This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02016L0797-20200528
Directive (EU) 2016/797 of the European Parliament and of the Council of 11 May 2016 on the interoperability of the rail system within the European Union (recast) (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva (UE) 2016/797 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Dan it-test ikkonsolidat jista’ ma jinkludix l-emendi li ġejjin:
Att li jemenda | Tip ta’ emenda | Is-subdiviżjoni kkonċernata | Data tal-effett |
---|---|---|---|
32024R1689 | Emendata minn | artikolu 5 paragrafu 12 | 02/08/2026 |
02016L0797 — MT — 28.05.2020 — 001.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA (UE) 2016/797 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (riformulazzjoni) (ĠU L 138 26.5.2016, p. 44) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
DIRETTIVA (UE) 2020/700 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-25 ta' Mejju 2020 |
L 165 |
27 |
27.5.2020 |
Ikkoreġuta bi:
DIRETTIVA (UE) 2016/797 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta' Mejju 2016
dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea
(riformulazzjoni)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta' applikazzjoni
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
il-metro;
trammijiet u vetturi ta' ferrovija ħfief, u infrastruttura użata esklużivament minn dawk il-vetturi;
netwerks li fil-funzjoni tagħhom huma separati mill-bqija tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u li huma maħsuba biss għall-operazzjoni ta' servizzi tal-passiġġieri lokali, urbani jew suburbani, flimkien ma' impriżi li joperaw biss fuq dawk in-netwerks.
L-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva:
infrastruttura ferrovjarja privata, inklużi binarji, użata mis-sid jew minn operatur għall-fini tal-attivitajiet rispettivi tagħhom tat-trasport ta' merkanzija jew għat-trasport ta' persuni għal finijiet mhux kummerċjali, u vetturi użati esklużivament fuq infrastruttura bħal din;
infrastruttura u vetturi riservati għall-użu strettament lokali, storiku jew turistiku;
infrastruttura ferrovjarja ħafifa li kultant tintuża minn vetturi ta' ferrovija tqal skont il-kundizzjonijiet operattivi tas-sistema ta' ferrovija ħafifa, fejn ikun neċessarju għall-finijiet ta' konnettività ta' dawk il-vetturi biss; u
vetturi li primarjament jintużaw fuq infrastruttura ferrovjarja ħafifa iżda mgħammra bi ftit komponenti ta' ferrovija tqal neċessarji biex jippermettu li jsir tranżitu jiġi effettwat fuq sezzjoni ristretta u limitata ta' infrastruttura ta' ferrovjarja tqila għal finijiet ta' konnettività biss.
Fil-każ ta' tramm-ferroviji li joperaw fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, fejn ma jkunx hemm TSIs li japplikaw għal dawk it-tramm-ferroviji, għandu japplika dan li ġej:
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali jew miżuri oħra rilevanti aċċessibbli jiġu adottati sabiex jiġi żgurat li tali tramm-ferroviji jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali rilevanti;
L-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali sabiex jispeċifikaw il-proċedura ta' awtorizzazzjoni applikabbli għal tali tramm-ferroviji. L-awtorità li toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura għandha tikkonsulta l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza rilevanti sabiex tiżgura li l-operat imħallat tat-tramm-ferroviji u l-ferroviji tqal jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali kollha kif ukoll il-miri komuni tas-sikurezza (“CSTs”) rilevanti;
B'deroga mill-Artikolu 21, fil-każ ta' operazzjoni transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jinħarġu l-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi.
Dan il-paragrafu ma japplikax għal vetturi esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva f'konformità mal-paragrafi 3 u 4.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva:
“sistema ferrovjarja tal-Unjoni” tfisser l-elementi elenkati fl-Anness I;
“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità ta' sistema ferrovjarja li tippermetti l-moviment bla periklu u interruzzjoni ta' ferroviji li jilħqu l-livelli meħtieġa tal-prestazzjoni ta' dawn il-linji;
“vettura” tfisser vettura ferrovjarja adatta biex tiġri fuq ir-roti fuq linji ferrovjarji, b'ġibda jew mingħajr; vettura hija komposta minn subsistema strutturali u funzjonali waħda jew iktar;
“netwerk” tfisser il-linji, stazzjonijiet, terminali, u kwalunkwe tip ta' tagħmir fiss meħtieġ sabiex jiżgura l-operazzjoni sikura u kontinwa tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni;
“subsistemi” tfisser il-partijiet strutturali jew funzjonali tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, kif stabbilit fl-Anness II;
“subsistema mobbli” tfisser is-subsistema ta' vetturi ferrovjarji u s-subsistema ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni abbord;
“kostitwenti tal-interoperabbiltà” tfisser kwalunkwe komponent elementari, grupp ta' komponenti, binja parzjali jew binja sħiħa ta' tagħmir inkorporat jew intiż biex jiġi inkorporat fis-subsistema li fuqha l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tiddependi direttament jew indirettament, inkluż kemm oġġetti tanġibbli kif ukoll oġġetti intanġibbli;
“prodott” tfisser prodott miksub permezz ta' proċess ta' manifattura, inklużi l-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabbiltà;
“rekwiżiti essenzjali” tfisser il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Anness III li għandhom jintlaħqu mis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, mis-subsistemi u mill-kostitwenti tal-interoperabbiltà, inkluż l-interfaċċi;
“speċifikazzjoni Ewropea” tfisser speċifikazzjoni li taqa' taħt waħda mill-kategoriji li ġejjin:
“speċifikazzjoni teknikagħall-interoperabbiltà” (TSI), tfisser speċifikazzjoni adottata f'konformità ma' din id-Direttiva li biha subsistema jew parti minn subsistema tkun koperta biex tilħaq ir-rekwiżiti essenzjali u biex tassigura l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni;
“parametru bażiku” tfisser kwalunkwe kundizzjoni regolatorja, teknika jew operattiva li tkun essenzjali għall-interoperabbiltà u li trid tkun speċifikata fit-TSIs rilevanti;
“każ speċifiku” tfisser kwalunkwe parti mis-sistema ferrovjarja konvenzjonali li jkollha bżonn dispożizzjonijiet speċjali fit-TSIs, jew temporanji inkella permanenti, minħabba l-limitazzjonijiet ġeografiċi, topografiċi jew tal-ambjent urban jew minħabba dawk li jaffettwaw il-kompatibbiltà mas-sistema eżistenti, b'mod partikolari linji ferrovjarji u netwerks iżolati mill-bqija tal-Unjoni, il-loading gauge, it-track gauge jew l-ispazju bejn il-linji u l-vetturi strettament maħsub għall-użu lokali, reġjonali jew storiku, flimkien mal-vetturi li joriġinaw minn jew li jkunu ddestinati lejn pajjiżi terzi;
“immodernizzar” tfisser kull tibdil maġġuri f'subsistema jew parti minnha li jirriżulta f'tibdil fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” jekk dak il-fajl tekniku jkun jeżisti u li jtejjeb il-prestazzjoni ġenerali tas-subsistema;
“tiġdid” tfisser kull xogħol ta' tibdil sostanzjali f'subsistema jew parti minnha li ma jibdilx il-prestazzjoni ġenerali tas-subsistema;
'sistema ferrovjarja eżistenti tfisser l-infrastruttura magħmula minn linji jew stallazzjonijiet fissi ta' netwerk ferrovjarju eżistenti flimkien mal-vetturi tal-kategoriji u l-oriġini kollha li jivvjaġġaw fuq dik l-infrastruttura;
“sostituzzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni” tfisser kull tibdil ta' komponenti b'oħrajn li jagħmlu l-istess funzjoni u prestazzjoni fil-qafas ta' manutenzjoni preventiva jew korrettiva;
“tramm-ferrovija” tfisser vettura maħsuba għal użu kombinat kemm fuq infrastruttura ferrovjarja ħafifa kif ukoll fuq infrastruttura ferrovjarja tqila;
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-operazzjonijiet kollha li permezz tagħhom is-subsistema titqiegħed fis-servizz operattiv tagħha;
“entità kontraenti” tfisser entità, pubblika jew privata, li tordna d-disinn u/jew il-kostruzzjoni jew l-aġġornament jew l-immodernizzarta' subsistema;
“detentur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li, billi hi s-sid ta' vettura jew għandha d-dritt li tużaha, tisfrutta l-vettura bħala mezz ta' trasport u hija reġistrata bħala tali fir-reġistru nazzjonali tal-vetturi msemmi fl-Artikolu 47;
“applikant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li titlob awtorizzazzjoni, kemm jekk impriża ferrovjarja, amministratur tal-infrastruttura jew kwalunkwe persuna jew entità legali oħra, bħal manifattur, sid jew detentur. Għall-fini tal-Artikolu 15, “applikant” tfisser entità kontraenti jew manifattur, jew ir-rappreżentanti awtorizzati tiegħu; għall-fini tal-Artikolu 19, “applikant” tfisser fiżika naturali jew ġuridika li titlob id-deċiżjoni tal-Aġenzija għall-approvazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti għall-proġetti mat-tagħmir maġenb il-binarji tal-ERTMS.
“proġett fi stadju avvanzat ta' żvilupp” tfisser kwalunkwe proġett li l-fażi ta' ippjanar jew ta' kostruzzjoni tiegħu hija fi stadju fejn modifika tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tista' tikkomprometti l-vijabilità tal-proġett kif ippjanat;
“standard armonizzat” tfisser standard Ewropew kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
“awtorità nazzjonali tas-sikurezza” tfisser awtorità tas-sikurezza kif definita fil-punt (7) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/798;
“tip” tfisser tip ta' vettura li tiddefinixxi l-karatteristiċi bażiċi tad-disinn tal-vettura kif koperta minn ċertifikat tal-eżami tat-tip jew disinn deskritt fil-modulu ta' verifika rilevanti;
“serje” tfisser numru ta' vetturi ta' tip ta' disinn identiku;
“entità inkarigata mill-manutenzjoni” (“ECM”) tfisser entità inkarigata mill-manutenzjoni kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2016/798;
“ferrovija ħafifa” tfisser sistema tat-trasport ferrovjarja urbana u/jew suburbana b'reżistenza ta' C-III jew C-IV għall-ħabtiet (f'konformità mal-EN 15227:2011) u saħħa massima tal-vettura ta' 800 kN (forza kompressiva lonġitudinali fiż-żona ta' agganċjament); is-sistemi tal-ferrovija ħafifa jista' jkollhom id-dritta tagħhom jew inkella jaqsmuha mat-traffiku tat-triq u s-soltu ma jpartux il-vetturi mat-traffiku tal-passiġġieri jew tal-merkanzija fuq distanzi twal;
“regoli nazzjonali” tfisser ir-regoli vinkolanti kollha adottati fi Stat Membru, irrispettivament mill-korp li joħroġhom, li fihom ir-rekwiżiti tas-sikurezza ferrovjarja jew ir-rekwiżiti tekniċi, ħlief dawk stabbiliti mill-Unjoni jew regoli internazzjonali li huma applikabbli f'dak l-Istat Membru għal impriżi ferrovjarji, amministraturi tal-infrastruttura jew partijiet terzi;
“l-istat ta' operazzjoni skont kif ippjanat” tfisser il-mod normali ta' operazzjoni u l-kundizzjonijiet degradati li jistgħu jiġu previsti (inkluż tkagħbir bl-użu) fil-firxa u l-kundizzjonijiet tal-użu speċifikati fil-fajl tekniku u ta' manutenzjoni;
“żona tal-użu ta' vettura” tfisser netwerk jew netwerks fi Stat Membru, jew grupp ta' Stati Membri li fihom il-vettura hija maħsuba li tintuża;
“mezzi aċċettabbli ta' konformità” tfisser opinjonijiet li mhumiex vinkolanti li jinħarġu mill-Aġenzija biex jiddefinixxu modi ta' kif tiġi stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali;
“mezzi nazzjonali aċċettabbli ta' konformità” tfisser opinjonijiet li mhumiex vinkolanti li jinħarġu mill-Istati Membri biex jiddefinixxu modi ta' kif tiġi stabbilita l-konformità mar-regoli nazzjonali;
“tqegħid fis-suq” tfisser li l-ewwel kummerċjalizzazzjoni, fi stat ta' funzjonament, ta' kostitwent tal-interoperabbiltà, ta' subsistema jew ta' vettura fis-suq tal-Unjoni;
“manifattur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott fil-forma ta' kostitwenti, subsistemi jew vetturi interoperabbli jew tqabbad lil min jiddisinjah jew jimmanifatturah, u li tikkummerċjalizzah taħt isimha jew il-marka kummerċjali tagħha;
“rappreżentant awtorizzat” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur jew entità kontraenti sabiex taġixxi f'isem il-manifattur jew entità kontraenti fir-rigward ta' kompiti speċifiċi;
“speċifikazzjoni teknika” tfisser dokument li jippreskrivi r-rekwiżiti tekniċi li jridu jiġu ssodisfati minn prodott, subsistema, proċess jew servizz;
“akkreditazzjoni” tfisser akkreditazzjoni kif definita fil-punt (10) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni” tfisser korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;
“valutazzjoni tal-konformità” tfisser il-proċess li permezz tiegħu jintwera jekk ir-rekwiżiti speċifikati li jirrigwardaw prodott, proċess, servizz, subsistema, persuna jew korp ġewx issodisfati;
“korp ta' valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp li ġie nnotifikat jew innominat biex ikun responsabbli mill-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità, inkluż il-kalibrazzjoni, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni; korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa kklassifikat bħala “korp notifikat” wara li tkun saret notifika minn Stat Membru; korp ta' valutazzjoni tal-konformità huwa kklassifikat bħala korp nominat wara li tkun saret nomina minn Stat Membru;
'persuna b'diżabilità u persuna b'mobbiltà mnaqqsa għandha tinkludi kull persuna li jkollha diżabilità fiżika, mentali, intellettwali jew sensorjali li tkun permanenti jew temporanja u li, meta ssib diversi ostakli, tista' tillimita l-użu sħiħ u effettiv, minn dik il-persuna, tat-trasport fuq bażi ugwali mal-passiġġieri l-oħra jew persuni li l-mobbiltà tagħhom meta jużaw it-trasport tonqos minħabba l-età;
“amministratur tal-infrastruttura” tfisser amministratur tal-infrastruttura kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
“impriża ferrovjarja” tfisser l-impriża ferrovjarja kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE, u kwalunkwe impriża oħra pubblika jew privata, li l-attività tagħha hija dik li tipprovdi trasport tal-oġġetti u/jew tal-passiġġieri bil-ferroviji fuq il-bażi li l-impriża għandha tiżgura t-trazzjoni; din tinkludi wkoll impriżi li jipprovdu biss trazzjoni.
