità tar-raġġ taċ-ċentru tkun il-valur tal-intensità luminuża mkejla fuq l-assi tar-raġġ ottiku.
Għal sorsi tad-dawl li jkollhom angoli tar-raġġ differenti f’diversi pjani, l-akbar angolu tar-raġġ għandu jkun dak li jiġi kkunsidrat;
Għal sorsi tad-dawl b’angolu tar-raġġ kontrollabbli mill-utent, l-angolu tar-raġġ li jikkorrispondi għas-“setting tal-kontroll ta’ referenza” għandu jkun dak li jiġi kkunsidrat;
“tagħbija sħiħa” tfisser il-kundizzjoni ta’ sors tad-dawl, fi ħdan il-kundizzjonijiet operattivi ddikjarati, li fiha jemetti l-ogħla (mhux baxxut) fluss luminuż;
“modalità standby” tfisser il-kundizzjoni ta’ sors tad-dawl, fejn dan ikun konness ma’ provvista tal-enerġija elettrika iżda s-sors tad-dawl intenzjonalment ma jemettix dawl, u s-sors tad-dawl ikun qed jistenna sinjal ta’ kontroll biex jerġa’ lura għal stat ta’ emissjoni tad-dawl. Il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil li jippermettu funzjoni ta’ standby għandhom ikunu fil-modalità ta’ kontroll tagħhom. Il-partijiet mhux tat-tidwil għandhom ikunu skonnessi jew mitfija jew għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
“modalità standby man-netwerk” tfisser il-kundizzjoni ta’ CLS, fejn dan ikun konness ma’ provvista tal-enerġija elettrika iżda s-sors tad-dawl intenzjonalment ma jkunx qed jemetti d-dawl u jkun qed jistenna sinjal ta’ kontroll mill-bogħod biex jerġa’ lura għal stat ta’ emissjoni tad-dawl. Il-partijiet għall-kontroll tat-tidwil għandhom ikunu fil-modalità ta’ kontroll tagħhom. Il-partijiet mhux tat-tidwil għandhom ikunu skonnessi jew mitfija jew għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
“modalità ta’ kontroll” tfisser il-kundizzjoni tal-partijiet għall-kontroll tat-tidwil meta dawn ikunu konnessi mas-sors tad-dawl u jwettqu l-funzjonijiet tagħhom b’tali mod li jista’ jiġi ġġenerat internament sinjal ta’ kontroll inkella b’tali mod li kmand mogħti mill-bogħod jista’ jiġi rċevut bil-fili jew bla fili, u pproċessat biex iseħħ tibdil fl-emissjoni tad-dawl tas-sors tad-dawl;
“kmand mogħti mill-bogħod” tfisser sinjal li jiġi minn barra s-sors tad-dawl, permezz ta’ netwerk;
“sinjal ta’ kontroll” tfisser sinjal analoġiku jew diġitali trażmess lis-sors tad-dawl mingħajr fili jew bil-fili kemm permezz ta’ modulazzjoni tal-vultaġġ f’kejbils separati ta’ kontroll jew permezz ta’ sinjal modulat fil-vultaġġ ta’ provvista. It-trażmissjoni tas-sinjal ma ssirx permezz ta’ netwerk imma pereżempju minn sors intern jew minn apparat ta’ kontroll mill-bogħod ipprovdut mal-prodott;
“netwerk” tfisser infrastruttura tal-komunikazzjoni b’topoloġija ta’ konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli);
“potenza fil-modalità mixgħul” (Pon), espressa f’watt, tfisser il-konsum tal-enerġija elettrika ta’ sors tad-dawl b’tagħbija sħiħa meta l-partijiet kollha għall-kontroll tat-tidwil u l-partijiet kollha mhux tat-tidwil ikunu skonnessi. Jekk dawn il-partijiet ma jistgħux jiġu skonnessi, huma għandhom jintfew inkella għandu jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija elettrika tagħhom skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur. F’każ ta’ sors tad-dawl mhux mill-mejns (NMLS) li jkun jeħtieġ tagħmir ta’ kontroll separat biex jopera, Pon tista’ titkejjel direttament fuq l-input tas-sors tad-dawl, inkella Pon tista’ tiġi determinata permezz ta’ tagħmir ta’ kontroll li l-effiċjenza tiegħu tkun magħrufa, li l-konsum tal-enerġija elettrika tiegħu sussegwentement jitnaqqas mill-valur imkejjel tal-input ta’ potenza elettrika mill-mejns;
“potenza standby” (Psb), espressa f’watt, hija l-konsum tal-enerġija elettrika ta’ sors tad-dawl fil-modalità standby;
“potenza standby man-netwerk” (Pnet), espressa f’Watt, hija l-konsum tal-enerġija elettrika ta’ CLS fil-modalità standby man-netwerk;
“settings ta’ kontroll ta’ referenza” (RCS) tfisser settings ta’ kontroll jew kombinazzjoni ta’ settings ta’ kontroll li jintużaw biex tiġi vverifikata l-konformità ta’ sors tad-dawl ma’ dan ir-Regolament. Dawn is-settings huma rilevanti għal sorsi tad-dawl li jippermettu lill-utent aħħari biex jikkontrolla, b’mod manwali jew awtomatiku, direttament jew mill-bogħod, l-intensità luminuża, il-kulur, it-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, l-ispettru, u/jew l-angolu tar-raġġ tad-dawl emess.
Fil-prinċipju, is-settings ta’ kontroll ta’ referenza għandhom ikunu dawk definiti minn qabel mill-manifattur bħala valuri prestabbiliti tal-fabbrika u li jsibhom l-utent mal-ewwel installazzjoni (parametri tal-prodott ġdid fil-kaxxa). Jekk il-proċedura tal-installazzjoni tipprevedi aġġornament awtomatiku tas-softwer matul l-ewwel installazzjoni, jew jekk l-utent għandu l-għażla li jwettaq tali aġġornament, it-tibdil li jirriżulta fis-settings (jekk ikun hemm) għandu jitqies.
Jekk il-parametri tal-prodott ġdid fil-kaxxa jkunu ssettjati apposta differenti mis-setting ta’ kontroll ta’ referenza (eż. b’alimentazzjoni baxxa tal-elettriku għal skopijiet ta’ sikurezza), il-manifattur għandu jindika fid-dokumentazzjoni teknika kif jitreġġgħu lura s-settings ta’ kontroll ta’ referenza għall-finijiet tal-verifika tal-konformità u jagħti ġustifikazzjoni teknika għaliex il-valur tal-prodott ġdid fil-kaxxa huwa differenti mis-setting ta’ kontroll ta’ referenza.
