Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02016D0849-20160806

Consolidated text: Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas- 27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/849/2016-08-06

2016D0849 — MT — 06.08.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/849

tas-27 ta' Mejju 2016

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK

(ĠU L 141 28.5.2016, p. 79)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/1341 tal-4 ta' Awwissu 2016

  L 212

116

5.8.2016




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/849

tas-27 ta' Mejju 2016

dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK



KAPITOLU I

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI U L-IMPORTAZZJONI

Artikolu 1

1.  Għandhom ikunu pprojbiti l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni diretti jew indiretti tal-oġġetti u t-teknoloġija li ġejjin, inkluż is-software, lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorji tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, kemm jekk joriġina u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri:

(a) armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armamenti u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u spare parts għal dan imsemmi qabel, bl-eċċezzjoni ta' vetturi mhux tal-kumbattiment li nbnew jew li ġew mgħammra b'materjal biex jipprovdu protezzjoni ballistika u huma maħsuba biss għall-użu protettiv tal-persunal tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fir-RDPK;

▼M1

(b) l-oġġetti, il-materjali, it-tagħmir, il-prodotti u t-teknoloġija kollha kif determinati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat stabbilit bis-saħħa tal-paragrafu 12 tal-UNSCR 1718 (2006) (“il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”) f'konformità mal-paragrafu 8(a)(ii) tal-UNSCR 1718 (2006), il-paragrafu 5(b) tal-UNSCR 2087 (2013), il-paragrafu 20 tal-UNSCR 2094 (2013) u l-paragrafu 25 tal-UNSCR 2270 (2016), li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva;

▼B

(c) ċerti oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva jew li jistgħu jikkontribwixxu għall-attivitajiet militari tagħha, inklużi l-oġġetti u t-teknoloġija b'użu doppju kollha elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 ( 1 );

(d) kwalunkwe oġġett, materjal u tagħmir ieħor relatat mal-oġġetti u t-teknoloġija b'użu doppju; l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-punt;

(e) ċerti komponenti ewlenin għas-settur tal-missili ballistiċi, bħal ċerti tipi ta' aluminju li jintuża f'sistemi relatati mal-missili ballistiċi; l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-punt;

(f) kwalunkwe oġġett ieħor li jista' jikkontribwixxi għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, għal attivitajiet ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk l-UNSCRs jew minn din id-Deċiżjoni; l-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-punt;

(g) kwalunkwe oġġett ieħor, ħlief ikel jew mediċina, jekk xi Stat Membru jiddetermina li jkun jista' jikkontribwixxi direttament għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati tar-RDPK jew għal esportazzjonijiet li jappoġġaw jew itejbu l-kapaċitajiet operazzjonali tal-forzi armati ta' Stat ieħor barra mir-RDPK.

2.  Għandu jiġi pprojbit ukoll li:

(a) jiġi pprovdut taħriġ tekniku, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' senserija, jew servizzi intermedjarji oħrajn, relatati ma' oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1 u l-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni jew l-użu ta' dawn l-oġġetti, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

(b) tiġi pprovduta assistenza finanzjarja jew ta' finanzjament relatata ma' oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, inklużi, b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq il-krediti għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' dawk l-oġġetti jew dik it-teknoloġija, jew għall-għoti ta' taħriġ tekniku relatat, pariri, servizzi, assistenza, jew servizzi ta' senserija, direttament jew indirettament lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fir-RDPK jew għall-użu tagħha;

(c) li wieħed jipparteċipa, konxjament jew intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom hu li jkunu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b).

3.  L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew ajruplani li jtajru l-bandiera ta' Stati Membri, ta' oġġetti jew teknoloġija msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-forniment liċ-ċittadini tal-Istati Membri ta' taħriġ tekniku, konsulenza, servizzi, assistenza, finanzjament u assistenza finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 mir-RDPK, għandu wkoll ikun pprojbit, kemm jekk joriġina fit-territorju tar-RDPK kif ukoll jekk le.

Artikolu 2

Il-miżuri imposti mill-Artikolu 1(1)(g) ma għandhomx japplikaw għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' oġġett, jew l-akkwist tiegħu, fejn:

(a) l-Istat Membru jiddetermina li tali attività hija esklużivament għal finijiet umanitarji jew esklużivament għall-finijiet ta' għajxien li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu, u mhijiex relatata ma' ebda attività pprojbita mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel b'tali determinazzjoni u jinforma lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni tal-iżvijar tal-oġġett għal tali finijiet oħra; jew

(b) il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina, skont il-każ, li forniment, bejgħ jew trasferiment partikolari ma jmurx kontra l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

Artikolu 3

1.  Il-bejgħ, xiri, trasport jew senserija diretti jew indiretti ta' deheb u metalli prezzjużi, kif ukoll ta' djamanti, lil, minn jew għall-Gvern tar-RDPK, il-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu jew il-Bank Ċentrali tar-RDPK, kif ukoll persuni u entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom ikunu pprojbiti.