Artikolu 3
Rekwiżiti essenzjali
KAPITOLU II
SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TA' INTEROPERABBILTÀ
Artikolu 4
Kontenut tat-TSIs
Il-vetturi għandhom jikkonformaw mat-TSIs u r-regoli nazzjonali fis-seħħ meta ssir it-talba għal awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq skont din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għall-punt (f) tal-paragrafu 3.
Il-konformità u osservanza tas-subsistemi fissi u vetturi għandhom jinżammu b'mod permanenti sakemm ikunu qed jintużaw.
Sa fejn meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva imsemmija fl-Artikolu 1, kull TSI għandha:
tindika l-kamp ta' applikazzjoni maħsub tagħha (parti min-netwerk jew vetturi msemmija fl-Anness I subsistema jew parti ta' subsistema msemmija fl-Anness II);
tistipula rekwiżiti essenzjali għal kull subsistema involuta u l-interfaċċi tagħha b'rabta ma' subsistemi oħra;
tistabbilixxi speċifikazzjonijiet funzjonali u tekniċi li għandhom jintlaħqu mis-subsistema u l-interfaċċi tagħha b'rabta mas-subsistemi l-oħra. Jekk meħtieġ, dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jvarjaw skont l-użu tas-subsistema, per eżempju skont il-kategoriji tal-linja, tal-hub u/jew tal-vetturi kif previst fl-Anness I;
tistabbilixxi l-kostitwenti tal-interoperabbiltà u l-interfaċċi li jridu jiġu koperti mill-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, inklużi l-istandards Ewropej, li jinħtieġu biex jakkwistaw l-interoperabbiltà fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni;
tgħid, f'kull każ li jkun qed jiġi kkunsidrat, liema proċeduri għandhom jintużaw biex tiġi vvalutata l-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà, min-naħa waħda, jew il-verifika “KE” tas-subsistemi, min-naħa l-oħra. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu bbażati fuq il-moduli mfissra fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE ( 2 );
tindika l-istrateġija għall-applikazzjoni tat-TSI. B'mod partikolari, jeħtieġ li wieħed jispeċifika l-istadji li għandhom jitwettqu, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji stmati u r-riperkussjonijiet mistennija għall-partijiet interessati affettwati sabiex issir transizzjoni gradwali mis-sitwazzjoni eżistenti għas-sitwazzjoni finali li fiha l-konformità mat-TSI għandha tkun in-norma; Fejn ikun jinħtieġ l-implimentazzjoni koordinata tat-TSI, bħal tul kuritur jew bejn l-amministraturi tal-infrastruttura u l-impriżi ferrovjarji, l-istrateġija tista' tinkludi proposti għal twettieq fi stadji;
tindika, għall-persunal ikkonċernat, il-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet dwar is-saħħa u s-sikurezza fix-xogħol għall-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-subsistema ta' hawn fuq, kif ukoll għall-applikazzjoni tat-TSIs;
tindika d-dispożizzjonijiet applikabbli għas-subsistemi u vetturi eżistenti, b'mod partikolari fil-każ ta' immodernizzar u tiġdid u, f'każijiet bħal dawn, il-ħidma ta' titjieb li jeħtieġ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ġdida;
tindika l-parametri tal-vetturi u s-subsistemi fissi li għandhom jiġu vverifikati mill-impriża ferrovjarja u l-proċeduri li għandhom jiġu applikati sabiex jiġu vverifikati dawk il-parametri wara l-għoti tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u qabel l-ewwel darba li tintuża l-vettura sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà bejn il-vetturi u r-rotot li fuqhom ser joperaw.
Artikolu 5
Abbozzar, adozzjoni u reviżjoni ta' TSIs
Sabiex tistabbilixxi l-objettivi speċifiċi ta' kull TSI, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadottaatti delegati skont l-Artikolu 50 rigward, b'mod partikolari u fejn xieraq:
il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku u tekniku tat-TSIs;
ir-rekwiżiti essenzjali applikabbli;
il-lista ta' kundizzjonijiet regolatorji, tekniċi u operazzjonali li għandhom jiġu armonizzati fuq il-livell tas-subsistemi u fuq il-livell tal-interfaċċi bejn is-subsistemi u l-livell ta' armonizzazzjoni mistenni tagħhom;
il-proċeduri speċifiċi ferrovjarji għall-valutazzjoni tal-konformità u l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà;
il-proċeduri speċifiċi ferrovjarji għall-valutazzjoni tal-verifika “KE” tas-sottosistemi;
il-kategoriji ta' persunal involut fl-operazzjoni u l-manutenzjoni tas-subsistemi kkonċernati u l-objettivi ġenerali għall-ħolqien ta' rekwiżiti minimi għall-kwalifiki professjonali u l-kundizzjonijiet ta' saħħa u sikurezza għall-persunal ikkonċernat;
kull element meħtieġ ieħor li għandu jitqies biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà skont l-Artikolu 1(1) u (2) fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni, bħall-allinjament tat-TSI ma' standards jew speċifikazzjonijiet Ewropej u internazzjonali.
Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiġġustifika l-ħtieġa għal TSI ġdida jew sostanzjalment emendata, inkluż l-impatt tagħha fuq ir-regoli u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi eżistenti.
Kull abbozz ta' TSI għandu jitfassal fl-istadji li ġejjin:
l-Aġenzija għandha tidentifika l-parametri bażiċi għat-TSI kif ukoll l-interfaċċi mas-subsistemi l-oħra u kull każ speċifiku ieħor li jaf ikun meħtieġ;
l-Aġenzija għandha tfassal l-abbozz tat-TSI fuq il-bażi tal-parametri bażiċi msemmija fil-punt (a). Fejn xieraq, l-Aġenzija għandha tqis il-progress tekniku, ix-xogħol ta' standardizzazzjoni diġà mwettaq, il-gruppi ta' ħidma diġà fis-seħħ u x-xogħol rikonoxxut ta' riċerka.
Artikolu 6
Defiċjenzi fit-TSIs
Artikolu 7
Nonapplikazzjoni ta' TSIs
L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-applikant ma japplikax TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom fil-każijiet li ġejjin:
għal subsistema ġdida proposta jew parti minnha, għat-tiġdid jew l-immodernizzar ta' subsistema eżistenti jew parti minnha, jew għal kwalunkwe element imsemmi fl-Artikolu 1(1) li jkun fi stat ta' żvilupp avvanzat jew li jkun is-suġġett ta' kuntratt li jkun qiegħed jiġi eżegwit fid-data tal-applikazzjoni tat-TSIs ikkonċernati;
meta, wara aċċident jew diżastru naturali, il-kundizzjonijiet tar-restawrazzjoni rapida tan-netwerk ma tippermettix ekonomikament jew teknikament l-applikazzjoni parzjali jew totali tat-TSIs rilevanti; f'liema każ in-nonapplikazzjoni tat-TSIs għandha tkun limitata għall-perijodu ta' qabel ir-restawrazzjoni tan-netwerk;
għal kwalunkwe tiġdid, estensjoni jew immodernizzar propost ta' subsistema eżistenti jew parti minnha, meta l-applikazzjoni tat-TSI(s) ikkonċernat(i) tkun tikkomprometti l-vijabbiltà ekonomika tal-proġett u/jew il-kompatibbiltà tas-sistema ferrovjarja fl-Istat Membru kkonċernat, pereżempju b'rabta mal-loading guage, il-wisa' bejn il-linji, l-ispazju ta' bejn il-binarji jew il-voltaġġ tal-elettrifikazzjoni;
għal vetturi li jaslu minn, jew sejrin lejn, pajjiżi terzi li l-wisa' bejn il-linji tagħhom ikun differenti minn dik tan-netwerk prinċipali fi ħdan l-Unjoni;
għal subsistema ġdida proposta jew għat-tiġdid jew l-immodernizzar propost ta' subsistema eżistenti fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat meta n-netwerk ferrovjarju tiegħu jkun separat jew iżolat bil-baħar jew separat minħabba kundizzjonijiet ġeografiċi speċjali, min-netwerk ferrovjarju tal-bqija tal-Unjoni.
Fil-każijiet imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(6), l-applikant għandu jissottometti l-fajl lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tikkonsulta l-awtoritajiet tas-sikurezza rilevanti u tagħti l-opinjoni finali tagħha lill-Kummissjoni.
KAPITOLU III
KOSTITWENTI TAL-INTEROPERABBILTÀ
Artikolu 8
Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' kostitwenti tal-interoperabbiltà
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-kostitwenti tal-interoperabbiltà:
jitqiegħdu fis-suq biss jekk huma jagħmluha possibbli li l-interoperabbiltà tintlaħaq fis-sistema ferrovjarja tal-Unjoni filwaqt li fl-istess ħin jintlaħqu r-rekwiżiti essenzjali;
jintużaw fil-qasam tal-użu tagħhom kif maħsuba u jiġu installati u ssirilhom manutenzjoni kif xieraq.
Dan il-paragrafu ma għandux jipprevjeni t-tqegħid fis-suq ta' dawk il-kostitwenti għal applikazzjonijiet oħra.
Artikolu 9
Konformità jew idoneità għall-użu
Fejn it-TSI tirrikjedi dan, id-dikjarazzjoni “KE” għandha tkun akkumpanjata minn:
ċertifikat, maħruġ minn korp jew korpi notifikati, tal-konformità intrinsika ta' kostitwent tal-interoperabbiltà ikkunsidrat għalih, għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu sodisfatti;
ċertifikat, maħruġ minn korp jew korpi notifikati, tal-idoneità għall-użu ta' kostitwent tal-interoperabbiltà ikkunsidrat fl-ambjent ferrovjarju tiegħu, b'mod partikolari f'każijiet ta' rekwiżiti funzjonali kkonċernati.
Artikolu 10
Proċedura għal dikjarazzjoni “KE” ta' konformità jew idoneità għall-użu
Artikolu 11
Nuqqas ta' konformità ta' kostitwenti tal-interoperabilitá ma' rekwiżiti essenzjali
Fejn Stat Membru jsib li l-kostitwent tal-interoperabbiltà kopert bid-dikjarazzjoni “KE” dwar il-konformità jew l-idoneità għall-użu u li jkun tqiegħed fis-suq, meta jintuża kif maħsub, probabbilment ma jkunx jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jillimita l-qasam tal-applikazzjoni tiegħu, jipprojbixxi l-użu tiegħu, jirtirah mis-suq jew jirkuprah. L-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri meħuda u jagħtu raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom, waqt li jgħidu b'mod partikolari jekk in-nuqqas fil-konformità jkunx dovut għal:
il-fatt li ma jiġux issodisfati r-rekwiżiti essenzjali;
applikazzjoni skorretta tal-ispeċifikazzjonijiet Ewropej fejn l-applikazzjoni ta' dawn l-ispeċifikazzjonijiet ikunu joqogħdu fuqha;
inadegwatezza tal-ispeċifikazzjonijiet Ewropej.