Il-manifattur tas-sors tad-dawl għandu jiddefinixxi s-settings ta’ kontroll ta’ referenza b’tali mod li:
Għal sorsi tad-dawl li jippermettu lill-manifattur ta’ prodott kontenenti li jagħmel għażliet ta’ implimentazzjoni li jinfluwenzaw il-karatteristiċi tas-sors tad-dawl (eż. definizzjoni tal-kurrent(i) operattiv(i); disinn termali), u li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-utent aħħari, is-settings ta’ kontroll ta’ referenza m’għandhomx għalfejn jiġu definiti. F’dak il-każ, japplikaw il-kundizzjonijiet nominali tat-test kif definiti mill-manifattur tas-sors tad-dawl;
“sors tad-dawl tal-merkurju taħt pressjoni għolja” tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih il-parti l-kbira tad-dawl tiġi prodotta, direttament jew indirettament, primarjament mir-radjazzjoni mill-fwar tal-merkurju fi pressjoni parzjali ta’ aktar minn 100 kilopascals;
“sors tad-dawl tal-alid tal-metall” (MH) tfisser sors tad-dawl bi skariku ta’ intensità għolja li fih id-dawl jiġi prodott mir-radjazzjoni minn taħlita ta’ fwar metalliku, alidi tal-metall u l-prodotti ta’ dissoċjazzjoni tal-alidi tal-metall. Is-sorsi tad-dawl MH jista’ jkollhom konnessjoni waħda (“single-ended”) jew tnejn (“double ended”) mal-provvista tal-elettriku tagħhom. Il-materjal għat-tubu tal-arka ta’ sors tad-dawl MH jista’ jkun kwarz (QMH) jew ċeramika (CMH);
“sors tad-dawl fluworexxenti kumpatt” (CFL) tfisser sors tad-dawl fluworexxenti single-capped bi struttura ta’ tubu mgħawweġ iddisinjat biex joqgħod fi spazji żgħar. Is-CFLs jistgħu jkunu primarjament f’forma spirali (jiġifieri forma nnukklata) inkella fil-forma ta’ diversi tubi paralleli konnessi, ġewwa kompartiment ieħor simili għal bozza, inkella mingħajru. Is-CFLs huma disponibbli b’tagħmir ta’ kontroll integrat fiżikament (CFLi) jew mingħajru (CFLni);
“T2”, “T5”, “T8”, “T9” u “T12” ifissru sors tad-dawl tubulari b’dijametru ta’ madwar 7, 16, 26, 29 u 38 mm rispettivament, kif definit fl-istandards. It-tubu jista’ jkun dritt (lineari) inkella mgħawweġ (eż. fil-forma ta’ U jew ċirkolari);
“LFL T5-HE” tfisser sors tad-dawl fluworexxenti lineari T5 b’effiċjenza għolja, b’kurrent ta’ alimentazzjoni ta’ inqas minn 0,2 A;
“LFL T5-HO” tfisser sors tad-dawl fluworexxenti lineari T5 b’output għoli, b’kurrent ta’ alimentazzjoni ta’ 0,2 A jew ogħla;
“HL R7s” tfisser, sors tad-dawl lineari tal-aloġenu b’żewġ kappi alimentat b’vultaġġ tal-mejns, b’dijametru tal-kappa ta’ 7 mm;
“li jaħdem bil-batterija” tfisser prodott li jopera biss b’kurrent dirett (DC) alimentat minn sors li jkun jinsab fl-istess prodott, mingħajr ma jkun konness direttament jew indirettament mal-provvista tal-elettriku tal-mejns;
“kompartiment estern” tfisser it-tieni kompartiment ta’ barra ta’ sors tad-dawl HID li ma tkunx meħtieġa għall-produzzjoni tad-dawl, bħal pereżempju tubu estern li jipprevjeni r-rilaxx tal-merkurju u tal-ħġieġ fl-ambjent f’każ li tinkiser il-lampa. Għad-determinazzjoni tal-preżenza ta’ kompartiment estern, it-tubi tal-ark HID m’għandhomx jgħoddu bħala bozza;
“kompartiment mhux trasparenti” għal sors tad-dawl HID tfisser kompartiment ta’ barra mhux trasparenti jew tubu estern li fih it-tubu tal-arka li tipproduċi d-dawl ma jkunx jidher;
“skrin antirifless” tfisser regolatur reżistenti, mekkaniku jew ottiku, li jirrefletti jew le, iddisinjat biex jimblokka r-radjazzjoni viżibbli diretta emessa mill-emittur tad-dawl ta’ sors tad-dawl direzzjonali, sabiex jiġi evitat it-tgħammix parzjali (tgħammix ta’ diżabbiltà) jekk osservatur iħares dritt lejha. Ma jinkludix kisi tas-superfiċje tal-emittur tad-dawl fis-sors tad-dawl direzzjonali;
“tnemnim” tfisser il-perċezzjoni ta’ irregolarità viżiva indotta minn stimulu tad-dawl, li l-luminanza jew id-distribuzzjoni spettrali tiegħu tvarja mal-ħin, għal osservatur statiku f’ambjent statiku. Il-varjazzjonijiet jistgħu jkunu perjodiċi u mhux perijodiċi u jistgħu jiġu indotti mis-sors tad-dawl innifsu, mis-sors tal-enerġija elettrika jew minn fatturi oħra ta’ influwenza.
Il-metrika għat-tnemnim li tintuża f’dan ir-Regolament hija l-parametru “Pst LM”, fejn “st” tirreferi għal perjodu qasir (short term) u “LM” għal metodu tal-flickermeter tad-dawl, kif definit fl-istandards. Valur ta’ Pst LM = 1 ifisser li l-osservatur medju jkollu probabbiltà ta’ 50 % li jidentifika t-tnemnim;
“effett stroboskopiku” tfisser bidla fil-perċezzjoni ta’ ċaqliq indotta minn stimulu tad-dawl, li l-luminanza jew id-distribuzzjoni spettrali tiegħu tvarja biż-żmien, għal osservatur statiku f’ambjent mhux statiku. Il-varjazzjonijiet jistgħu jkunu perjodiċi u mhux perijodiċi u jistgħu jiġu indotti mis-sors tad-dawl innifsu, mis-sors tal-enerġija elettrika jew minn fatturi oħra ta’ influwenza.
Il-metrika għall-effett stroboskopiku li tintuża f’dan ir-Regolament hija “SVM” (kejl tal-viżibilità stroboskopika) kif definit fl-istandards. SVM = 1 tirrappreżenta l-limitu tal-viżibilità għal osservatur medju;
“R9” tfisser indiċi tal-apparenza tal-kulur għal oġġett tal-kulur aħmar kif definit fl-istandards;
“valuri ddikjarati” tfisser il-valuri mogħtija mill-fornitur għall-parametri tekniċi ddikjarati, ikkalkolati jew imkejla, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2017/1369 u f’konformità mal-Artikolu 3(1)(d) u l-Anness VI ta’ dan ir-Regolament, għall-verifika tal-konformità mill-awtoritajiet tal-Istati Membri;
“intensità luminuża” (candela jew cd) tfisser il-kwozjent tal-fluss luminuż emess mis-sors u ppropagat fl-element ta’ angolu solidu li jinkludi direzzjoni partikolari, mill-element ta’ angolu solidu;
“temperatura tal-kulur ikkorrelatata” (CCT [K]) tfisser it-temperatura ta’ radjatur Planckjan (korp iswed) li l-kulur ipperċepit tiegħu jixbaħ l-iktar lil dak ta’ stimolu partikolari bl-istess qawwa u taħt kundizzjonijiet speċifiċi ta’ osservazzjoni;
“konsistenza tal-kulur” tfisser id-devjazzjoni massima tal-medja spazjata tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y) inizjali (wara perjodu ta’ żmien qasir) ta’ sors tad-dawl wieħed minn punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy) iddikjarata mill-manifattur jew l-importatur, espressa bħala d-daqs (f’livelli) tal-ellissi MacAdam iffurmat madwar il-punt ċentrali tal-kromatiċità (cx u cy);
“fattur ta’ spostament (cos φ1)” tfisser il-cosine tal-angolu tal-fażi φ1 bejn l-armoniku fundamentali tal-vultaġġ tal-provvista tal-mejns u l-armoniku fundamentali tal-kurrent tal-mejns. Dan jintuża għal sorsi tad-dawl tal-mejns li jużaw teknoloġija LED jew OLED. Il-fattur ta’ spostament jitkejjel b’tagħbija sħiħa, għas-settings ta’ kontroll ta’ referenza fejn applikabbli, bil-partijiet għall-kontroll tat-tidwil fil-modalità ta’ kontroll u bil-partijiet mhux tat-tidwil skonnessi, mitfija jew issetjati għall-inqas konsum tal-enerġija elettrika possibbli skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur;
“fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen” (XLMF), tfisser il-proporzjon bejn il-fluss luminuż inizjali emess minn sors tad-dawl f’ħin partikolari fil-ħajja tiegħu u l-fluss luminuż inizjali;
“fattur ta’ sopravivenza” (SF) tfisser il-frazzjoni ddefinita tal-għadd totali ta’ sorsi tad-dawl li jibqgħu jaħdmu fi żmien partikolari taħt kundizzjonijiet u frekwenza ta’ kommutazzjoni ddefiniti;
“il-ħajja” għal sorsi tad-dawl LED u OLED tfisser il-ħin f’sigħat bejn il-bidu tal-użu tagħhom u l-mument meta, għal 50 % tal-popolazzjoni tas-sorsi tad-dawl, l-output tad-dawl ikun iddegrada gradwalment għal valur taħt is-70 % tal-fluss luminuż inizjali. Din tissejjaħ ukoll il-ħajja L70B50;
“mekkaniżmu tal-wiri” tfisser skrin, inkluż l-iskrins tattili jew teknoloġija viżiva oħra, li jintuża biex l-utenti jaraw il-kontenut tal-Internet;
“skrin tattili” tfisser skrin li jaħdem bil-mess, bħal dak tat-tablets, tal-kompjuters tat-tip slate jew tal-ismartphones;
“nested display” tfisser interfaċċja viżiva fejn wieħed ikollu aċċess għal immaġni jew għal sett tad-data billi jagħfas fuqhom bil-mouse, jew billi jmur fuqhom bil-mouse, jew billi jwessa’ l-iskrin tattili ta’ immaġni oħra jew ta’ sett ieħor tad-data;
“test alternattiv” tfisser test mogħti bħala alternattiva għal grafika li tippermetti li l-informazzjoni tiġi ppreżentata b’għamla mhux grafika meta l-apparat tal-unità tal-wiri ma jkunx jista’ juri l-grafika, jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħala input għal applikazzjonijiet tal-produzzjoni artifiċjali tal-vuċi;
“erja tas-superfiċje li temetti d-dawl projettat (A)” hija l-erja tas-superfiċje f’mm2 (millimetri kwadri) tad-dehra ta’ projezzjoni ortografika tas-superfiċje li temetti d-dawl mid-direzzjoni bl-ogħla intensità tad-dawl, fejn l-erja tas-superfiċje li temetti d-dawl hija l-erja tas-superfiċje tas-sors tad-dawl li jemetti d-dawl bil-karatteristiċi ottiċi ddikjarati, bħas-superfiċje approssimattivament sferika ta’ ark (a), superfiċje ċilindriku ta’ filament ta’ kojl (b) jew lampa bi skariku f’gass (c, d), kompartiment ċatt jew semisferiku ta’ dijodu li jemetti d-dawl (e).
