Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02018R0330-20180306

    Consolidated text: Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 tal-5 ta' Marzu 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/330/2018-03-06

    02018R0330 — MT — 06.03.2018 — 000.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/330

    tal-5 ta' Marzu 2018

    li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (ĠU L 063 6.3.2018, p. 15)


    Ikkoreġut bi:

    ►C1

    Rettifika, ĠU L 342, 16.10.2020, p.  32 (2018/330)




    ▼B

    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/330

    tal-5 ta' Marzu 2018

    li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



    Artikolu 1

    1.  
    Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq l-importazzjonijiet ta' pajpijiet u tubi biċċa waħda tal-istainless steel (ħlief dawk il-pajpijiet u tubi b'tagħmir imwaħħal magħhom li jkunu adattati biex jgħaddu l-gassijiet u l-likwidi minnhom għall-użu fl-inġenji tal-ajru ċivili), li bħalissa jaqgħu fil-kodiċijiet NM 7304 11 00 , 7304 22 00 , 7304 24 00 , ex 7304 41 00 , 7304 49 10 , ex 7304 49 93 , ex 7304 49 95 , ex 7304 49 99 u ex 7304 90 00 (kodiċijiet TARIC 7304410090 , 7304499390 , 7304499590 , 7304499990 u 7304900091 ), u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.
    2.  

    Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u maħdumin mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:



    Kumpanija/kumpaniji

    Rata tad-dazju antidumping definittiv

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Changshu Walsin Specialty Steel, Co. Ltd, Haiyu

    71,9 %

    B120

    Shanghai Jinchang Stainless Steel Tube Manufacturing, Co. Ltd, Situan

    48,3 %

    B118

    Wenzhou Jiangnan Steel Pipe Manufacuring, Co. Ltd, Yongzhong

    48,6 %

    B119

    Kumpaniji elenkati fl-Anness I

    56,9 %

     

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    71,9 %

    B999

    3.  
    Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali. L-imgħax ta' inadempjenza li jrid jitħallas f'każ ta' rimborż li jwassal għal dritt għal-ħlas tal-imgħax ta' inadempjenza għandu jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta' finanzjament tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewopea, fis-seħħ fl-ewwel jum kalendarju tax-xahar li fih taqa' l-iskadenza, biż-żieda ta' punt perċentwali wieħed.
    4.  
    Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li: (a) ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fil-paragrafu 1 fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2009 u t-30 ta' Ġunju 2010 (il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali), (b) mhuwiex relatat ma xi esportatur jew produttur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huwa soġġett għall-miżuri antidumping imposti minn dan ir-Regolament, (c) esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali, il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I billi żżid il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun tal-investigazzjoni oriġinali u b'hekk soġġetti għad-dazju medju ponderat li ma jaqbiżx 56,9 %.
    5.  
    L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 isseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li (il-volum) ta' pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura, kienu manifatturati minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija kompleta u korretta”. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, għandha tapplika rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS I

    PRODUTTURI ESPORTATURI FIR-RPĊ LI KKOOPERAW U LI MHUMIEX FIL-KAMPJUN TAL-INVESTIGAZZJONI ORIĠINALI



    Isem

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Baofeng Steel Group, Co. Ltd., Lishui,

    B 236

    Changzhou City Lianyi Special Stainless Steel Tube, Co. Ltd., Changzhou,

    B 237

    Huadi Steel Group, Co. Ltd., Wenzhou,

    B 238

    Huzhou Fengtai Stainless Steel Pipes, Co. Ltd., Huzhou,

    B 239

    Huzhou Gaolin Stainless Steel Tube Manufacture, Co. Ltd., Huzhou,

    B 240

    Huzhou Zhongli Stainless Steel Pipe, Co. Ltd., Huzhou,

    B 241

    ▼C1

    Jiangsu Wujin Stainless Steel Pipe Group, Co. Ltd, Changzhou,

    B 242

    ▼B

    Jiangyin Huachang Stainless Steel Pipe, Co. Ltd., Jiangyin

    B 243

    Lixue Group, Co. Ltd., Ruian,

    B 244

    Shanghai Crystal Palace Pipe, Co. Ltd., Shanghai,

    B 245

    Shanghai Baoluo Stainless Steel Tube, Co. Ltd., Shanghai,

    B 246

    Shanghai Shangshang Stainless Steel Pipe, Co. Ltd., Shanghai,

    B 247

    Shanghai Tianbao Stainless Steel, Co. Ltd., Shanghai,

    B 248

    Shanghai Tianyang Steel Tube, Co. Ltd., Shanghai,

    B 249

    Wenzhou Xindeda Stainless Steel Material, Co. Ltd., Wenzhou,

    B 250

    Wenzhou Baorui Steel, Co. Ltd., Wenzhou,

    B 251

    Zhejiang Conform Stainless Steel Tube, Co. Ltd., Jixing,

    B 252

    Zhejiang Easter Steel Pipe, Co. Ltd., Jiaxing,

    B 253

    Zhejiang Five - Star Steel Tube Manufacturing, Co. Ltd., Wenzhou,

    B 254

    Zhejiang Guobang Steel, Co. Ltd., Lishui,

    B 255

    Zhejiang Hengyuan Steel, Co. Ltd., Lishui,

    B 256

    Zhejiang Jiashang Stainless Steel, Co. Ltd., Jiaxing City,

    B 257

    Zhejiang Jinxin Stainless Steel Manufacture, Co. Ltd., Xiping Town,

    B 258

    Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals, Co. Ltd., Huzhou,

    B 259

    Zhejiang Kanglong Steel, Co. Ltd., Lishui,

    B 260

    Zhejiang Qiangli Stainless Steel Manufacture, Co. Ltd., Xiping Town,

    B 261

    Zhejiang Tianbao Industrial, Co. Ltd., Wenzhou,

    B 262

    Zhejiang Tsingshan Steel Pipe, Co. Ltd., Lishui,

    B 263

    Zhejiang Yida Special Steel, Co. Ltd., Xiping Town.

    B 264

    Top