Fejn id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 tirriżulta minn inadegwatezza fl-ispeċifikazzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri, il-Kummissjoni jew l-Aġenzija, kif ikun xieraq, għandhom japplikaw waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
l-irtirar parzjali jew totali tal-ispeċifikazzjoni kkonċernata mill-pubblikazzjoni li tinsab fiha;
jekk l-ispeċifikazzjoni rilevanti tkun waħda standard armonizzat, ir-restrizzjoni jew l-irtirar ta' dak l-istandard f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
rieżami tat-TSI skont l-Artikolu 6.
KAPITOLU IV
SUBSISTEMI
Artikolu 12
Moviment liberu ta' subsistemi
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu V, l-Istati Membri ma għandhomx, fit-territorju tagħhom u għal raġunijiet li jirrigwardaw din id-Direttiva, jipprojbixxu, jillimitaw jew ixekklu l-kostruzzjoni, id-dħul fis-servizz u l-operazzjoni tas-subsistemi strutturali li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali. B'mod partikulari, ma għandhomx jirrikjedu kontrolli li diġà jkunu saru:
bħala parti mill-proċedura li twassal għad-dikjarazzjoni “KE” ta' verifika; jew
fi Stati Membri oħra, qabel jew wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, bil-għan li tiġi verifikata l-konformità mar-rekwiżiti identiċi f'kundizzjonijiet operattivi identiċi.
Artikolu 13
Konformità ma' TSIs u regoli nazzjonali
Ir-regoli nazzjonali għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali u, fejn rilevanti, mezzi ta' konformità nazzjonali aċċettabbli, għandhom japplikaw fil-każijiet li ġejjin:
fejn it-TSIs ma jkoprux, jew ma jkoprux għalkollox, ċerti aspetti li jikkorrispondu mar-rekwiżiti essenzjali, inklużi l-punti ta' ftuħ kif imsemmi fl-Artikolu 4(6);
fejn ikun ġie nnotifikat nonapplikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew partijiet minnhom skont l-Artikolu 7;
fejn każ speċifiku ikun jitlob l-applikazzjoni ta' regoli tekniċi mhux inklużi fit-TSI rilevanti;
regoli nazzjonali użati biex jiġu speċifikati sistemi eżistenti, limitati għall-għan li jivverifikaw il-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk;
netwerks u vetturi mhux koperti mit-TSIs;
bħala miżura preventiva temporanja urġenti, b'mod partikolari wara aċċident.
Artikolu 14
Notifika tar-regoli nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija dwar ir-regoli nazzjonali eżistenti imsemmija fl-Artikolu 13(2) fil-każijiet li ġejjin:
fejn ir-regola jew regoli nazzjonali ma jkunux ġew innotifikati sal-15 ta' Ġunju 2016. F'dak il-każ, huma għandhom jiġu nnotifikati sas-16 ta' Diċembru 2016;
kull darba li jinbidlu r-regoli;
meta ssir talba ġdida f'konformità mal-Artikolu 7 għan-nonapplikazzjoni tat-TSI;
fejn ir-regoli nazzjonali ma jibqgħux meħtieġa wara l-pubblikazzjoni jew ir-reviżjoni tat-TSI kkonċernata.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli nazzjonali ġodda fil-każijiet li ġejjin biss:
meta TSI ma tissodisfax kompletament ir-rekwiżiti essenzjali;
bħala miżura preventiva urġenti, partikolarment wara aċċident.
L-Aġenzija għandha tikklassifika, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, ir-regoli nazzjonali li huma notifikati f'konformità ma' dan l-Artikolu.
Artikolu 15
Proċedura għall-istabbiliment tad-dikjarazzjoni ta' verifika “KE”
Il-Kummissjoni tista' tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni:
id-dettalji tal-proċeduri ta' verifika “KE” għas-subsistemi, fosthom il-proċedura ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali u d-dokumenti li għandhom jitressqu mill-applikant għall-iskopijiet tal-proċedura;
il-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' verifika “KE”, fosthom fil-każ ta' modifika tas-subsistema jew fil-każ ta' verifiki addizzjonali, id-dikjarazzjoni intermedja ta' verifika, u l-mudelli għad-dokumenti tal-fajl tekniku li għandu jakkumpanja lil dawk id-dikjarazzjonijiet kif ukoll mudelli għaċ-ċertifikat ta' verifika.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
Artikolu 16
Nuqqas ta' konformità ta' subsistemi ma' rekwiżiti essenzjali
L-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jiddikjara jekk in-nuqqas ta' konformità sħiħa ma' din id-Direttiva hijiex riżultat ta':
nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti essenzjali jew ma' TSI, jew applikazzjoni mhux korretta ta' TSI, f'liema każ il-Kummissjoni għandha tgħarraf minnufih lill-Istat Membru fejn tgħix il-persuna li fasslet id-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” b'mod żbaljat u għandha titlob lil dak l-Istat Membru biex jieħu l-miżuri adegwati;
inadegwatezza ta' TSI, f'liema każ għandha tapplika l-proċedura għall-emenda tat-TSI kif imsemmija fl-Artikolu 6.
Artikolu 17
Preżunzjoni ta' konformità
Għandu jkun hemm is-suppożizzjoni li l-kostitwenti u s-subsistemi tal-interoperabbiltà li jkunu konformi ma' standards armonizzati jew ma' partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom.
KAPITOLU V
TQEGĦID FIS-SUQ U TQEGĦID FIS-SERVIZZ
Artikolu 18
Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi
L-applikant għandu jressaq talba għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn fajl li jinkludi evidenza dokumentata ta':
id-dikjarazzjonijiet ta' verifika msemmija fl-Artikolu 15;
il-kompatibbiltà teknika tas-subsistemi mas-sistema li fiha qed jiġu integrati, stabbilita abbażi tat-TSIs, tar-regoli nazzjonali u tar-reġistri nazzjonali;
l-integrazzjoni sikura tas-subsistemi, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, ir-regoli nazzjonali u l-metodi komuni ta' sikurezza (“CSMs”) imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/798.
fil-każ ta' subsistemi tal-kmand-kontroll sinjalazzjoni maġenb il-binarji li jinvolvu s-Sistema Ewropea ta' Kontroll tal-Ferroviji (ETCS) u/jew it-tagħmir ferrovjarju tas-Sistema Globali għall-Komunikazzjoni Mobbli (GSM-R), id-deċiżjoni pożittiva tal-Aġenzija maħruġa skont l-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva; u, fil-każ ta' bidla għall-abbozz ta' speċifikazzjonijiet tal-offerta jew għad-deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti li seħħew wara d-deċiżjoni pożittiva, il-konformità mar-riżultat tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2016/796.
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tivverifika l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-fajl, u, fil-każ ta' tagħmir tal-binarji ERTMS, konformità mad-deċiżjoni pożittiva tal-Aġenzija maħruġa skont l-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva u, fejn xieraq, konformità mar-riżultat tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2016/796 Wara din il-verifika, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' installazzjonijiet fissi, jew tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni negattiva tagħha, fi żmien raġonevoli u determinat minn qabel, u fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha.
Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzartas-subsistemi eżistenti, l-applikant għandu jibgħat fajl li jiddeskrivi l-proġett lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza. Fi żmien xahar mir-riċeviment tat-talba tal-applikant, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tinforma lill-applikant li l-fajl huwa lest jew titlob informazzjoni supplimentari rilevanti, filwaqt li tistabbilixxi data ta' għeluq raġonevoli biex din tingħata. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija fil-każ ta' proġetti tal- mal-binarji, għandha teżamina l-fajl u tiddeċiedi jekk hix meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-servizz, fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:
il-livell ġenerali ta' sikurezza tas-subsistema kkonċernata jista' jiġi affettwat ħażin mix-xogħlijiet previsti;
tkun meħtieġa mit-TSIs rilevanti;
tkun meħtieġa mill-pjanijiet nazzjonali ta' implimentazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri; jew
isir tibdil fil-valuri tal-parametri li abbażi tagħhom diġà tkun ingħatat awtorizzazzjoni.
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien determinat minn qabel u raġonevoli, u fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha.
Artikolu 19
Implimentazzjoni armonizzata tal-ERTMS fl-Unjoni
L-applikant għandu jressaq talba għal approvazzjoni tal-Aġenzija. L-applikazzjoni li tirrigwarda proġetti individwali tal-ERTMS jew għal kombinazzjoni ta' proġetti, linja, grupp ta' linji jew netwerk, għandu jiġi akkumpanjat minn fajl li jinkludi:
l-abbozz ta' speċifikazzjonijiet tal-kuntratt jew id-deskrizzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti;
evidenza dokumentarja tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompatibbiltà teknika u operazzjonali tas-subsistema mal-vetturi maħsuba biex joperaw fuq in-netwerk rilevanti;
evidenza dokumentarja tal-konformità mat-TSIs rilevanti tas-soluzzjonijiet tekniċi previsti.
kull dokumenti rilevanti ieħor, bħal opinjonijiet tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, dikjarazzjonijiet ta' verifika jew ċertifikati ta' konformità.
Dik l-applikazzjoni u l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, l-istadji tal-proċeduri rilevanti u l-eżitu tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell, għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796.
L-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza jistgħu joħorġu opinjoni dwar it-talba għal approvazzjoni jew lill-applikant qabel ma ssir it-talba jew lill-Aġenzija wara li tkun saret.
L-Aġenzija għandha toħroġ deċiżjoni pożittiva, jew tinforma lill-applikant b'nuqqasijiet possibbli, f'perijodu ta' żmien raġonevoli u determinat minn qabel, u fi kwalunkwe każ, fi żmien zahrejn mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha. L-Aġenzija għandha tibbaża l-opinjoni tagħha fuq il-fajl tal-applikant u fuq opinjonijiet possibbli mill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza.
Jekk l-applikant jaqbel man-nuqqasijiet identifikati mill-Aġenzija, l-applikant għandu jikkoreġi d-disinn tal-proġett u jintroduċi talba ġdida għall-approvazzjoni tal-Aġenzija.
Jekk l-applikant ma jaqbilx man-nuqqasijiet identifikati mill-Aġenzija, għandha tapplika l-proċedura msemmija fil-paragrafu 5.
Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1), l-applikant ma għandux jitlob valutazzjoni ġdida.
Artikolu 20
Tqegħid fis-suq ta' subsistemi mobbli
Artikolu 21
Awtorizzazzjoni tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq
L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' vettura għandha tkun akkumpanjata minn fajl li jikkonċerna l-vettura jew it-tip ta' vettura u tinkludi evidenza dokumentata ta':
it-tqegħid fis-suq tas-subsistemi mobb“KE” li li minnhom tkun magħmula l-vettura f'konformità mal-Artikolu 20, abbażi tad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”;
il-kompatibbiltà teknika ta' dawn is-subsistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs, u fejn applikabbli, ir-regoli nazzjonali;
l-integrazzjoni sikura tas-subsistemi msemmija fil-punt (a) fil-vettura, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, u fejn applikabbli, ir-regoli nazzjonali u s-CSMs imsemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/798;
il-kompatibbiltà teknika tal-vettura man-netwerk fiż-żona tal-użu msemmija fil-paragrafu 2, stabbilita abbażi tat-TSIs rilevanti, u fejn applikabbli, ir-regoli nazzjonali, ir-reġistri ta' infrastruttura u s-CSM għall-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/798.
Dik l-applikazzjoni u l-informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha, l-istadji tal-proċeduri rilevanti u l-eżitu tagħhom, u, fejn applikabbli, it-talbiet u d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Appell, għandhom jiġu ppreżentati permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2016/796.
Kull meta jkunu meħtieġa testijiet sabiex tinkiseb evidenza dokumentata tal-kompatibbiltà teknika msemmija fil-punti (b) u (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza involuti jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet temporanji lill-applikant biex juża l-vettura għal verifiki prattiċi fuq in-netwerk. L-amministratur tal-infrastruttura, f'konsultazzjoni mal-applikant, għandu jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li kwalunkwe test ikun jista' jsir fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tat-talba tal-applikant. Fejn ikun xieraq, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu miżuri sabiex tiżgura li jsiru t-testijiet.