Għal sorsi tad-dawl b’kompartiment mhux trasparenti jew bi skrin antirifless, l-erja tas-superfiċje li temetti d-dawl hija l-erja kollha li minnha d-dawl joħroġ mis-sors tad-dawl.
Għal sorsi tad-dawl li jkun fihom aktar minn emittent wieħed tad-dawl, il-projezzjoni tal-iżgħar volum gross li jenkapsula l-emittenti kollha għandha tittieħed bħala s-superfiċje li temetti d-dawl.
Għal sorsi tad-dawl HID tapplika d-definizzjoni (a), sakemm ma japplikawx id-dimensjonijiet definiti f’(d) b’L > D, fejn L hija d-distanza bejn il-ponot tal-elettrodu u D huwa d-dijametru intern tat-tubu tal-lampa.
“kodiċi ta’ rispons rapidu (Kodiċi QR - Quick Response)” tfisser barcode matriċi li tkun fuq it-tikketta tal-enerġija ta’ mudell tal-prodott li tkun relatata mal-informazzjoni dwar il-mudell fil-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti.
ANNESS II
Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika u l-metodu tal-kalkolu
Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tas-sorsi tad-dawl għandha tiġi ddeterminata kif stabbilit fit-Tabella 1, abbażi tal-effikaċja totali tal-mejns ηTM, li tiġi kkalkulata permezz tad-diviżjoni tal-fluss luminuż utli ddikkjarat Φuse (espress f’lm) bil-konsum iddikjarat tal-potenza elettrika fil-modalità mixgħul Pon (espress f’W) u l-moltiplikazzjoni bil-fattur applikabbli FTM tat-Tabella 2, i.e.:
ηTM = (Φuse/Pon) × FTM (lm/W).
Tabella1
Il-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tas-sorsi tad-dawl
Klassi tal-effiċjenza enerġetika |
Effikaċja totali tal-mejns ηΤM (lm/W) |
A |
210 ≤ ηΤM |
B |
185 ≤ ηΤM < 210 |
C |
160 ≤ ηΤM < 185 |
D |
135 ≤ ηΤM < 160 |
E |
110 ≤ ηΤM < 135 |
F |
85 ≤ ηΤM < 110 |
G |
ηΤM < 85 |
Tabella 2
Fatturi FTM skont it-tip ta’ sors tad-dawl
Tip tas-sors tad-dawl |
Il-fattur FTM |
Mhux direzzjonali (NDLS) alimentat mill-mejns (MLS) |
1,000 |
Mhux direzzjonali (NDLS) mhux alimentat mill-mejns (NMLS) |
0,926 |
Direzzjonali (DLS) alimentat mill-mejns (MLS) |
1,176 |
Direzzjonali (DLS) mhux alimentat mill-mejns (NMLS) |
1,089 |
ANNESS III
Tikketta għas-sorsi tad-dawl
1. TIKKETTA
Jekk is-sors tad-dawl ikun maħsub biex jitqiegħed fis-suq permezz ta’ punt tal-bejgħ, tikketta prodotta fil-format u li fiha l-informazzjoni kif stipulat f’dan l-Anness tiġi stampata fuq l-imballaġġ individwali.
Il-fornituri għandhom jagħżlu format tat-tikketta mill-punt 1.1 jew il-punt 1.2 ta’ dan l-Anness.
It-tikketta għandha tkun:
L-imballaġġ ma għandux ikun iżgħar minn 20 mm mill-wisa’ u 54 mm mill-għoli.
F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fuq. It-tikketta ta’ daqs żgħir ma għandhiex tintuża fuq imballaġġi b’wisa’ ta’ 36 mm jew aktar.
It-tikketta u l-vleġġa li tindika l-klassi tal-enerġija jistgħu jiġu stampati b’kulur wieħed kif speċifikat fil-punti 1.1 u 1.2, biss jekk l-informazzjoni l-oħra kollha, inkluża l-grafika, fuq l-imballaġġ tkun stampata bil-monochrome.
Jekk it-tikketta ma tkunx stampata fuq il-parti tal-pakkett li tkun maħsuba biex tiffaċċja l-klijent prospettiv, għandha tintwera vleġġa li jkun fiha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika kif indikat hawn taħt, bil-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-ittra u l-kulur tal-klassi tal-enerġija. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun f’tipa Calibri Bold u titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura ta’ 0,5 pt 100 % sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza.
Figura 1
Vleġġa kkulurita/monokroma mix-xellug/għal-lemin għall-parti tal-imballaġġ li tidher għall-klijent prospettiv
Fil-każ imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 4, it-tikketta bl-iskala l-ġdida għandu jkollha format u daqs li jippermettilha li tkopri u taderixxi mat-tikketta l-antika.
1.1. Tikketta ta’ daqs standard:
It-tikketta għandha tkun:
1.2. Tikketta ta’ daqs żgħir:
It-tikketta għandha tkun:
1.3. L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta għas-sorsi tad-dawl:
isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali tiegħu;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
l-iskala tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika minn A sa G;
il-konsum tal-enerġija, espress f’kWh tal-konsum tal-elettriku għal kull 1 000 siegħa tas-sors tad-dawl fil-modalità mixgħul;
il-kodiċi QR;
il-klassi tal-effiċjenza enerġetika skont l-Anness II;
in-numru ta’ dan ir-Regolament, li huwa “2019/2015”.
2. DISINJI TAT-TIKKETTA
2.1. Tikketta ta’ daqs standard:
2.2. Tikketta ta’ daqs żgħir:
2.3. Fejn:
Id-dimensjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-elementi li jikkostitwixxu t-tikketti għandhom ikunu kif indikati fil-paragrafu 1 tal-Anness III u fid-disinji tat-tikketti għal tikketti ta’ daqs standard u ta’ daqs żgħir għas-sorsi tad-dawl.
L-isfond tat-tikketta għandu jkun 100 % abjad.
It-tipa għandha tkun Verdana u Calibri.
Il-kuluri għandhom ikunu dawk bil-kodiċi CMYK – cyan, maġenta, isfar u iswed – bħal f’dan l-eżempju: 0-70-100-0: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.