L-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet ta' vetturi għat-tqegħid fis-suq fir-rigward tal-vetturi li għandhom żona tal-użu fi Stat Membru wieħed jew aktar. Sabiex toħroġ awtorizzazzjonijiet bħal dawn, l-Aġenzija għandha:
tivvaluta l-elementi tal-fajl speċifikati fil-punti (b), (c) u (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 biex jiġu vverifikati l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza tal-fajl fir-rigward tat-TSIs rilevanti; u
tirreferi l-fajl tal-applikant lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kkonċernati maż-żona tal-użu maħsuba għall-valutazzjoni tal-fajl sabiex jiġu vverifikati l-kompletezza, ir-rilevanza u l-konsistenza fir-rigward tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 u l-elementi speċifikati fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 fir-rigward tar-regoli nazzjonali rilevanti.
Bħala parti mill-valutazzjonijiet skont il-punti (a) u (b) u fil-każ ta' dubji ġustifikati, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza jistgħu jitolbu li jitwettqu testijiet fuq in-netwerk. Sabiex jiffaċilitaw dawk it-testijiet, l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza involuti jistgħu joħorġu awtorizzazzjonijiet temporanji lill-applikant biex juża l-vetturi għat-testijiet fuq in-netwerk. L-amministratur tal-infrastruttura għandu jagħmel kull sforz biex jiżgura li kwalunkwe test isir fi żmien tliet xhur mit-talba tal-Aġenzija jew tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza.
L-Aġenzija għandha tieħu kont sħiħ tal-valutazzjonijiet skont il-paragrafu 5 qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-ħruġ tal-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq. L-Aġenzija għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jew tinforma lill-applikant bid-deċiżjoni negattiva tagħha, fi żmien determinat minn qabel, raġonevoli, u fi kwalunkwe każ, fi żmien erba' xhur mir-riċeviment tal-informazzjoni rilevanti kollha.
Fil-każ ta' nonapplikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew parti minnhom kif imsemmi fl-Artikolu 7, l-Aġenzija għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura biss wara l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata f'dak l-Artikolu.
L-Aġenzija għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa minnha.
Fejn il-Bord tal-Appell jaqbel mal-Aġenzija, l-Aġenzija għandha tieħu deċiżjoni mingħajr dewmien.
Fejn il-Bord tal-Appell jaqbel mal-valutazzjoni negattiva tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, l-Aġenzija għandha toħroġ awtorizzazzjoni b'żona tal-użu li teskludi l-partijiet tan-netwerk li rċevew valutazzjoni negattiva.
Fejn l-Aġenzija ma taqbilx ma' valutazzjoni pożittiva ta' awtorità nazzjonali tas-sikurezza waħda jew aktar skont il-punt (b) tal-paragrafu 5, hija għandha tinforma lill-awtorità jew awtoritajiet inkwistjoni, u tagħti r-raġunijiet għaliex ma taqbilx. L-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza għandhom jikkooperaw bil-ħsieb li jaqblu dwar valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli. Fejn meħtieġ, kif deċiż mill-Aġenzija u l-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza, dan il-proċess għandu jinvolvi wkoll lill-applikant. Jekk ma jkun hemm qbil dwar ebda valutazzjoni reċiprokament aċċettabbli fi żmien xahar wara li l-Aġenzija tkun infurmat lill-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza li ma taqbilx, l-Aġenzija għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha.
Jekk iż-żona tal-użu hija limitata għat-territorju ta' Stat Membru wieħed u fil-każ ta' nonapplikazzjoni ta' TSI waħda jew aktar jew parti minnhom kif imsemmi fl-Artikolu 7, l-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha toħroġ l-awtorizzazzjoni tal-vettura biss wara l-applikazzjoni tal-proċedura stipulata f'dak l-Artikolu.
L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza għandha tieħu responsabbiltà sħiħa tal-awtorizzazzjonijiet li toħroġ.
Sas-16 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tadotta permezz ta' atti ta' implimentazzjoni arranġamenti prattiċi li jispeċifikaw:
kif ir-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni tal-vettura għat-tqegħid fis-suq u għall-awtorizzazzjoni ta' tip ta' vettura stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom jiġu ssodisfati mill-applikant u jelenkaw id-dokumenti meħtieġa;
id-dettalji tal-proċess ta' awtorizzazzjoni, bħall-istadji proċedurali u l-perijodi ta' żmien għal kull stadju tal-proċess;
kif l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali ta' sikurezza għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu matul l-istadji differenti tal-proċess ta' applikazzjoni u awtorizzazzjoni inkluż matul il-valutazzjoni ta' fajls tal-applikanti.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3). Huma għandhom jieħdu kont tal-esperjenza miksuba matul it-tħejjija tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 ta' dan l-Artikolu.
L-awtorizzazzjonijiet tal-vetturi għat-tqegħid fis-suq għandhom jiddikjaraw:
iż-żona/i tal-użu;
il-valuri tal-parametri stabbiliti fit-TSIs u, fejn applikabbli, fir-regoli nazzjonali, għall-verifika tal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u ż-żona tal-użu;
il-konformità tal-vettura mat-TSIs rilevanti u s-settijiet ta' regoli nazzjonali, li jirrigwardaw il-parametri msemmija fil-punt (b);
il-kondizzjonijiet għall-użu tal-vettura u restrizzjonijiet oħra.
Jekk id-deċiżjoni negattiva tal-Aġenzija tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem il-Bord tal-Appell nominat skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2016/796.
Jekk id-deċiżjoni negattiva tal-awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiġi kkonfermata, l-applikant jista' jressaq appell quddiem korp ta' appell f'konformità mal-liġi nazzjonali. L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw il-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE għall-iskop ta' din il-proċedura ta' appell. F'dak il-każ, għandu japplika l-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2016/798.
Fil-każ ta' tiġdid jew immodernizzar tal-vetturi eżistenti li diġà għandhom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-vettura, għandha tkun meħtieġa awtorizzazzjoni ġdida għat-tqegħid fis-suq tal-vettura jekk:
isiru tibdiliet fil-valuri tal-parametri msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 10 li jinsabu barra mill-medda ta' parametri aċċettabbli kif definiti fit-TSIs;
il-livell ġenerali ta' sikurezza tal-vettura kkonċernata jkun jista' jiġi affettwat ħażin mix-xogħlijiet previsti; jew
din tkun meħtieġa mit-TSIs rilevanti.
Jekk l-applikant ikun irċieva awtorizzazzjoni tal-vettura f'konformità mal-paragrafu 8 u jkun jixtieq jestendi ż-żona tal-użu f'dak l-Istat Membru, huwa għandu jissupplimenta l-fajl bid-dokumenti rilevanti msemmija fil-paragrafu 3 dwar iż-żona addizzjonali tal-użu. Huwa għandu jippreżenta l-fajl lill-awtorità nazzjonali tas-sikurezza, li għandha, wara li ssegwi l-proċeduri stipulati fil-paragrafu 8, toħroġ awtorizzazzjoni aġġornata li tkopri ż-żona tal-użu estiża.
Artikolu 22
Reġistrazzjoni tal-vetturi awtorizzati li jitqiegħdu fis-suq
Artikolu 23
Verifiki qabel l-użu ta' vetturi awtorizzati
Qabel ma impriża ferrovjarja tuża vettura fiż-żona tal-użu speċifikata fl-awtorizzazzjoni tagħha għat-tqegħid fis-suq, hija għandha tivverifika:
li l-vettura ġiet awtorizzata għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 21 u li tkun debitament reġistrata;
li l-vettura hija kompattibbli mar-rotta abbażi tar-reġistru tal-infrastruttura, it-TSIs rilevanti it-TSIs rilevanti jew kwalunkwe informazzjoni rilevanti li għandha tiġi pprovduta bla ħlas mill-amministratur tal-infrastruttura u f'perijodu ta' żmien raġonevoli, fejn reġistru bħal dan ma jeżistix jew mhux komplut; u
li l-vettura hija integrata b'mod xieraq fil-kompożizzjoni tal-ferrovija fejn maħsuba li topera, b'kont meħud tas-sistema ta' ġestjoni tas-sikurezza stabbilita fl-Artikolu 9 tad-Direttiva (UE) 2016/798 u t-TSI dwar l-operazzjoni u l-ġestjoni tat-traffiku.
L-amministratur tal-infrastruttura, f'konsultazzjoni mal-applikant, għandu jagħmel kull sforz sabiex jiżgura li kwalunkwe test ikun jista' jsir fi żmien tliet xhur mir-riċeviment tat-talba tal-applikant.
Artikolu 24
Awtorizzazzjoni ta' tip ta' vetturi
Id-dikjarazzjoni ta' konformità mat-tip għandha tkun stabbilita f'konformità ma':
il-proċeduri ta' verifika tat-TSIs rilevanti; jew
fejn ma japplikawx it-TSIs, il-valutazzjoni tal-konformità kif iddefinita fil-moduli B+D, B+F u H1 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).
Artikolu 25
Konformità tal-vetturi ma' tip ta' vettura awtorizzata
Artikolu 26
Nuqqas ta' konformità ta' vetturi jew tipi ta' vetturi mar-rekwiżiti essenzjali
Fejn rilevanti, fl-eventwalità ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Aġenzija u l-awtorità nazzjonali ta' sikurezza rigward il-ħtieġa li tiġi ristretta jew revokata l-awtorizzazzjoni, għandha tiġi segwita l-proċedura ta' arbitraġġ prevista fl-Artikolu 21(7). Jekk ir-riżultat ta' dik il-proċedura jkun li l-awtorizzazzjoni tal-vettura la mhi ser tiġi ristretta u lanqas revokata, il-miżuri ta' sikurezza temporanji msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu sospiżi.
Meta awtorità nazzjonali tas-sikurezza tiddeċiedi li tirrevoka awtorizzazzjoni li hija tkun tat għat-tqegħid fis-suq, hija għandha tinforma minnufih lill-Aġenzija b'dan u tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha. L-Aġenzija mbagħad għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza l-oħra.
KAPITOLU VI
KORPI TA' VALUTAZZJONI TAL-KONFORMITÀ
Artikolu 27
Awtoritajiet notifikanti
Artikolu 28
Rekwiżiti li jirrigwardaw l-awtoritajiet notifikanti
L-awtorità notifikanti:
għandha tiġi stabbilita b'tali mod li jiġi evitat kwalunkwe konflitt ta' interess ma' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità;
għandha tkun organizzata u operata b'tali mod li jkunu salvagwardati l-oġġettività u l-imparzjalità tal-attivitajiet tagħha;
għandha tkun organizzata b'tali mod li kull deċiżjoni li tirrigwarda n-notifika ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità tittieħed minn persuni kompetenti differenti minn dawk li jkunu għamlu l-valutazzjoni;
ma għandhiex toffri jew tipprovdi kwalunkwe attivitajiet li jitwettqu minn korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, jew servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva;
għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba;
għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha għadd suffiċjenti ta' persunal kompetenti għat-twettiq adegwat tal-kompiti tagħha.
Artikolu 29
L-obbligu tal-awtoritajiet notifikanti li jagħtu informazzjoni
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar il-proċeduri tagħhom għall-valutazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ ta' korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, u dwar kull tibdil għal dawk il-proċeduri.
Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
Artikolu 30
Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità
Fi kwalunkwe ħin u għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità u għal kull tip jew kategorija ta' prodott li jkun ġie notifikat dwaru, il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu:
il-persunal meħtieġ b'għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;
id-deskrizzjonijiet rilevanti ta' proċeduri, li skonthom għandha titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jkunu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità li jiġu applikati dawk il-proċeduri. Dan għandu jkollu fis-seħħ politiki u proċeduri adatti li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp ta' valutazzjoni tal-konformità notifikat u attivitajiet oħra;
proċeduri xierqa għat-twettiq ta' attivitajiet li jqisu d-daqs tal-impriża, is-settur li fih jopera, l-istruttura tiegħu, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.
Għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq b'mod xieraq il-kompiti tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità u għandu jkollu aċċess għat-tagħmir u l-faċilitajiet kollha meħtieġa.
Artikolu 31
Imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità
Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-provvista, il-muntaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni ta' prodotti li huwa jivvaluta jista', bil-kondizzjoni li jkun hemm prova tal-indipendenza tiegħu flimkien man-nuqqas ta' kull konflitt ta' interess, jitqies li jkun tali korp.