It-tikketti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin (in-numri jirreferu għall-figuri ta’ hawn fuq):
|
il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun:
—
l-isfond: 100,80,0,0;
—
l-istilel: 0,0,100,0;
|
|
il-kulur tal-logo tal-enerġija għandu jkun: 100,80,0,0; |
|
l-isem tal-fornitur għandu jkun 100 % iswed u f’Verdana Bold, 8 pt - 5 pt (tikketta ta’ daqs normali - tikketta ta’ daqs żgħir); |
|
l-identifikatur tal-mudell għandu jkun 100 % iswed u f’Verdana Regular, 8 pt - 5 pt (tikketta ta’ daqs normali - tikketta ta’ daqs żgħir); |
|
l-iskala A sa G għandha tkun kif ġej:
—
l-ittri tal-iskala tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu 100 % abjad u b’tipa Calibri Bold 10,5 pt - 7 pt (tikketta ta’ daqs normali - tikketta ta’ daqs żgħir); l-ittri għandhom ikunu ċċentrati fuq assi ta’ 2 mm – 1,5 mm (tikketta ta’ daqs standard - ta’ daqs żgħir) mix-xellug tal-vleġeġ;
—
il-kuluri tal-iskala A sa G għandhom ikunu kif ġej:
—
Klassi A: 100,0,100,0;
—
Klassi B: 70,0,100,0;
—
Klassi C: 30,0,100,0;
—
Klassi D: 0,0,100,0;
—
Klassi E: 0,30,100,0;
—
Klassi F: 0,70,100,0;
—
Klassi G: 0,100,100,0;
|
|
il-burduri rettangolari tat-tikketta u d-diviżuri interni għandu jkollhom ħxuna ta’ 0,5 pt u l-kulur tad-diviżur għandu jkun 100 % iswed; |
|
l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha tkun 100 % abjad u b’tipa Calibri Bold 16 pt - 10 pt (tikketta ta’ daqs normali - tikketta ta’ daqs żgħir);. Il-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-vleġġa korrispondenti fuq l-iskala A sa G għandha titqiegħed b’tali mod li l-ponot tagħhom ikunu allinjati. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, li għandha tkun 100 % sewda; |
|
il-valur tal-konsum tal-enerġija għandu jkun b’tipa grassa Verdana, 12 pt; “kWh/1 000 h” għandha tkun f’Verdana Regular 8 pt - 5 pt (tikketta ta’ daqs normali — ta’ daqs żgħir), 100 % iswed; |
|
il-kodiċi QR għandu jkun 100 % iswed; |
|
in-numru tar-regolament għandu jkun 100 % iswed u f’Verdana Regular 5 pt. |
ANNESS IV
Eżenzjonijiet
1. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal sorsi tad-dawl ittestjati u approvati speċifikament biex joperaw:
fl-installazzjonijiet radjoloġiċi u tal-mediċina nukleari li huma soġġetti għal standards tas-sikurezza tar-radjazzjoni kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom ( 3 );
għal użu ta’ emerġenza;
fi jew fuq stabbilimenti, tagħmir, vetturi tal-art, tagħmir tal-baħar jew inġenji tal-ajru, militari jew ta’ difiża ċivili, kif stabbilit fir-regolamenti tal-Istati Membri jew f’dokumenti maħruġa mill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża;
fi jew fuq vetturi bil-mutur, it-trejlers u s-sistemi tagħhom, tagħmir interkambjabbli irmunkat, komponenti u unitajiet tekniċi separati kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) u r-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
għall-użu fi jew fuq makkinarju mobbli mhux tat-triq, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u fit-trailers jew fuq it-trailers tagħhom;
fi jew fuq tagħmir interkambjabbli kif stabbilit fid-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u maħsuba biex jiġu rmunkati jew biex jiġu mmuntati u merfugħa kompletament mill-art jew li ma jistgħux jartikolaw madwar assi vertikali meta l-vettura li jkunu marbuta magħha tkun qed tintuża fit-triq permezz ta’ vetturi kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 167/2013;
fi jew fuq inġenji tal-ajru tal-avjazzjoni ċivili, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 ( 9 );
fit-tidwil tal-vetturi ferrovjarji kif stabbilit fid-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
għall-użu fit-tagħmir tal-baħar, kif stabbilit fid-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 );
Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “ittestjat u approvat speċifikament “ tfisser li s-sors tad-dawl:
2. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:
l-unitajiet tal-wiri elettroniċi (eż. televixins, moniters tal-kompjuter, laptops, tablets, telefowns ċellulari, e-readers, consoles tal-logħob) inklużi l-unitajiet tal-wiri fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 ( 15 ) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 ( 16 );
sorsi tad-dawl fl-estratturi tal-kukers fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 ( 17 );
sorsi tad-dawl fi prodotti li jaħdmu bil-batterija, inkluż iżda mhux limitat għal eż. torċijiet, telefowns ċellulari b’torċ integrat, ġugarelli li jinkludu sorsi tad-dawl, lampi tal-iskrivaniji li joperaw biss bil-batteriji, lampi tal-idejn għaċ-ċiklisti, lampi solari għall-ġonna;
sorsi tad-dawl għar-roti u vetturi oħra mhux motorizzati;
sorsi tad-dawl għal applikazzjonijiet tal-spettroskopija u fotometriċi, bħal pereżempju l-ispettroskopija UV-VIS, l-ispettroskopija molekulari, l-ispettroskopija tal-assorbiment atomiku, l-analizi tal-infraaħmar mhux dispersiv (NDIR), l-infraaħmar tal-Fourier-transform (FTIR), l-analiżi medika, l-elissometrija, il-kejl tal-ħxuna tas-saffi, il-monitoraġġ tal-proċessi jew il-monitoraġġ ambjentali.
3. Kwalunkwe sors tad-dawl fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament Delegat għandu jkun eżentat mir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stipulati fil-punt 4 tal-Anness V, jekk ikun speċifikament iddisinjat u kkumerċjalizzat għall-użu maħsub għalih f’mill-inqas waħda minn dawn l-applikazzjonijiet li ġejjin:
is-sinjalar (inkluż, iżda mhux limitat għal lampi għas-sinjalar tat-triq, tal-ferroviji, tal-baħar jew tal-ajru, għall-kontroll tat-traffiku jew bozoz tal-mitjar);
il-qbid tal-immaġni u l-projezzjoni ta’ immaġini (inkluż, iżda mhux biss, fotokopjar, stampar (direttament jew fi proċessar minn qabel), il-litografija, il-wiri ta’ films u vidjos, olografija);
is-sorsi tad-dawl b’enerġija ultravjola radjanti effettiva speċifika > 2 mW/klm u maħsuba għall-użu f’applikazzjonijiet li jirrikjedu kontenut għoli ta’ UV;
is-sorsi tad-dawl b’quċċata tar-radjazzjoni ta’ madwar 253,7 nm u maħsuba għal użu ġermiċidali (qerda tad-DNA);
is-sorsi tad-dawl li jemettu 5 % jew aktar ta’ radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 250–315 nm u/jew 20 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 315–400 nm, u maħsuba għad-diżinfezzjoni jew il-qbid tad-dubbien;
is-sorsi tad-dawl li l-għan primarju tagħhom huwa li jemettu radjazzjoni ta’ madwar 185,1 nm u maħsuba biex jintużaw għall-ġenerazzjoni tal-ożonu;
is-sorsi tad-dawl li jemettu 40 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 400–480 nm, u maħsuba għas-simbjożi tal-qroll zooxanthellae;
is-sorsi tad-dawl FL li jemettu 80 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 250-400 nm, u maħsuba għall-iskurar tal-ġilda tal-bniedem;
is-sorsi tad-dawl HID li jemettu 40 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 250-400 nm, u maħsuba għall-iskurar tal-ġilda tal-bniedem;
is-sorsi tad-dawl b’effikaċja fotosintetika ta’ > 1,2 μmol/J, u/jew li jemettu 25 % jew aktar tar-radjazzjoni totali tal-enerġija tal-medda bejn 250 u 800 nm fil-medda ta’ 700–800 nm, u maħsuba għal użu fl-ortikultura;
sorsi tad-dawl LED u OLED, li jikkonformaw mad-definizzjoni ta’ “xogħlijiet oriġinali tal-arti” kif definit fid-Direttiva 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ), magħmulin mill-artist innifsu/innifisha f’numru limitat ta’ inqas minn 10 biċċiet;
Sorsi tad-dawl inkandexxenti b’interfaċċa elettrika b’lami ta’ kuntatt, lugs tal-metall, kejbil jew litz wire, b’kamin metriku, bil-pinnijiet jew inkella ta’ tip ieħor mhux standard magħmul apposta, b’bozoz magħmula minn tubi tal-ħġieġ tal-kwarz, iddisinjati speċifikament u kkummerċjalizzati esklussivament għal tagħmir industrijali jew professjonali tat-tisħin bl-elettriku (bħal proċess tal-istrech blow-moulding fl-Industrija tal-PET, fl-istampar 3D, fil-proċessi tal-manifattura fotovoltajka u elettronika, fit-tnixxif jew fit-twebbis ta’ adeżivi, ta’ linka, ta’ żebgħat jew ta’ kisjiet).
4. Sorsi tad-dawl iddisinjati speċifikament u kummerċjalizzati esklużivament fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kummissjoni 2019/2023, 2019/2022, 932/2012 u 2019/2019, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti tal-punti 1(e) (7b), 1(e)(7c) u 1(e)(7d) tal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament
ANNESS V
Informazzjoni dwar il-prodott
1. L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
1.1. Skont il-punt 1(b) tal-Artikolu 3, il-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti, l-informazzjoni stabbilita fit-Tabella 3, inkluż meta s-sors tad-dawl ikun parti minn prodott kontenenti.
Tabella 3
L-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott
Identifikatur tal-mudell (): |
||||
Tip ta’ sors tad-dawl: |
||||
It-teknoloġija tat-tidwil użata: |
[HL/LFL T5 HE/LFL T5 HO/CFLni/FL oħrajn/HPS/MH/HID oħrajn/LED/OLED/imħallta/oħrajn] |
Mhux direzzjonali jew direzzjonali: |
[NDLS/DLS] |
|
Tip ta’ kappa tas-sors tad-dawl (jew interfaċċja elettrika oħra) |
[test ħieles] |
|
|
|
Jaħdem bil-mejns jew mhux bil-mejns: |
[MLS/NMLS] |
Sors tad-dawl konness (CLS): |
[iva/le] |
|
Sors tad-dawl b’kulur aġġustabbli: |
[iva/le] |
Kompartiment ta’ barra: |
[le/tieni/mhux trasparenti] |
|
Sorsi tad-dawl ta’ luminanza għolja: |
[iva/le] |
|
|
|
Protezzjoni antirifless: |
[iva/le] |
Jistgħu jitbaxxew: |
[iva/biss b’dimmers speċifiċi/le] |
|
Parametri tal-prodott |
||||
Parametru |
Valur |
Parametru |
Valur |
|
Parametri ġenerali tal-prodott: |
||||
Il-konsum tal-enerġija fil-modalità mixgħul (kWh/1000 h), imqarreb sal-eqreb numru sħiħ |
x |
Klassi tal-effiċjenza enerġetika |
[A/B/C/D/E/F/G] () |
|
Fluss luminuż utli (Φuse), li jindika jekk jirreferix għall-fluss fi sfera (360°), f’kon wiesa’ (120°) jew f’kon dejjaq (90°) |
x fi [sfera/konwiesa’/kon dejjaq] |
It-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, imqarrba għall-eqreb 100 K, jew il-medda ta’ temperaturi tal-kulur korrelatati, imqarrba għall-eqreb 100 K, li tista’ tiġi ssettjata |
[x/x…x/x jew x (jew x…)] |
|
Potenza fil-modalità mixgħul (Pon), espressa f’W |
x,x |
Potenza fil-modalità standby (Psb), espressa f’W u mqarrba sat-tieni pożizzjoni deċimali |
x,xx |
|
Potenza fil-modalità standby man-network (Pnet) għal CLS, espressa f’W u mqarrba sat-tieni pożizzjoni deċimali |
x,xx |
L-indiċi tal-apparenza tal-kulur, imqarreb għall-eqreb numru sħiħ, jew il-medda ta’ valuri tas-CRI li jistgħu jiġu ssettjati |
[x/x…x] |
|
Dimensjonijiet ta’ barra () , () mingħajr it-tagħmir ta’ kontroll separat, partijiet tal-kontroll tat-tidwil u partijiet li mhumiex tal-kontroll tat-tidwil, jekk ikun hemm (f’millimetri) |
Għoli |
x |
Id-distribuzzjoni tal-potenza spettrali fil-medda ta’ 250 nm sa 800 nm b’tagħbija sħiħa |
[grafika] |
Wisa’ |
x |
|||
Fond |
x |
|||
Potenza ekwivalenti ddikjarata () |
[iva/-] |
Jekk iva, potenza ekwivalenti (W) |
x |
|
|
|
Koordinati tal-kromatiċità (x u y) |
0,xxx 0,xxx |
|
Parametri għas-sorsi tad-dawl direzzjonali: |
||||
Intensità luminuża massima (cd) |
x |
Angolu tar-raġġ fi gradi, jew il-medda ta’ angoli tar-raġġ li jistgħu jiġu ssettjati |
[x/x…x] |
|
Parametri għas-sorsi tad-dawl LED u OLED: |
||||
Valur tal-indiċi tal-apparenza tal-kulur R9 |
x |
Fattur ta’ sopravivenza |
x,xx |
|
il-fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen |
x,xx |
|
|
|
Parametri għas-sorsi tad-dawl LED u OLED tal-mejns: |
||||
fattur tal-ispostament (cos φ1) |
x,xx |
Konsistenza tal-kulur f’ellissi ta’ McAdam |
x |
|
Dikjarazzjoni li sors tad-dawl LED jissostitwixxi sors tad-dawl fluworexxenti mingħajr ballast integrat ta’ wattage partikolari. |
[iva/-] () |
Jekk iva, allura dikjarazzjoni tas-sostituzzjoni (W) |
x |
|
Metrika tat-teptip (Pst LM) |
x,x |
Metrika tal-effett stroboskopiku (SVM) |
x,x |
|
(1)
bidliet f’dawn l-entrati ma għandhomx jitqiesu rilevanti għall-finijiet tal-punt 4 tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
(2)
jekk il-bażi tad-data tal-prodott tiġġenera l-kontenut definittiv ta’ din iċ-ċellola awtomatikament, il-fornitur ma għandux idaħħal dik id-data.
(3)
“-”: mhux applikabbli; “iva”: dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza li tinvolvi l-potenza ta’ tip ta’ sors tad-dawl sostitwit tista’ tingħata biss: — għal sorsi ta’ dawl direzzjonali, jekk it-tip tas-sors tad-dawl huwa elenkat fit-Tabella 4 u jekk il-fluss luminuż tas-sors tad-dawl f’kon ta’ 90° (Φ 90°) mhuwiex inqas mill-fluss luminuż ta’ referenza korrispondenti fit-Tabella 4. Il-fluss luminuż ta’ referenza għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 5. Għas-sorsi tad-dawl LED, dan għandu jiġi mmultiplikat ukoll bil-fattur ta’ korrezzjoni fit-Tabella 6; — għas-sorsi tad-dawl mhux direzzjonali, il-potenza ddikjarata ekwivalenti għal sors tad-dawl inkandexxenti (f’watt, imqarrba għall-eqreb valur sħiħ) għandha tkun dik li fit-Tabella 7 tikkorrispondi mal-fluss luminuż tas-sors tad-dawl. Il-valuri intermedji kemm tal-fluss luminuż kif ukoll tal-potenza ekwivalenti ddikjarata tas-sors tad-dawl ekwivalenti (f’watt, imqarrba għall-eqreb valur sħiħ) għandhom jiġu kkalkulati b’interpolazzjoni lineari bejn iż-żewġ valuri ħdejn xulxin.
(4)
“-”: mhux applikabbli; “iva”: Dikjarazzjoni li sors tad-dawl LED jissostitwixxi sors tad-dawl fluworexxenti mingħajr ballast integrat ta’ wattage partikolari. Din id-dikjarazzjoni tista’ ssir biss jekk: — l-intensità luminuża fi kwalunkwe direzzjoni madwar l-assi tat-tubu ma tiddevjax b’aktar minn 25 % tal-intensità medja tal-luminożità madwar it-tubu; u — il-fluss luminuż tas-sors tad-dawl LED mhuwiex inqas mill-fluss luminuż tas-sors tad-dawl fluworexxenti tal-wattage ddikjarat. Il-fluss luminuż tas-sors tad-dawl fluworexxenti għandu jinkiseb billi l-wattage ddikjarat jiġi mmultiplikat bil-valur minimu tal-effikaċja luminuża li tikkorrispondi għas-sors tad-dawl fluworexxenti fit-Tabella 8; u — il-wattage tas-sors tad-dawl LED mhuwiex ogħla mill-wattage tas-sors tad-dawl fluworexxenti li huwa maħsub jissostitwixxi. Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għandu jipprovdi d-data li tappoġġja tali dikjarazzjonijiet.