Artikolu 32
Persunal tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità
Il-persunal responsabbli għat-twettiq tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn il-ħiliet li ġejjin:
taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità u li b'rabta miegħu jkun ġie notifikat il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità;
għarfien sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa minnu u awtorità xierqa biex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet;
għarfien xieraq u fehim tar-rekwiżiti essenzjali, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni;
il-kapaċità li jifformula ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ikunu saru.
Artikolu 33
Preżunzjoni tal-konformità ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità
Fejn korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun jista' juri l-konformità tiegħu mal-kriterji stabbiliti fl-istandards armonizzati rilevanti jew f'partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew pubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun hemm is-suppożizzjoni li huwa jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 30 sa 32 sa fejn l-istandards armonizzati applikabbli jkopru dawk ir-rekwiżiti.
Artikolu 34
Sussidjarji ta' korpi notifikati u sottokuntrattar minnhom
Artikolu 35
Korpi interni akkreditati
Il-korp intern akkreditat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
il-korp għandu jkun akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008;
il-korp u l-persunal tiegħu għandhom, fi ħdan l-impriża li jifformaw parti minnha, ikunu identifikabbli mil-lat organizzattiv u jkollhom metodi ta' rapportar li jiżguraw l-imparzjalità tagħhom, u għandhom jagħtu prova ta' dan lill-korp nazzjonali tal-akkreditazzjoni kompetenti;
la l-korp u lanqas il-persunal tiegħu ma għandhom ikunu responsabbli għad-disinn, il-manifattura, il-provvista, l-installazzjoni, l-operazzjoni jew il-manutenzjoni tal-prodotti li jivvalutaw, u lanqas ma għandhom iwettqu attivitajiet li jistgħu jiġu f'konflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju tagħhom jew mal-integrità tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tagħhom;
il-korp għandu jagħti s-servizzi tiegħu esklużivament lill-impriża li jkun jagħmel parti minnha.
Artikolu 36
Applikazzjoni għal notifika
Artikolu 37
Proċedura tan-notifika
Artikolu 38
Numri ta' identifikazzjoni u listi ta' korpi notifikati
Korp notifikat għandu jiġi assenjat numru ta' identifikazzjoni uniku anke fejn ikun notifikat skont diversi atti legali tal-Unjoni.
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.
Artikolu 39
Tibdil fin-notifiki
Artikolu 40
Kontestazzjonijiet dwar il-kompetenza tal-korpi notifikati
Artikolu 41
Obbligi operattivi tal-korpi notifikati
Filwaqt li jagħmlu dan, huma għandhom xorta waħda joperaw bil-għan li jivverifikaw il-konformità tal-prodott ma' din id-Direttiva.
Artikolu 42
Obbligu tal-korpi notifikati li jagħtu informazzjoni
Il-korpi notifikati għandhom jinfurmaw lill-awtorità notifikanti dwar dan li ġej:
kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat;
kwalunkwe ċirkostanza li jkollha effett fuq l-ambitu tan-notifika u l-kondizzjonijiet għaliha;
kwalunkwe talba għal informazzjoni li huma jkunu rċevew minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità;
meta mitluba, l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li twettqu fil-ambitu tan-notifika tagħhom u kwalunkwe attività oħra li twettqet, inklużi attivitajiet transkonfinali u sottokuntrattar.
L-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza kompetenti għandhom ukoll jiġu infurmati dwar kwalunkwe rifjut, restrizzjoni, sospensjoni jew irtirar ta' ċertifikat taħt il-punt (a).
Artikolu 43
Skambji tal-aħjar prattika
Il-Kummissjoni għandha tipprovdi għall-organizzazzjoni ta' skambji tal-aħjar prattiki bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli għall-politika tan-notifiki.
Artikolu 44
Koordinazzjoni ta' korpi notifikati
Il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa bejn il-korpi notifikati skont din id-Direttiva permezz tal-istabbiliment ta' grupp settorjali ta' korpi notifikati. L-Aġenzija għandha tappoġġa l-attivitajiet ta' korpi notifikati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2016/796.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi notifikati minnhom jipparteċipaw fil-ħidma ta' dak il-grupp, direttament jew permezz tar-rappreżentanti nominatri.
Artikolu 45
Korpi nominati
Ir-rekwiżiti li jirrigwardaw il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jidhru fl-Artikoli 30 sa 34 għandhom japplikaw ukoll għall-korpi nominati skont l-Artikolu 15(8), ħlief:
fil-każ ta' ħiliet meħtieġa mill-persunal tiegħu skont il-punt (c) tal-Artikolu 32(1), fejn il-korp nominat għandu jkollu l-għarfien u l-fehim adatt tal-liġi nazzjonali;
fil-każ ta' dokumenti li għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità notifikanti skont l-Artikolu 34(4), fejn il-korp nominat għandu jinkludi dokumenti li jirrigwardaw il-ħidma mwettqa minn sussidjarji jew sottokuntratturi skont ir-regoli nazzjonali rilevanti.
KAPITOLU VII
REĠISTRI
Artikolu 46
Sistema ta' numerazzjoni tal-vetturi
Artikolu 47
Reġistri tal-vetturi
Sakemm ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi msemmi fil-paragrafu 5 jsir operazzjonali, kull Stat Membru għandu jżomm reġistru nazzjonali tal-vetturi. Dak ir-reġistru għandu:
jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 2;
jinżamm aġġornat minn korp li jkun indipendenti minn kwalunkwe impriża ferrovjarja;
ikun aċċessibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tas-sikurezza u l-korpi investigattivi msemmija fl-Artikoli 16 u 22 tad-Direttiva (UE) 2016/798; għandu wkoll ikun aċċessibbli, fuq kwalunkwe talba leġittima, għall-korpi regolatorji msemmija fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE, u għall-Aġenzija, l-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura, kif ukoll għal dawk il-persuni jew l-organizzazzjonijiet li jirreġistraw il-vetturi jew li huma identifikati fir-reġistru.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3).
Ir-reġistru nazzjonali tal-vetturi għandu jkun fih tal-inqas l-elementi li ġejjin:
in-NEV;
referenzi għad-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” u l-korp emittenti;
referenzi għar-reġistru Ewropew tat-tipi ta' vetturi awtorizzati msemmija fl-Artikolu 48;
identifikazzjoni tas-sid tal-vettura u d-detentur;
restrizzjonijiet dwar kif il-vettura tista' tintuża;
referenzi lill-entità responsabbli għall-manutenzjoni.
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 51(3) u abbażi ta' rakkomandazzjoni tal-Aġenzija.
Ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għandu jiġi żviluppat b'kont meħud tal-applikazzjonijiet tal-IT u r-reġistri diġà stabbiliti mill-Aġenzija u l-Istati Membri, bħar-Reġistru Ċentralizzat Ewropew Virtwali tal-Vetturi konness mar-reġistri nazzjonali tal-vetturi. Ir-Reġistru Ewropew tal-Vetturi għandu jkun operazzjonali sas-16 ta' Ġunju 2021.
Artikolu 48
Reġistru Ewropew ta' tipi ta' vetturi awtorizzati
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm reġistru ta' awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid ta' tipi ta' vetturi fis-suq maħruġa f'konformità mal-Artikolu 24. Dak ir-reġistru għandu:
ikun pubbliku u aċċessibbli b'mod elettroniku;
jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fil-paragrafu 2;
ikun kollegat mar-reġistri tal-vetturi rilevanti.
Ir-reġistru għandu jinkludi tal-inqas l-elementi li ġejjin għal kull tip ta' vettura:
karatteristiċi tekniċi, inklużi dawk relatati mal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa, tat-tip ta' vettura kif definit fit-TSIs rilevanti;
l-isem tal-manifattur;
id-data tal-awtorizzazzjonijiet relatati maż-żona tal-użu għal tip ta' vettura, inkluż kwalunkwe restrizzjoni jew irtirar.
Artikolu 49
Reġistru tal-infrastruttura
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI
Artikolu 50
Eżerċizzju ta' delega
Artikolu 51
Proċedura tal-kumitat
Artikolu 52
Motivazzjoni
Kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont din id-Direttiva rigward il-valutazzjoni tal-konformità jew l-idoneità għall-użu tal-kostitwenti tal-interoperabbiltà jew il-verifika tas-subsistemi li jikkostitwixxu s-sistema ferrovjarja tal-Unjoni jew kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont l-Artikoli 7, 12 u 17 għandha tistabbilixxi fid-dettall ir-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. Din għandha tiġi nnotifikata malajr kemm jista' jkun lill-parti kkonċernata, flimkien ma' indikazzjoni tar-rimedji disponibbli skont il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u tal-iskadenzi permessi għall-eżerċitar ta' tali rimedji.
Artikolu 53
Rapporti u informazzjoni
Artikolu 54
Reġim transizzjonali għall-użu ta' vetturi
Artikolu 55
Dispożizzjonijiet transizzjonali oħra
Artikolu 56
Rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet tal-Aġenzija
L-Aġenzija għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet f'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2016/796 sabiex tiġi applikata din id-Direttiva. Fejn rilevanti, għandu jittieħed kont ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet u l-opinjonijiet meta jkunu qed jitfasslu atti ta' implimentazzjoni skont din id-Direttiva.
Artikolu 57
Traspożizzjoni
Madankollu, hekk kif entità pubblika jew privata tressaq applikazzjoni uffiċjali biex tinbena linja ferrovjarja bil-ħsieb li tkun operata minn impriża ferrovjarja waħda jew aktar, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jadottaw miżuri għall-implimentazzjoni tal-Artikoli msemmija fl-ewwel subparagrafu fi żmien sentejn mir-riċeviment tal-applikazzjoni.
Artikolu 58
Tħassir
Id-Direttiva 2008/57/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness V, Parti A, hija mħassra b'effett mis- ►M1 31 ta' Ottubru 2020 ◄ , mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-iskadenzi għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi li jinsabu fl-Anness V, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 59
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 60
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Elementi tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni
1. Netwerk
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, in-netwerk tal-Unjoni għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
linji ta' veloċità għolja mibnijin apposta li huma mgħammra għal veloċitajiet ġeneralment ekwivalenti għal 250 km/h jew ogħla,
linji għal veloċità għolja mmodernizzati apposta li huma mgħammra għal veloċitajiet ta' 200 km/h,
linji għal veloċità għolja mmodernizzati apposta li għandhom karatteristiċi speċjali minħabba l-limitazzjonijiet marbuta mat-topografija, mar-riżalt jew mal-ippjanar tal-ibliet, li fuqhom il-veloċità trid tiġi adattata għal kull każ. Din il-kategorija tinkludi linji ta' interkonnessjoni bejn netwerks ta' veloċità għolja u dawk konvenzjonali, linji li jgħaddu minn stazzjonijiet ferrovjarji, aċċessi għat-terminals, depożiti eċċ, li jgħaddu minnhom vetturi ferrovjarji ta' “veloċità għolja” b'veloċità konvenzjonali,
linji konvenzjonali maħsuba għas-servizzi tal-passiġġieri,
linji konvenzjonali maħsuba għat-traffiku mħallat (passiġġieri u merkanzija),
linji konvenzjonali maħsuba għal servizzi ta' ġarr ta' merkanzija,
ċentri għal passiġġieri,
ċentri għal ġarr ta' merkanzija, inklużi terminals intermodali,
linji li jgħaqqdu l-elementi msemmija hawn fuq.
Dan in-netwerk jinkludi l-ġestjoni tat-traffiku, l-ittrakkjar, u s-sistemi tan-navigazzjoni: l-installazzjonijet tekniċi għall-ipproċessar tad- data u telekomunikazzjoni intiżi għal servizzi tal-passiġġieri u servizzi tal-merkanzija għal distanzi twal fuq in-netwerk biex jiggarantixxu s-sikurezza u l-operazzjoni armonjuża tan-netwerk u l-ġestjoni effiċjenti tat-traffiku.
2. Vetturi
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-vetturi tal-Unjoni għandhom jinkludu l-vetturi kollha li x'aktarx jivvjaġġaw fuq in-netwerk kollu tal-Unjoni jew fuq parti minnu:
Din il-lista ta' vetturi għandha tinkludi dawk li huma ddisinjati apposta biex joperaw fuq it-tipi differenti ta' linji ta' veloċità għolja deskritti fil-punt 1.