(5)
din l-entrata ma għandhiex titqies rilevanti għall-fini tal-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2017/1369. |
Tabella 4
Fluss luminuż ta’ referenza għal dikjarazzjonijiet ta’ ekwivalenza
Tat-tip b’riflettur u b’vultaġġ baxx ħafna |
||
Tip |
Potenza (W) |
Referenza Φ90° (lm) |
MR11 GU4 |
20 |
160 |
|
35 |
300 |
MR16 GU 5.3 |
20 |
180 |
|
35 |
300 |
|
50 |
540 |
AR111 |
35 |
250 |
|
50 |
390 |
|
75 |
640 |
|
100 |
785 |
Tat-tip b’riflettur tal-ħġieġ minfuħ u b’vultaġġ tal-mejns |
||
Tip |
Potenza (W) |
Referenza Φ90° (lm) |
R50/NR50 |
25 |
90 |
|
40 |
170 |
R63/NR63 |
40 |
180 |
|
60 |
300 |
R80/NR80 |
60 |
300 |
|
75 |
350 |
|
100 |
580 |
R95/NR95 |
75 |
350 |
|
100 |
540 |
R125 |
100 |
580 |
|
150 |
1 000 |
Tat-tip b’riflettur tal-ħġieġ ippressat b’vultaġġ tal-mejns |
||
Tip |
Potenza (W) |
Referenza Φ90° (lm) |
PAR16 |
20 |
90 |
|
25 |
125 |
|
35 |
200 |
|
50 |
300 |
PAR20 |
35 |
200 |
|
50 |
300 |
|
75 |
500 |
PAR25 |
50 |
350 |
|
75 |
550 |
PAR30S |
50 |
350 |
|
75 |
550 |
|
100 |
750 |
PAR36 |
50 |
350 |
|
75 |
550 |
|
100 |
720 |
PAR38 |
60 |
400 |
|
75 |
555 |
|
80 |
600 |
|
100 |
760 |
|
120 |
900 |
Tabella 5
Fatturi ta’ multiplikazzjoni għall-manutenzjoni tal-lumen
Tip tas-sors tad-dawl |
Fattur ta’ multiplikazzjoni tal-fluss luminuż |
Sorsi ta’ dawl tal-aloġenu |
1 |
Sorsi ta’ dawl fluworexxenti |
1,08 |
Sorsi tad-dawl LED |
1 + 0,5 × (1 – LLMF) fejn LLMF huwa l-fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen fi tmiem il-ħajja ddikjarata |
Tabella 6
Fatturi ta’ multiplikazzjoni għal sorsi tad-dawl LED
Angolu tar-raġġ tas-sors tad-dawl LED |
Fattur ta’ multiplikazzjoni tal-fluss luminuż |
20° ≤ angolu tar-raġġ |
1 |
15° ≤ angolu tar-raġġ < 20° |
0,9 |
10° ≤ angolu tar-raġġ < 15° |
0,85 |
angolu tar-raġġ < 10° |
0,80 |
Tabella 7
Dikjarazzjonijiet ta’ ekwivalenza għal sorsi tad-dawl mhux direzzjonali
Fluss luminuż tas-sors tad-dawl Φ (lm) |
Potenza ddikjarata ekwivalenti għal sors tad-dawl inkandexxenti (W) |
136 |
15 |
249 |
25 |
470 |
40 |
806 |
60 |
1 055 |
75 |
1 521 |
100 |
2 452 |
150 |
3 452 |
200 |
Tabella 8
Il-valuri minimi tal-effikaċja għal sorsi tad-dawl T8 u T5
T8 (26 mm Ø) |
T5 (16 mm Ø) Effiċjenza Għolja |
T5 (16 mm Ø) Output Għoli |
|||
Potenza ekwivalenti ddikjarata (W) |
Effikaċja luminuża minima (lm/W) |
Potenza ekwivalenti ddikjarata (W) |
Effikaċja luminuża minima (lm/W) |
Potenza ekwivalenti ddikjarata (W) |
Effikaċja luminuża minima (lm/W) |
15 |
63 |
14 |
86 |
24 |
73 |
18 |
75 |
21 |
90 |
39 |
79 |
25 |
76 |
28 |
93 |
49 |
88 |
30 |
80 |
35 |
94 |
54 |
82 |
36 |
93 |
|
|
80 |
77 |
38 |
87 |
|
|
|
|
58 |
90 |
|
|
|
|
70 |
89 |
|
|
|
|
Għal sorsi tad-dawl li jistgħu jiġu adattati biex jemettu d-dawl f’tagħbija sħiħa b’karatteristiċi differenti, il-valuri tal-parametri li jvarjaw b’dawn il-karatteristiċi għandhom jiġu rrappurtati fis-settings ta’ kontroll ta’ referenza.
Jekk is-sors tad-dawl ma jkunx għadu jitqiegħed fis-suq tal-UE, il-fornitur għandu jqiegħed fil-bażi tad-data tal-prodotti d-data (ix-xahar, is-sena) meta jitwaqqaf it-tqegħid fis-suq tal-UE.
2. L-informazzjoni li għandha tintwera fid-dokumentazzjoni għal prodott kontenenti
Jekk sors tad-dawl jitqiegħed fis-suq bħala parti minn prodott kontenenti, id-dokumentazzjoni teknika tal-prodott kontenenti għandha tidentifika b’mod ċar is-sors(i) tad-dawl inkluż(i), inkluża l-klassi tal-effiċjenza enerġetika.
Jekk sors ta’ dawl jitqiegħed fis-suq bħala parti minn prodott kontenenti, għandu jintwera t-test li ġej, b’mod li jista’ jinqara b’mod ċar, fil-manwal għall-utent jew fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet:
“Dan il-prodott fih sors tad-dawl tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika < X >”,
fejn < X > għandha tiġi ssostitwita bil-klassi tal-effiċjenza enerġetika tas-sors tad-dawl inkluż fil-prodott kontenenti.
Jekk il-prodott ikun fih aktar minn sors tad-dawl wieħed, is-sentenza tista’ tkun fil-plural, jew ripetuta għal kull sors tad-dawl, kif xieraq.
3. Informazzjoni li għandha tintwera fuq is-sit web b’aċċess ħieles tal-fornitur:
Is-settings tal-kontroll ta’ referenza, u l-istruzzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu implimentati, fejn applikabbli;
Struzzjonijiet dwar kif għandhom jitneħħew il-partijiet ta’ kontroll tat-tidwil u/jew il-partijiet li mhumiex tat-tidwil, jekk ikun hemm, jew dwar kif wieħed għandu jitfihom jew inaqqas il-konsum tal-enerġija tagħhom;
Jekk is-sors tad-dawl jistax jitbaxxa: lista ta’ dimmers li jkun kompatibbli magħhom, u l-istandard(s) ta’ kompatibbiltà bejn is-sors tad-dawl u d-dimmer li jkun kompatibbli miegħu jekk ikun hemm;
Jekk is-sors tad-dawl ikun fih il-merkurju: struzzjonijiet dwar kif jitnaddaf it-tifrik f’każ ta’ ksur aċċidentali;
Rakkomandazzjonijiet dwar kif wieħed għandu jiddisponi mis-sors tad-dawl fit-tmiem tal-ħajja tiegħu skont id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 19 ).
4. Informazzjoni dwar il-prodotti speċifikati fil-punt 3 tal-Anness IV
Għas-sorsi tad-dawl speċifikati fil-punt 3 tal-Anness IV, għandhom jiġu ddikjarati fuq il-forom kollha ta’ imballaġġ, informazzjoni dwar il-prodott u reklamar, l-użu maħsub tagħhom flimkien ma’ indikazzjoni ċara li s-sors tad-dawl mhuwiex maħsub biex jintuża f’applikazzjonijiet oħra.
Il-fajl tad-dokumentazzjoni teknika mħejji għall-finijiet ta’ valutazzjoni tal-konformità, skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/1369 għandu jelenka l-parametri tekniċi li minħabba fihom, id-disinn speċifiku tal-prodott jikkwalifika għall-eżenzjoni.
ANNESS VI
Dokumentazzjoni teknika
1. Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fil-punt 1(d) tal-Artikolu 3 għandha tinkludi:
l-isem u l-indirizz tal-fornitur;
l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;
l-identifikatur tal-mudell tal-mudelli ekwivalenti kollha li diġà tqiegħdu fis-suq;
identifikazzjoni u firma tal-persuna mogħtija s-setgħa li torbot lill-fornitur;
il-valuri ddikjarati għall-parametri tekniċi li ġejjin: dawn il-valuri jitqiesu bħala l-valuri ddikjarati għall-fini tal-proċedura ta’ verifika fl-Anness IX:
fluss luminuż utli (Φuse) f’lm;
l-indiċi tal-apparenza tal-kulur (CRI);
il-potenza elettrika fil-modalità mixgħul (Pon) f’W;
l-angolu tar-raġġ fi gradi għal sorsi tad-dawl direzzjonali (DLS);
l-ogħla intensità luminuża f’cd għal sorsi ta’ dawl direzzjonali (DLS);
temperatura tal-kulur ikkorrelatata (CCT) f’K;
il-potenza standby (Psb) f’W, inkluż meta tkun żero;
il-potenza standby man-netwerk (Pnet) f’W għal sorsi tad-dawl konnessi (CLS);
Valur tal-indiċi tal-apparenza tal-kulur (R9) għal sorsi tad-dawl LED u OLED;
fattur ta’ sopravivenza għas-sorsi tad-dawl LED u OLED;
fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen għal sorsi tad-dawl LED u OLED;
tul tal-ħajja indikattiv L70B50 għal sorsi tad-dawl LED u OLED;
fattur tal-ispostament (cos φ1) għas-sorsi tad-dawl LED u OLED;
konsistenza tal-kulur fil-livelli tal-ellissi MacAdam għas-sorsi tad-dawl LED u OLED;
luminanza tal-HLLS f’cd/mm2 (għall-HLLS biss);
metrika tat-teptip (PstLM) għal ►M2 sorsi tad-dawl LED u OLED tal-mejns ◄ ;
metrika tal-effett stroboskopiku (SVM) għal ►M2 sorsi tad-dawl LED u OLED tal-mejns ◄ ;
purità tal-eċitazzjoni, għas-CTLs biss, għall-kuluri u għat-tulijiet tal-mewġ dominanti li ġejjin fi ħdan il-medda mogħtija:
Kulur |
Medda tat-tulijiet tal-mewġa dominanti |
Blu |
440 nm — 490 nm |
Aħdar |
520 nm — 570 nm |
Aħmar |
610 nm — 670 nm; |
il-kalkoli mwettqa bil-parametri, inkluża d-determinazzjoni tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;
ir-referenzi għall-istandards armonizzati applikati jew standards oħra użati;
il-kundizzjonijiet tal-ittestjar jekk ma jkunux deskritti biżżejjed fil-punt (g);
is-settings tal-kontroll ta’ referenza, u l-istruzzjonijiet dwar kif jistgħu jiġu implimentati, fejn applikabbli;
l-istruzzjonijiet dwar kif għandhom jitneħħew il-partijiet ta’ kontroll tat-tidwil u/jew il-partijiet li mhumiex tat-tidwil, jekk ikun hemm, jew kif għandhom jintfew jew jiġi minimizzat il-konsum tal-enerġija tagħhom matul l-ittestjar tas-sors tad-dawl;
prekawzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu meta l-mudell jiġi mmuntat, jiġi installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat.
2. L-elementi elenkati taħt il-punt 1 għandhom jikkostitwixxu wkoll il-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu jdaħħal fil-bażi tad-data, skont il-punt 5 tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1369.
ANNESS VII
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-riklami viżwali, fil-materjal promozzjonali tekniku u fil-bejgħ mill-bogħod, ħlief il-bejgħ mill-bogħod fuq l-Internet
1. Fir-reklami viżwali, bil-għan li tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(e) tal-Artikolu 3 u fil-punt 1(c) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-enerġija u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
2. Fil-materjal promozzjonali tekniku, għall-finijiet tal-iżgurar tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(f) tal-Artikolu 3 u l-punt 1(d) tal-Artikolu 4, il-klassi tal-enerġija u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta għandhom jintwerew kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
3. Kull tip ta’ bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karta jrid juri l-klassi tal-enerġija u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza disponibbli fuq it-tikketta kif stipulat fil-punt 4 ta’ dan l-Anness.
4. Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika għandhom jintwerew, kif indikat fil-Figura 2, bi:
vleġġa, li fiha l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika, 100 % bl-abjad, Calibri Bold u b’daqs tat-tipa li jkun mill-inqas ekwivalenti għal dak tal-prezz, meta jintwera l-prezz;
il-kulur tal-vleġġa li jaqbel mal-kulur tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika;
il-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; kif ukoll,
id-daqs għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura ta’ 0,5 pt 100 % sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika.
B’deroga, jekk ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali tekniku jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti jkunu stampati bil-monokrom, il-kulur tal-vleġġa f’dak ir-reklam viżiv, il-materjal promozzjonali jew il-bejgħ mill-bogħod ibbażat fuq il-karti, jista’ jkun monokrom.
Figura 2
Vleġġa lemin/xellug bil-kulur, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata
5. Fil-każ bejgħ mill-bogħod permezz tat-telebejgħ, il-klijent irid jiġi infurmat b’mod speċifiku dwar il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott u dwar il-medda ta’ klassijiet tal-enerġija disponibbli fuq it-tikketta, u li l-klijent jista’ jaċċessa t-tikketta sħiħa u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web liberament aċċessibbli, jew billi jitlob kopja stampata.
6. Għas-sitwazzjonijiet kollha msemmija fil-punti 1 sa 3 u 5, irid ikun possibbli għall-klijent li jaċċessa t-tikketta sħiħa u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ link għas-sit web tal-bażi tad-data dwar il-prodotti, jew li jitlob kopja stampata.
ANNESS VIII
Informazzjoni li għandha tingħata f’każ ta’ bejgħ mill-bogħod fuq l-Internet
1. It-tikketta xierqa, magħmula disponibbli mill-fornituri skont il-punt 1(g) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li tkun tidher u tinqara b’mod ċar, u għandu jkun proporzjonat mad-daqs speċifikat għat-tikketta standard fl-Anness III.
It-tikketta tista’ tintwera permezz ta’ nested display, f’liema każ l-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta għandha tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-punt 3 ta’ dan l-Anness. Jekk tintuża nested display, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel għafsa tal-mouse, mogħdija bil-mouse jew espansjoni tal-iskrin tattili fuq l-immaġni.
2. L-immaġni li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għat-tikketta fil-każ ta’ nested display, kif indikat fil-Figura 3, għandha:
tkun vleġġa li l-kulur tagħha jikkorrispondi għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;
tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq il-vleġġa 100 % bl-abjad, b’tipa Calibri Bold ta’ daqs ekwivalenti għal dik tal-prezz;
ikollha l-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika disponibbli, b’kulur 100 % iswed; kif ukoll,
ikollha wieħed minn dawn iż-żewġ formati li ġejjin, u d-daqs tagħha għandu jkun tali li l-vleġġa tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-ittra fil-vleġġa tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titqiegħed fiċ-ċentru tal-parti rettangolari tal-vleġġa, b’bordura viżibbli 100 % sewda madwar il-vleġġa u l-ittra tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika:
Figura 3
Vleġġa lemin/xellug bil-kulur, bil-medda tal-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika indikata
3. Fil-każ ta’ nested display, is-sekwenza li biha tintwera t-tikketta għandha tkun din li ġejja:
l-immaġni msemmija fil-punt 2 ta’ dan l-Anness għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tal-wiri qrib il-prezz tal-prodott;
l-immaġni għandha sservi ta’ link għat-tikketta stabbilita fl-Anness III;
it-tikketta għandha tintwera wara li l-utent jikklikkja l-mouse fuq l-immaġni, jew imur bil-mouse fuq l-istampa jew iwessa’ dik l-immaġni fuq l-iskrin tattili;
it-tikketta għandha tintwera permezz ta’ pop up, tab ġdida, paġna ġdida inkella tintwera permezz ta’ skrin ieħor fuq l-istess skrin;
għat-tkabbir tat-tikketta fuq l-iskrins tattili, għandhom japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;
it-tikketta m’għandhiex tibqa’ tintwera permezz ta’ għażla li tagħlaqha jew mekkaniżmu standard ieħor tal-għeluq;
it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera fin-nuqqas li tintwera t-tikketta, għandu jkun il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott f’daqs tat-tipa ekwivalenti għal dak tal-prezz.
4. L-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott xierqa, magħmula disponibbli mill-fornituri skont il-punt 1(h) tal-Artikolu 3 għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu għall-wiri qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tkun tidher u tinqara b’mod ċar. L-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott tista’ tintwera billi tintuża nested display jew billi ssir referenza għall-bażi tad-data tal-prodotti f’liema każ il-link li tintuża biex wieħed ikollu aċċess għall-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandha tindika b’mod ċar u li jinqara “Skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott”. Jekk tintuża nested display, l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandha tidher mal-ewwel hekk kif wieħed jikklikkja l-mouse darba, inkella hekk kif wieħed jgħaddi minn fuq il-link bil-mouse jew l-espansjoni tal-iskrin tattili fuq il-ħolqa.