ANNESS II
SUBSISTEMI
1. Lista ta' subsistemi
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, is-sistema li tikkostitwixxi s-sistema ferrovjarja tal-Unjoni tista' tinqasam fis-subsistemi li ġejjin, jew:
iż-żoni strutturali:
iż-żoni funzjonali:
2. Deskrizzjoni tas-subsistemi
Għal kull subsistema jew parti minn subsistema, il-lista ta' kostitwenti u l-aspetti li jirrigwardaw l-interoperabbiltà jiġu proposti mill-Aġenzija meta jsir l-abbozz tat-TSI rilevanti. Mingħajr preġudizzju għall-għażla tal-aspetti u l-kostitwenti li jirrigwardaw l-interoperabbiltà jew l-ordni li biha huma jkunu ser jiġu soġġetti għat-TSIs, is-subsistemi inklużi jinkludu li ġej:
2.1. Infrastruttura
Il-binarji, il-punti, il-livelli ta' qsim, l-istrutturi tal-inġinerija (il-pontijiet, il-mini, eċċ), l-elementi tal-istazzjon relatati mal-ferroviji (inkluż l-entrati, il-pjattaformi, iż-żoni ta' aċċess, punti tas-servizz, toilets u sistemi ta' informazzjoni, kif ukoll il-karatteristiċi ta' aċċessibbiltà tagħhom għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa), is-sikurezza u t-tagħmir protettiv.
2.2. Enerġija
Is-sistema tal-elettrifikazzjoni, inklużi l-linji fl-ajru u s-sistema maġenb il-binarji għall-kejl u għan-nollijiet tal-konsum tal-elettriku.
2.3. Kmand-kontroll u sinjalazzjoni maġenb il-binarji
It-tagħmir kollu maġenb il-binarji meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti ta' ferroviji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.
2.4. Kmand-kontroll u sinjalazzjoni abbord
It-tagħmir kollu abbord meħtieġ biex jiżgura s-sikurezza u biex jikkmanda u jikkontrolla l-movimenti tal-ferroviji awtorizzati biex jivvjaġġaw fuq in-netwerk.
2.5. Operazzjoni u ġestjoni tat-traffiku
Il-proċeduri u t-tagħmir relatat li jippermettu l-operazzjoni koerenti tad-diversi subsistemi strutturali, kemm matul l-operazzjoni normali kif ukoll matul dak imnaqqas, inklużi b'mod partikolari il-kompożizzjoni tal-ferrovija u s-sewqan tal-ferrovija, l-ippjanar u l-immaniġġjar tat-traffiku.
Il-kwalifiki professjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għat-twettiq ta' kwalunkwe tip ta' servizz ferrovjarju.
2.6. Applikazzjonijiet telematiċi
F'konformità mal-Anness I, din is-subsistema tikkonsisti f'żewġ elementi:
l-applikazzjonijiet tas-servizzi għall-passiġġieri, inklużi s-sistemi li jipprovdu l-informazzjoni lill-passiġġieri qabel u matul il-vjaġġ, is-sistemi tal-prenotazzjoni u l-ħlas, il-ġestjoni tal-bagalji u l-ġestjoni tal-konnessjonijiet bejn il-ferroviji u l-mezzi l-oħra tat-trasport;
l-applikazzjonijiet għas-servizzi tal-merkanzija, inklużi s-sistemi tal-informazzjoni (monitoraġġ tal-merkanzija u l-ferroviji fil-ħin reali), is-sistemi tat-tlaqqigħ u l-allokazzjoni, il-prenotazzjoni, is-sistemi tal-ħlas u l-fatturi, l-ġestjoni tal-konnessjonijiet ma' mezzi oħra ta' trasport u l-produzzjoni ta' dokumenti elettroniċi li jakkumpanjaw il-merkanzija.
2.7. Vetturi ferrovjarji
Is-sistema tal-istruttura, tal-kmand u tal-kontroll għat-tagħmir ferrovjarju kollu, l-apparat għall-ġabra tal-kurrent elettriku, l-inġenji tat-trazzjoni u l-konverżjoni tal-enerġija, it-tagħmir abbord għall-kejl u għan-nollijiet tal-konsum elettriku, it-tagħmir tal-ibbrejkjar, l-agganċjament u s-sewqan (il-bogies, il-fusien, eċċ) u s-suspension, il-bibien, l-interfaċċi bniedem/magna (is-sewwieq, il-persunal abbord u l-passiġġieri, inklużi elementi ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u persuni b'mobbiltà mnaqqsa), l-apparat tas-sikurezza passiv jew attiv u l-ħtiġijiet għas-saħħa tal-passiġġieri u tal-persunal abbord.
2.8. Manutenzjoni
Il-proċeduri, it-tagħmir assoċjat, iċ-ċentri tal-loġistika għal xogħol ta' manutenzjoni u r-riservi li jipprovdu l-manutenzjoni kollettiva u preventiva ta' natura mandatorja biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja tal-Unjoni u tiġi ggarantita l-kwalità meħtieġa.
ANNESS III
REKWIŻITI ESSENZJALI
1. Rekwiżiti ġenerali
1.1. Sikurezza
1.1.1. |
Id-disinn, il-kostruzzjoni jew l-immuntar, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-komponenti ta' sikurezza kritika, u b'mod aktar partikolari, tal-komponenti involuti fil-movimenti ferrovjarji, għandhom ikunu tali li jiggarantixxu s-sikurezza fil-livell li jikkorrispondi mal-għanijiet stabbiliti għan-netwerk, inklużi dawk għal sitwazzjonijiet speċifiċi degradati. |
1.1.2. |
Il-parametri involuti fil-kuntatt rota/binarju għandhom jilħqu r-rekwiżiti dwar l-istabbiltà meħtieġa biex jiggarantixxu s-sikurezza taċ-ċaqliq fil-veloċità massima awtorizzata. Il-parametri jridu jiggarantixxu li jkun possibbli li tieqaf f'distanza speċifika ta' brake bil-veloċità massima awtorizzata. |
1.1.3. |
Il-komponenti użati għandhom ikunu jifilħu għal xi strapazzi normali jew eċċezzjonali li jkunu ġew speċifikati matul il-perijodu tagħhom fis-servizz. Ir-riperkussjonijiet tas-sikurezza ta' kwalunkwe mankanza aċċidentali għandhom jiġu limitati b'mezzi approprjati. |
1.1.4. |
Id-disinn ta' stallazzjonijet u l-vetturi ferrovjarji fissi u l-għażla tal-materjal użat għandhom ikunu mmirati biex jillimitaw il-ġenerazzjoni, il-propagazzjoni u l-effetti tan-nar u tad-duħħan f'każ ta' ħruq. |
1.1.5. |
Kwalunkwe apparat maħsub biex jitħaddem mill-utenti jrid jiġi ddisinjat b'tali mod li ma jfixkilx l-operazzjoni sikura tal-apparat jew is-saħħa u s-sigurtà tal-utenti jekk jintuża b'mod prevedibbli, għalkemm mhux f'konformità mal-istruzzjonijiet stabbiliti. |
1.2. Affidabbiltà u disponibbiltà
Il-monitoraġġ u l-manutenzjoni tal-komponenti fissi jew mobbli li jkunu involuti fiċ-ċaqliq tal-ferroviji għandhom jiġu organizzati, magħmula u kwantifikati b'tali mod li jkomplu jaħdmu skont il-kondizzjonijiet maħsuba.
1.3. Saħħa
1.3.1. |
Il-materjali li x'aktarx, minħabba l-mod ta' kif jintużaw, jikkostitwixxu periklu għas-saħħa lil dawk li jkollhom aċċess għalihom ma għandhomx jintużaw fil-ferroviji u fl-infrastruttura ferrovjarja. |
1.3.2. |
Dawn il-materjali għandhom jintgħażlu, jitqiegħdu u jintużaw b'tali mod li jrażżnu l-ħruġ ta' dħaħen jew ta' gassijiet li jagħmlu ħsara u huma perikolużi, partikolarment f'każ ta' ħruq. |
1.4. Protezzjoni tal-ambjent
1.4.1. |
L-impatt ambjentali tal-istabbiliment u l-operazzjoni tas-sistema ferrovjarja jrid jiġi vvalutat u kkunsidrat fl-istadju tal-iddisinjar tas-sistema f'konformità mal-liġi tal-Unjoni. |
1.4.2. |
Il-materjali li jintużaw fil-ferroviji u fl-infrastruttura għandhom jipprevjenu l-ħruġ ta' dħaħen jew gassijiet li jistgħu jkunu noċivi u perikolużi għall-ambjent, partikolarment f'każ ta' ħruq. |
1.4.3. |
Il-vetturi ferrovjarji u s-sistemi għall-provvista tal-enerġija għandhom ikunu ddisinjati u fabbrikati b'tali mod li jkunu elettromanjetikament kompatibbli mal-installazzjonijiet, mat-tagħmir u man-netwerk pubbliku jew privat li miegħu jistgħu jinterferixxu. |
1.4.4. |
Id-disinn u l-operazzjoni tas-sistema ferrovjarja ma għandhomx iwasslu għal livell inammissibbli ta' storbju maħluq minnha stess:
—
f'żoni li jinsabu qrib infrastrutturi tal-ferroviji, kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2012/34/UE, u
—
fil-kabina tas-sewwieq.
|
1.4.5. |
L-operazzjoni tas-sistema ferrovjarja ma għandhiex twassal għal livell inammissibbli ta' vibrazzjonijiet tal-art fl-attivitajiet u ż-żoni viċin l-infrastruttura u fi stat normali ta' manutenzjoni. |
1.5. Kompatibbiltà teknika
Il-karatteristiċi tekniċi tal-infrastruttura u l-installazzjonijiet fissi għandhom ikunu kompatibbli ma' xulxin u ma' dawk tal-ferroviji li għandhom jintużaw fis-sistema ferrovjarja. Dan ir-rekwiżit jinkludi l-integrazzjoni sikura tas-subsistema tal-vettura mal-infrastruttura.
Jekk il-konformità ma' dawn il-karatteristiċi tkun diffiċli f'ċerti taqsimiet tan-netwerk, soluzzjonijiet temporanji, li jiżguraw kompatibbiltà fil-futur, għandhom jiġu implimentati.
1.6. Aċċessibbiltà
1.6.1. |
Is-subsistemi tal-“infrastruttura” u l-“vetturi ferrovjarji” jridu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa sabiex ikun żgurat aċċess fuq bażi ugwali mal-oħrajn permezz tal-prevenzjoni jew it-tneħħija ta' ostakli, u permezz ta' miżuri oħra adattati. Dan għandu jinkludi d-disinn, il-kostruzzjoni, it-tiġdid, l-immodernizzar, il-manutenzjoni u l-operazzjoni tal-partijiet rilevanti tas-subsistemi li l-pubbliku għandu aċċess għalihom. |
1.6.2. |
Is-subsistemi tal-“operazzjonijiet” u l-“applikazzjonijiet telematiċi tal-passiġġieri” jridu jipprevedu l-funzjonalità neċessarja meħtieġa biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa fuq bażi ugwali mal-oħrajn permezz tal-prevenzjoni jew it-tneħħija ta' ostakli, u permezz ta' miżuri oħra adattati. |
2. Rekwiżiti speċifiċi għal kull subsistema
2.1. Infrastruttura
2.1.1.
Iridu jittieħdu passi xierqa sabiex ma jitħalliex l-aċċess għal, jew id-dħul mhux mixtieq, fl-installazzjonijiet.
Iridu jittieħdu passi biex jiġi limitat il-periklu li għalih il-persuni jiġu esposti, partikolarment meta l-ferroviji jgħaddu mill-istazzjonijiet.
L-infrastruttura li għaliha l-pubbliku jkollu aċċess għandha tkun iddisinjata u magħmula b'tali mod li tillimita kwalunkwe periklu għas-sikurezza umana (l-istabbiltà, il-ħruq, l-aċċess, l-evakwazzjoni, il-pjattaformi, eċċ.).
Dispożizzjonijiet xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex iqisu l-kondizzjonijiet partikolari tas-sikurezza fil-mini twal ħafna u l-vijadotti.
2.1.2.
Is-subsistemi tal-infrastruttura li għalihom il-pubbliku għandu aċċess iridu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa f'konformità mal-punt 1.6.
2.2. Enerġija
2.2.1.
L-operazzjoni tas-sistemi li jfornu l-enerġija ma għandhiex timpedixxi s-sikurezza kemm tal-ferroviji kif ukoll tal-persuni (l-utenti, il-persunal operattiv, ir-residenti ta' ħdejn il-binarji u l-partijiet terzi).
2.2.2.
Il-funzjonament tas-sistemi li jfornu l-enerġija elettrika jew termali ma għandhomx jinterferixxu fl-ambjent lil hinn mil-limiti speċifikati.
2.2.3.
Is-sistemi għall-provvista tal-enerġija elettrika/termali użati għandhom:
2.3. Kmand-kontroll u sinjalazzjoni
2.3.1.