ANNESS IX
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika ddefiniti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-valuri ddikjarati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew fl-interpretazzjoni ta’ dawk il-valuri, bil-għan li tinkiseb il-konformità jew li b’xi mod ieħor tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar. Il-valuri u l-klassijiet ippubblikati fuq it-tikketta jew fuq l-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott m’għandhomx ikunu aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati fid-dokumentazzjoni teknika.
Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inkluż fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.
Meta jivverifikaw il-konformità ta’ mudell ta’ prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament Delegat, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja:
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda tal-mudell skont il-punti 2(a) u 2(b) ta’ dan l-Anness.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw 10 unitajiet tal-mudell tas-sors tad-dawl għall-punt 2(c) ta’ dan l-Anness. It-tolleranzi tal-verifika huma stabbiliti fit-Tabella 9 ta’ dan l-Anness.
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
il-valuri mogħtija fid-dokumentazzjoni teknika skont il-punt 3 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/1369 (il-valuri dikjarati) u, fejn applikabbli, il-valuri użati għall-kalkolu ta’ dawn il-valuri, ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri korrispondenti mogħtija fir-rapporti tat-test; kif ukoll
il-valuri ppubblikati fuq it-tikketta u fl-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott ma jkunux aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri ddikjarati, u l-klassi tal-effiċjenza enerġetika indikata ma tkunx aktar favorevoli għall-fornitur mill-klassi ddeterminata bil-valuri ddikjarati; kif ukoll
meta l-awtoritajiet tal-Istat Membru jittestjaw l-unitajiet tal-mudell, il-valuri determinati jikkonformaw mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi mogħtija fit-Tabella 9, fejn “il-valur determinat” tfisser il-medja aritmetika tal-valuri mkejla mill-unitajiet ittestjati għal parametru partikolari jew il-medja aritmetika tal-valuri għal parametru kkalkolati minn valuri mkejla oħrajn.
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b) jew (c), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.
L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara li tittieħed deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-mudell, f’konformità mal-punt 3 ta’ dan l-Anness.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 9 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta f’dan l-Anness. Għall-parametri fit-Tabella 9, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 9
Tolleranzi tal-verifika
Parametru |
Id-daqs tal-kampjun |
Tolleranzi tal-verifika |
Potenza elettrika fil-modalità mixgħul b’tagħbija sħiħa Pon [W]: |
|
|
Pon ≤ 2 W |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 0,20 W. |
2 W < Pon ≤ 5 W |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 10 %. |
5 W < Pon ≤ 25 W |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 5 %. |
25 W < Pon ≤ 100 W |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 5 %. |
100 W < Pon |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 2,5 %. |
Fattur ta’ spostament [0-1] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 0,1 unitajiet inqas mill-valur dikjarat. |
Fluss luminuż utli Φuse [lm] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 10 % inqas mill-valur dikjarat. |
Il-potenza fil-modalità standby Psb u l-potenza standby man-network Pnet [W] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 0,10 W. |
►M2 CRI [0-100] u R9 ◄ |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 2,0 unitajiet inqas mill-valur dikjarat. |
Tnemnim [Pst LM] u effett stroboskopiku [SVM] |
10 |
Il-valur determinat ma għandux jaqbeż il-valur dikjarat b’aktar minn 0,1 jew b’aktar minn 10 % jekk il-valur dikjarat ikun aktar minn 1,0 |
Konsistenza tal-kulur [livelli tal-ellissi MacAdam] |
10 |
In-numru ta’ livelli determinat m’għandux jaqbeż in-numru ta’ livelli dikjarat. Iċ-ċentru tal-ellissi MacAdam għandu jkun iċ-ċentru ddikjarat mill-fornitur b’tolleranza ta’ 0,005 unità. |
Angolu tar-raġġ (gradi) |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jiddevja mill-valur dikjarat b’aktar minn 25 %. |
Effikaċja totali tal-mejns ηTM [lm/W] |
10 |
Il-valur determinat (kwozjent) m’għandux ikun inqas minn 5 % inqas mill-valur dikjarat. |
Fattur ta’ manutenzjoni tal-lumen (għal LED u OLED) |
10 |
Il-valur determinat ta’ XLMF % tal-kampjun ma għandux ikun inqas minn XLMF, MIN% skont it-test fl-Anness V tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 (1). |
Fattur ta’ sopravivenza (għal-LED u l-OLED) |
10 |
Mill-inqas 9 sorsi tad-dawl tal-kampjun tat-test għandhom ikunu operazzjonali wara li jitlesta l-ikkompletar tat-test ta’ durabilità fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/2020. |
Purità tal-eċitazzjoni [%] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux ikun inqas minn 5 % inqas mill-valur dikjarat. |
Temperatura tal-kulur korrelatata [K] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jiddevja mill-valur dikjarat b’aktar minn 10 %. |
Intensità luminuża massima [cd] |
10 |
Il-valur determinat m’għandux jiddevja mill-valur dikjarat b’aktar minn 25 %. |
(1)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2020 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għas-sorsi tad-dawl u t-tagħmir ta’ kontroll separat skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 244/2009, (KE) Nru 245/2009 u (UE) Nru 1194/2012 (ara l-paġna 209 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali). |
Għas-sorsi tad-dawl modulari b’ġeometrija lineari, iżda li huma twal ħafna, bħal strixxi jew ħbula tal-LED, it-testjar għall-finijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandu jqis tul ta’ 50 cm, jew jekk is-sors tad-dawl ma jkunx disponibbli f’dik l-iskala, l-eqreb valur għal 50 cm. Il-fornitur tas-sors tad-dawl għandu jindika liema tagħmir ta’ kontroll ikun xieraq għal dan it-tul.
Meta jivverifikaw li l-prodott huwa sors tad-dawl, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jipparagunaw il-valuri mkejlin tal-koordinati tal-kromatiċità (x u y), il-fluss luminuż, id-densità tal-fluss luminuż, u l-indiċi tal-apparenza tal-kulur direttament mal-valuri ta’ limitu stipulati fid-definizzjoni ta’ sors tad-dawl tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ma tapplika l-ebda tolleranza. Jekk kwalunkwe waħda mill-10 unitajiet fil-kampjun tissodisfa l-kundizzjonijiet biex titqies bħala sors tad-dawl, il-mudell tal-prodott għandu jitqies bħala sors tad-dawl.
Is-sorsi tad-dawl li jippermettu lill-utent aħħari biex jikkontrolla, b’mod manwali jew awtomatiku, direttament jew b’mod remot, l-intensità luminuża, il-kulur, it-temperatura tal-kulur ikkorrelatata, l-ispettru, u/jew l-angolu tar-raġġ tad-dawl emess għandhom jiġu evalwati skont is-setting ta’ kontroll ta’ referenza.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 278/2009 tas-6 ta’ April 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku f’kundizzjoni ta’ mingħajr tagħbija u l-medja tal-effiċjenzi tal-istat attiv ta’ provvisti tal-elettriku esterni (ĠU L 93, 7.4.2009, p. 3).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-elettriku ta’ tagħmir tal-elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju f’modalità standby u f’modalità mitfija (ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti (ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1).
( 4 ) Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Frar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi għall-agrikoltura u għall-forestrija (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 168/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2013 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti u kwadriċikli (ĠU L 60, 2.3.2013, p. 52).
( 7 ) Ir-Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b’kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1024/2012 u (UE) Nru 167/2013, u li jemenda u jirrevoka d-Direttiva 97/68/KE, (ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53).
( 8 ) Id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24).
( 9 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u tagħmir relatati, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1).
( 10 ) Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Tfassil mill-ġdid), (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
( 11 ) Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).
( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar mezzi mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1).
( 13 ) Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).
( 14 ) Id-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).
( 15 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2021 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet tal-wiri elettroniċi skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 642/2009 (ara l-paġna 241 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
( 16 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 617/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti għall-ekodisinn għall-kompjuters u s-servers informatiċi, (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 13).
( 17 ) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2014 tal-1 ta’ Ottubru 2013 li jissupplimenta lid-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħol it-tikkettar enerġetiku tal-fran domestiċi u l-estratturi tal-kukers (ĠU L 29, 31.1.2014, p. 1).
( 18 ) Id-Direttiva Nru 2001/84/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-27 ta’ Settembru 2001 dwar id-dritt ta’ bejgħ mill-ġdid għall-benefiċċju tal-awtur ta’ xogħol oriġinali tal-arti (ĠU L 272, 13.10.2001, p. 32).
( 19 ) Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).