L-installazzjonijet u l-proċeduri ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni użati għandhom jagħmluha possibbli li l-ferroviji jivvjaġġaw b'livell ta' sikurezza li jikkorrispondi mal-objettivi stabbiliti għan-netwerk. Is-sistemi ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni iridu jkomplu jipprovdu għal transitu bla periklu ta' ferroviji permessi biex jaħdmu taħt kondizzjonijiet degradati.
2.3.2.
L-infrastruttura l-ġdida kollha u l-vetturi ferrovjarji ffabbrikati jew żviluppati wara l-adozzjoni tas-sistemi kompatibbli ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni għandhom jiġu adattati apposta għall-użu f'dawk is-sistemi.
It-tagħmir ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni installat fil-kabini tax-xufiera tal-ferroviji għandhom jippermettu operat normali, taħt kondizzjonijiet speċifiċi, fis-sistema ferrovjarja kollha kemm hi.
2.4. Vetturi ferrovjarji
2.4.1.
L-istrutturi tal-vetturi ferrovjarji u tal-agganċamenti bejn il-vetturi jridu jkunu ddisinjati b'tali mod li jitħarsu l-passiġġieri u l-kompartimenti tas-sewqan fil-każ ta' kolliżjoni jew ta' ferrovija li taqbeż il-linji.
It-tagħmir elettriku ma għandux idgħajjef is-sikurezza u l-funzjonament tal-installazzjonijet ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni.
It-tekniki tal-brejkijiet u l-istrapazzi eżerċitati għandhom ikunu kompatibbli mad-disinn tal-binarji, l-istrutturi tal-inġinerija u s-sistemi tas-sinjalazzjoni.
Passi għandhom jittieħdu biex jiġi evitat aċċess għal kostitwenti mnejn ikun għaddej il-kurrent elettriku biex ma tiġix ipperikolata is-sikurezza tal-persuni.
Fil-każ ta' periklu, l-apparat irid jippermetti lill-passiġġieri jinfurmaw lix-xufier u l-persunal li jikkuntattjahom.
Trid tiġi żgurata s-sikurezza tal-passiġġieri waqt l-imbarkazzjoni u l-inżul mill-ferroviji. Il-bibien tal-aċċess għandhom jinkorporaw sistema ta' ftuħ u għeluq li tiggarantixxi s-sikurezza tal-passiġġieri.
Il-ħruġ ta' emerġenza għandu jiġi pprovdut u indikat.
Dispożizzjonijiet xierqa għandhom jiġu stabbiliti biex iqisu l-kondizzjonijiet partikolari tas-sikurezza fil-mini twal ħafna.
Sistema ta' dawl ta' emerġenza ta' intensità u dewmien suffiċjenti hija obbligatorja abbord il-ferroviji.
Il-ferroviji għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' komunikazzjoni pubblika li tipprovdi mezz ta' komunikazzjoni għan-nies mill-persunal t'abbord u mill-kontroll tal-art.
Il-passiġġieri jridu jingħataw informazzjoni komprensiva li tinftiehem faċilment dwar ir-regoli li japplikaw għalihom kemm fl-istazzjonijiet ferrovjarji kif ukoll fuq il-ferroviji.
2.4.2.
Id-disinn tat-tagħmir vitali u tat-tagħmir tas-sewqan, t-trazzjoni u l-ibbrejkjar kif ukoll tas-sistema ta; kmand-kontroll irid, f'sitwazzjoni degradata speċifika, ikun tali li jippermetti li l-ferrovija tkompli miexja mingħajr konsegwenzi ħżiena għat-tagħmir li jkun baqa' jaħdem.
2.4.3.
It-tagħmir tal-elettriku għandu jkun kompatibbli mal-operazzjoni tal-installazzjonijet ta' kmand-kontroll u sinjalazzjoni.
Fil-każ ta' trazzjoni elettrika, il-karatteristiċi tal-apparati li jiġbru l-kurrent għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli biex il-ferroviji jivvjaġġaw bis-sistemi tal-forniment tal-enerġija għas-sistema ferrovjarja.
Il-karatteristiċi tal-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jippermettulhom jivvjaġġaw fuq kwalunkwe linja li fuqha jkunu mistennija li joperaw, waqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet klimatiċi rilevanti.
2.4.4.
Il-ferroviji iridu jkunu mgħammra b'apparat ta' reġistrazzjoni. Id-data miġbura minn dak l-apparat u l-ipproċessar tal-informazzjoni jridu jiġu armonizzati.
2.4.5.
Is-subsistemi tal-vetturi ferrovjarji li għalihom il-pubbliku għandu aċċess iridu jkunu aċċessibbli għal persuni b'diżabilità u persuni b'mobbiltà mnaqqsa f'konformità mal-punt 1.6.
2.5. Manutenzjoni
2.5.1.
L-installazzjonijiet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri għandhom jassiguraw li sikurezza taloperazzjoni tas-subsistema ma tkunx tikkostitwixxi periklu għas-saħħa u għas-sikurezza.
2.5.2.
L-installazzjonijet tekniċi u l-proċeduri użati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni ma għandhomx jeċċedu l-livelli permissibbli ta' inkonvenjent fir-rigward tal-ambjent ta' madwarhom.
2.5.3.
L-installazzjonijet tal-manutenzjoni għall-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu tali li jagħmluha possibbli li jsiru operazzjonijiet għas-sikurezza, għas-saħħa u għall-kumdità fuq il-vetturi kollha li għalihom ikunu ġew iddisinjati.
2.6. Operazzjoni u ġestjoni tat-traffiku
2.6.1.
L-allinjament tar-regoli tal-operazzjoni tan-netwerk u tal-kwalifiki tax-xufiera u tal-persunal t'abbord u tal-persunal fiċ-ċentri tal-kontroll għandu jkun tali li jassigura s-sikurezza tal-operat, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi rekwiżiti tas-servizzi transkonfinali u dawk domestiċi.
L-operazzjonijiet u l-intervalli tal-manutenzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal tal-manutenzjoni u taċ-ċentri tal-kontroll u s-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbilita mill-operaturi konċernati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni u l-kontroll għandhom ikunu tali li jassikuraw livell għoli ta' sikurezza.
2.6.2.
L-operazzjonijiet u l-perijodi tal-manutenzjoni, it-taħriġ u l-kwalifiki tal-persunal taċ-ċentri tal-manutenzjoni u tal-kontroll u s-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità stabbilita mill-operaturi konċernati fiċ-ċentri tal-manutenzjoni u tal-kontroll għandhom ikunu tali li jassiguraw livell għoli ta' affidabbiltà u disponibbiltà tas-sistema.
2.6.3.
L-allinjament tar-regoli tal-operazzjoni tan-netwerk u tal-kwalifiki tax-xufiera, tal-persunal t'abbord u tal-amministraturi tat-traffiku għandu jkun tali li jassigura l-effiċjenza tal-operat tas-sistema ferrovjarja, waqt li wieħed iżomm quddiem għajnejh id-diversi rekwiżiti tas-servizzi transkonfinali u domestiċi.
2.6.4.
Għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu żgurati li r-regoli tal-operazzjoni jipprovdu l-funzjonament meħtieġ biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa.
2.7. Applikazzjonijiet telematiċi għall-merkanzija u l-passiġġieri
2.7.1.
Ir-rekwiżiti essenzjali għall-applikazzjonijiet telematiċi jiggarantixxu l-kwalità minima tas-servizz għall-passiġġieri u t-trasportaturi tal-oġġetti, partikolarment f'termini ta' kompatibbiltà teknika.
Passi għandhom jittieħdu biex jiżguraw:
2.7.2.
Il-metodi dwar kif jintużaw, jiġu ġestiti, immodernizzati u miżmuma dawn il-bażijiet ta' data, is-software u l-protokolli tal-komunikazzjoni tad-data għandhom jiggarantixxu l-effiċjenza ta' dawn is-subsistemi u l-kwalità tas-servizz.
2.7.3.
L-interfaċċi bejn is-sistemi u l-utenti għandhom jikkonformaw mar-regoli minimi tal-ergonomija u l-protezzjoni tas-saħħa.
2.7.4.
Livelli approprjati ta' integrità u affidabbiltà għandhom jiġu provduti għall-ħażna jew it-trażmissjoni ta' informazzjoni relatati mas-sikurezza.
2.7.5.
Iridu jittieħdu passi xierqa sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet telematiċi għas-subsistemi tal-passiġġieri jipprevedu l-funzjonament neċessarju meħtieġ għall-iżgurar tal-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabilità u għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa.
ANNESS IV
PROĊEDURA TA' VERIFIKA “KE” GĦAL SUBSISTEMI
1. PRINĊIPJI ĠENERALI
“Verifika ‘KE’” tfisser proċedura mwettqa mill-applikant skont it-tifsira tal-Artikolu 15 biex jintwera li ġew issodisfati r-rekwiżiti tal-liġi rilevanti tal-Unjoni u kwalunkwe regola nazzjonali rilevanti li tirrigwarda subsistema u li s-subsistema tista' tiġi awtorizzata għat-tqegħid fis-servizz.
2. ĊERTIFIKAT TA' VERIFIKA MAĦRUĠ MINN KORP NOTIFIKAT
2.1. Introduzzjoni
Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-verifika b'referenza għat-TSIs hija l-proċedura li permezz tagħha korp notifikat jiċċekkja u jiċċertifika li s-subsistema tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti ta' interoperabbiltà (TSI).
Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-applikant li jikkonforma mal-atti legali l-oħra tal-Unjoni applikabbli u kwalunkwe verifika mill-korpi ta' valutazzjoni meħtieġa mir-regoli l-oħra.
2.2. Dikjarazzjoni Intermedja ta' Verifika (ISV)
2.2.1 Prinċipji
Fuq it-talba tal-applikant, il-verifiki jistgħu jsiru għal partijiet ta' subsistema jew jistgħu jkunu limitati għal ċerti stadji tal-proċedura ta' verifika. F'dawn il-każijiet, ir-riżultati tal-verifika jistgħu jiġu ddokumentati f'“dikjarazzjoni intermedja ta' verifika” (ISV) maħruġa mill-korp notifikat magħżul mill-applikant.
L-ISV trid tipprovdi referenza għat-TSIs li magħhom ġiet ivvalutata l-konformità.
2.2.2 Partijiet tas-subsistema
L-applikant jista' japplika għal ISV għal kwalunkwe parti li fiha jiddeċiedi li jaqsam is-subsistema. Kull parti għandha tiġi ċċekkjata f'kull stadju kif stipulat fil-punt 2.2.3.
2.2.3 Stadji tal-proċedura ta' verifika
Is-subsistema, jew ċerti partijiet tas-subsistema, għandhom jiġu ċċekkjati f'kull wieħed mill-istadji li ġejjin:
disinn globali,
produzzjoni: kostruzzjoni, inklużi, b'mod partikolari, attivitajiet ta' inġinerija ċivili, manifattura, assemblaġġ tal-kostitwenti u aġġustament globali,
ittestjar finali.
L-applikant jista' japplika għal ISV għall-istadju ta' disinn (inklużi t-testijiet tat-tip) u għall-istadju ta' produzzjoni għas-subsistema kollha jew għal kwalunkwe parti li fiha l-applikant iddeċieda li jaqsamha (ara l-punt 2.2.2).
2.3. Ċertifikat ta' verifika
2.3.1. |
Il-korpi notifikati responsabbli għall-verifika jivvalutaw id-disinn, il-produzzjoni u l-ittestjar finali tas-subsistema u jfasslu ċ-ċertifikat ta' verifika maħsub għall-applikant li min-naħa tiegħu jfassal id-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”. Iċ-ċertifikat ta' verifika jrid jipprovdi referenza għat-TSIs li magħhom ġiet ivvalutata l-konformità. Meta subsistema ma ġietx ivvalutata għall-konformità tagħha mat-TSI(s) kollha rilevanti (eż. fil-każ ta' deroga, applikazzjoni parzjali tat-TSIs għal immodernizzar jew tiġdid, perijodu transizzjonali f'TSI jew każ speċifiku), iċ-ċertifikat ta' verifika għandu jagħti r-referenza preċiża għat-TSI(s) jew il-partijiet tagħhom li l-konformità tagħhom ma ġietx eżaminata mill-korp notifikat matul il-proċedura tal-verifika. |
2.3.2. |
Meta jkunu nħarġu ISVs, il-korp notifikat responsabbli għall-verifika tas-subsistema jieħu kont ta' dawn l-ISVs, u, qabel ma joħroġ iċ-ċertifikat ta' verifika tiegħu:
(a)
jivverifika li l-ISVs ikopru b'mod korrett ir-rekwiżiti rilevanti tat-TSI(s),
(b)
jiċċekkja l-aspetti kollha li mhumiex koperti mill-ISVs, u
(c)
jiċċekkja l-ittestjar finali tas-subsistema kollha kemm hi. |
2.3.3. |
Fil-każ ta' modifika għal subsistema diġà koperta minn ċertifikat ta' verifika, il-korp notifikat għandu jwettaq biss dawk l-eżamijiet u t-testijiet li huma rilevanti u neċessarji, jiġifieri l-valutazzjoni għandha tikkonċerna biss il-partijiet tas-subsistema li nbidlu u l-interfaċċi tagħhom għall-partijiet mhux mibdula tas-subsistema. |
2.3.4 |
Kull korp notifikat li huwa involut fil-verifika ta' subsistema għandu jfassal fajl f'konformità mal-Artikolu 15(4) li jkopri l-ambitu tal-attivitajiet tiegħu. |
2.4. Fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE”
Il-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” għandu jiġi kkompilat mill-applikant u jrid jinkludi dan li ġej:
karatteristiċi tekniċi marbuta mad-disinn li jinkludu disinji ġenerali u dettaljati rigward l-eżekuzzjoni, dijagrammi elettriċi u idrawliċi, dijagrammi taċ-ċirkwit tal-kontroll, deskrizzjoni ta' sistemi għall-ipproċessar ta' data u sistemi awtomatiċi b'livell ta' dettall li huwa biżżejjed għad-dokumentazzjoni tal-verifika tal-konformità mwettqa, dokumentazzjoni dwar l-operazzjoni u l-manutenzjoni, eċċ., rilevanti għas-subsistema kkonċernata,
lista ta' kostitwenti tal-interoperabbiltà, imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4(3), inkorporati fis-subsistema,
il-fajls imsemmija fl-Artikolu 15(4), ikkompilati minn kull korp notifikat involut fil-verifika tas-subsistema, li għandhom jinkludu:
iċ-ċertifikati ta' verifika maħruġa f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni,
meta tkun meħtieġa verifika ta' integrazzjoni sikura skont il-punt (c) tal-Artikolu 18(4) u l-punt (c) tal-Artikolu 21(3), il-fajl tekniku rilevanti għandu jinkludi r-rapport(i) tal-assessuri dwar is-CSM għall-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ).
2.5. Sorveljanza minn korpi notifikati
2.5.1. |
Il-korp notifikat li huwa responsabbli biex jiċċekkja l-produzzjoni irid ikollu aċċess permanenti għas-siti tal-bini, il-workshops tal-produzzjoni, iż-żoni tal-ħażna u, fejn xieraq, il-faċilitajiet tal-prefabbrikazzjoni jew l-ittestjar u, b'mod aktar ġenerali, għall-proprjetà kollha li jqis neċessarja għall-kompitu tiegħu. Il-korp notifikat irid jirċievi mill-applikant id-dokumenti kollha meħtieġa għal dak il-għan u, b'mod partikolari, il-pjanijiet ta' implimentazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika rigward is-subsistema. |
2.5.2. |
Il-korp innotifikat responsabbli biex jiċċekkja l-implimentazzjoni irid iwettaq perjodikament awditi sabiex jikkonferma l-konformità mat-TSI(s) rilevanti. Hu jrid jipprovdi rapport tal-awditjar lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni. Il-preżenza tiegħu tista' tkun meħtieġa f'ċerti stadji tal-operazzjonijiet tal-bini. |
2.5.3. |
Barra minn hekk, il-korp notifikat jista' jżur għal għarrieda l-post tax-xogħol jew il-workshops tal-produzzjoni. Matul żjarat bħal dawn, il-korp notifikat jista' jwettaq awditi kompleti jew parzjali. Huwa jrid jipprovdi rapport tal-ispezzjoni u, jekk xieraq, rapport tal-awditjar lil dawk responsabbli għall-implimentazzjoni. |
2.5.4. |
Il-korp notifikat għandu jkun jista' jissorvelja subsistema li fuqha jiġi mmuntat kostitwent tal-interoperabbiltà sabiex jivvaluta, fejn meħtieġ mit-TSI korrispondenti, l-idoneità tagħha għall-użu fl-ambjent ferrovjarju li huwa maħsub għaliha. |
2.6. Preżentazzjoni
Kopja tal-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni tal-verifika “KE” trid tinżamm mill-applikant) tul il-ħajja operattiva kollha tas-subsistema. Din trid tintbagħat lil kwalunkwe Stat Membru jew lill-Aġenzija, fuq it-talba tagħhom.
Id-dokumentazzjoni ppreżentata għal applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità fejn tintalab l-awtorizzazzjoni. L-awtorità nazzjonali tas-sikurezza jew l-Aġenzija jistgħu jitolbu li parti(jiet) mid-dokumenti ppreżentati flimkien mal-awtorizzazzjoni tiġi/jiġu tradotta/i fil-lingwa tagħhom.
2.7. Pubblikazzjoni
Kull korp notifikat irid jippubblika perjodikament l-informazzjoni rilevanti rigward:
talbiet għall-verifika u ISVs li rċieva,
talbiet għal valutazzjoni tal-konformità u l-idoneità għall-użu ta' ICs,
ISVs maħruġa jew miċħuda,
ċertifikati ta' verifika u ċertifikati tal-idoneità “KE” għall-użu, maħruġa jew miċħuda,
ċertifikati ta' verifika maħruġa jew miċħuda.
2.8. Lingwa
Il-fajls u l-korrispondenza dwar il-proċedura ta' verifika “KE” jridu jinkitbu b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant jew b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettata mill-applikant.
3. ĊERTIFIKAT TA' VERIFIKA MAĦRUĠ MINN KORP NOMINAT
3.1. Introduzzjoni
Fil-każ fejn japplikaw regoli nazzjonali, il-verifika għandha tinkludi proċedura li biha l-korp nominat skont l-Artikolu 15(8), (il-korp nominat) jiċċekkja u jiċċertifika li s-subsistema hi konformi mar-regoli nazzjonali nnotifikati f'konformità mal-Artikolu 14 għal kull Stat Membru li fih hu maħsub li jiġi awtorizzat it-tqegħid fis-servizz tas-subsistema.
3.2. Ċertifikat ta' verifika
Il-korp nominat ifassal iċ-ċertifikat ta' verifika maħsub għall-applikant.
Iċ-ċertifikat għandu jinkludi referenza preċiża għar-regola/i nazzjonali li l-konformità tagħhom ġiet eżaminata mill-korp nominat fil-proċess ta' verifika.
Fil-każ ta' regoli nazzjonali relatati mas-subsistemi li jifformaw vettura, il-korp nominat għandu jaqsam iċ-ċertifikat f'żewġ partijiet, parti waħda tkun tinkludi r-referenzi għal dawk ir-regoli nazzjonali relatati b'mod strett mal-kompatibbiltà teknika bejn il-vettura u n-netwerk ikkonċernat, u l-parti l-oħra għar-regoli nazzjonali l-oħra kollha.
3.3. Fajl
Il-fajl ikkompilat mill-korp nominat u li jakkumpanja ċ-ċertifikat ta' verifika fil-każ ta' regoli nazzjonali jrid jiġi inkluż fil-fajl tekniku li jakkumpanja d-dikjarazzjoni ta' verifika “KE” msemmija fil-punt 2.4 u għandu jkun fih id-data teknika rilevanti għall-valutazzjoni tal-konformità tas-subsistema ma' dawk ir-regoli nazzjonali.
3.4. Lingwa
Il-fajls u l-korrispondenza dwar il-proċedura ta' verifika “KE” jridu jinkitbu b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-applikant jew b'lingwa uffiċjali tal-Unjoni aċċettata mill-applikant.
4. VERIFIKA TA' PARTIJIET TAS-SUBSISTEMI F'KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 15(7)
Jekk irid jinħareġ ċertifikat ta' verifika għal ċerti partijiet ta' subsistema, id-dispożizzjonijiet għal dan l-Anness għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dawk il-partijiet.
ANNESS V
PARTI A
Direttivi mħassra b'lista tal-emendi suċċessivi tagħhom
(imsemmija fl-Artikolu 58)
Direttiva 2008/57/KE |
ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1. |
Direttiva 2009/131/KE |
ĠU L 273, 17.10.2009, p. 12. |
Direttiva 2011/18/UE |
ĠU L 57, 2.3.2011, p. 21. |
PARTI B
Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 57)
Direttiva |
Skadenza għat-traspożizzjoni |
2008/57/KE |
19 ta' Lulju 2010 |
2009/131/KE |
19 ta' Lulju 2010 |
2011/18/UE |
31 ta' Diċembru 2011 |
ANNESS VI
Tabella ta' korrelazzjoni
Direttiva 2008/57/KE |
Din id-Direttiva |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2(a) sa (z) |
Artikolu 2(1) sa (5), (7) sa (17) u (19) sa (28) |
- |
Artikolu 2(6), (18) u (29) sa (45) |
Artikolu 3 |
- |
Artikolu 4 |
Artikolu 3 |
Artikolu 5(1) sa (3)(g) |
Artikolu 4(1) sa (3)(g) |
- |
Artikolu 4(3)(h) u (i) |
Artikolu 5(4) sa (8) |
Artikolu 4(4) sa (8) |
Artikolu 6 |
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
- |
Artikolu 9 |
Artikolu 7 |
Artikolu 10 |
Artikolu 8 |
Artikolu 11 |
Artikolu 9 |
Artikolu 12 |
- |
Artikolu 13 |
Artikolu 10 |
Artikolu 14 |
Artikolu 11 |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 18(2) |
Artikolu 15(2) u (3) |
- |
Artikolu 16 |
Artikolu 12 |
Artikolu 17 |
Artikoli 13 u 14 |
Artikolu 18 |
Artikolu 15 |
Artikolu 19 |
Artikolu 16 |
- |
Artikolu 17 |
- |
Artikolu 18 (apparti minn 18(3)) |
- |
Artikoli 19, 20, 21, 22 u 23 |
Artikolu 20 |
- |
Artikolu 21 |
- |
Artikoli 22 sa 25 |
- |
Artikolu 26 |
Artikolu 24 |
Artikolu 27 |
Artikolu 14(10) |
- |
Artikolu 26 |
Artikolu 28 u l-Anness VIII |
Artikoli 27 sa 44 |
- |
Artikolu 45 |
Artikolu 29 |
Artikolu 51 |
Artikoli 30 u 31 |
- |
Artikolu 32 |
Artikolu 46 |
Artikolu 33 |
Artikolu 47(3), (4), (6) u (7) |
- |
Artikolu 47(1), (2) u (5) |
Artikolu 34 |
Artikolu 48 |
Artikolu 35 |
Artikolu 49 |
Artikolu 36 |
- |
- |
Artikolu 50 |
Artikolu 37 |
Artikolu 52 |
Artikolu 38 |
Artikolu 57 |
Artikolu 39 |
Artikolu 53 |
- |
Artikoli 54 u 55 |
- |
Artikolu 56 |
Artikolu 40 |
Artikolu 58 |
Artikolu 41 |
Artikolu 59 |
Artikolu 42 |
Artikolu 60 |
Anness I sa III |
Anness I sa III |
Anness IV |
Artikolu 9(2) |
Anness V |
Artikolu 15(9) |
Anness VI |
Anness IV |
Anness VII |
Artikolu 14(10) |
Anness VIII |
Artikoli 30, 31 u 32 |
Anness IX |
Artikolu 7(5) |
Anness X |
Anness V |
Anness XI |
Anness VI |
( 1 ) Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32).
( 2 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/713/UE tad-9 ta' Novembru 2010 dwar moduli għall-proċeduri għal valutazzjoni ta' konformità, adattezzagħall-użu u verifika tal-KE li għandhom jintużaw fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabbiltà adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-il-Kunsill (ĠU L 319, 4.12.2010, p. 1).
( 3 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/500/KE tal-20 ta' Mejju 1998 dwar l-istabbiliment ta' Kumitati ta' Djalogu Settorjali biex iġibu 'l quddiem id-djalogu bejn l-imsieħba soċjali fuq livell Ewropew (ĠU L 225, 12.8.1998, p. 27).
( 4 ) Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).
( 5 ) Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).
( 6 ) Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta' veloċità għolja (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6).
( 7 ) Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-liċenzi ta' l-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapaċità ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu ta' l-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà Tal-Linji tal-Ferrovija) (ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44).