2.  L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 4

1.  L-akkwist mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, ta' deheb, minerali tat-titanju, minerali tal-vanadju u minerali terrestri skarsi, għandu jiġi pprojbit, irrispettivament minn jekk joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le.

2.  L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.

Artikolu 5

Il-kunsinna ta' karti tal-flus u muniti ddenominati tar-RDPK li jkunu għadhom kif ġew stampati jew ħarġu miz-zekka jew għadhom ma nħarġux, lill-Bank Ċentrali tar-RDPK jew għall-benefiċċju tiegħu għandha tkun ipprojbita.

Artikolu 6

1.  Il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment diretti jew indiretti ta' merkanzija ta' lussu lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew bi transitu fi jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-ajruplani li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandhom ikunu pprojbiti kemm jekk joriġinaw u kif ukoll jekk ma joriġinawx fit-territorji tal-Istati Membri.

2.  L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment ta' oġġetti ta' lussu mir-RDPK għandhom ikunu pprojbiti.

3.  L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti mill-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 7

1.  L-akkwist ta' faħam, ħadid, u minerali tal-ħadid mir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu tal-bastimenti jew ta' inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit, irrispettivament minn jekk dawn joriġinawx fit-territorju tar-RDPK jew le. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan il-paragrafu.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' faħam li l-Istat Membru akkwistant jikkonferma, abbażi ta' informazzjoni kredibbli, li joriġina minn barra r-RDPK u li kien ġie trasportat mir-RDPK unikament biex jiġi esportat mill-Port ta' Rajin (Rason), dment li l-Istat Membru jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet minn qabel u li tali tranżazzjonijiet mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward ta' tranżazzjonijiet li huma determinati li jkunu esklużivament għall-finijiet ta' għajxien u mhumiex relatati mal-ġenerazzjoni ta' introjtu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) minn jew din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

1.  Il-bejgħ jew il-forniment ta' karburant għall-avjazzjoni, inkluż gażolina għall-avjazzjoni, karburant tal-ġettijiet tat-tip nafta, karburant tal-ġettijiet tat-tip kerosin, u karburant tar-rockets tat-tip kerosin lir-RDPK minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu tal-bastimenti jew tal-inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri, għandu jkun ipprojbit sew jekk joriġina mit-territorji tal-Istati Membri u sew jekk le.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun approva minn qabel, skont il-każ u fuq bażi eċċezzjonali, it-trasferiment lejn ir-RDPK ta' prodotti bħal dawn għal ħtiġijiet umanitarji essenzjali vverifikati u soġġett għal arranġamenti speċifikati għall-monitoraġġ effettiv tal-kunsinna u l-użu.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fir-rigward tal-bejgħ jew il-forniment ta' karburant għall-avjazzjoni lil xi inġenju tal-ajru ċivili tal-passiġġieri barra mir-RDPK esklużivament biex jintuża matul it-titjira tiegħu lejn ir-RDPK u t-titjira ta' ritorn tiegħu.

Artikolu 9

L-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasferiment mir-RDPK ta' prodotti petrolifiċi mhux koperti mill-UNSCR 2270 (2016) għandhom ikunu projbiti. L-Unjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom ikunu koperti minn dan l-Artikolu.



KAPITOLU II

RESTRIZZJONIJIET FUQ SOSTENN FINANZJARJU GĦALL-KUMMERĊ

Artikolu 10

1.  L-Istati Membri m'għandhomx jipprovdu appoġġ finanzjarju pubbliku għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta' krediti għall-esportazzjoni, garanziji jew assigurazzjoni, liċ-ċittadini jew entitajiet tagħhom involuti f'tali kummerċ. Dan m'għandux jaffettwa l-impenji stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni dment li tali appoġġ finanzjarju ma jikkontribwixxix għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.

2.  Għandu jkun ipprojbit l-appoġġ finanzjarju privat għall-kummerċ mar-RDPK, inkluż l-għoti ta' krediti, garanziji jew assigurazzjoni għall-esportazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet, tal-Istati Membri, involuti f'tali kummerċ, fejn tali appoġġ finanzjarju jista' jikkontribwixxi għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari jew mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) jew 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk l-UNSCRs jew minn din id-Deċiżjoni.

3.  Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jikkonċernaw il-kummerċ għal finijiet alimentari, agrikoli, mediċi jew finijiet oħra umanitarji.



KAPITOLU III

RESTRIZZJONIJIET FUQ INVESTIMENT

Artikolu 11

1.  Għandu jkun ipprojbit l-investiment fit-territorji taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri mir-RDPK, iċ-ċittadini tagħha, jew minn entitajiet inkorporati fir-RDPK jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħha, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew ikkontrollati minnhom.

2.  Dawn li ġejjin għandhom ikunu pprojbiti:

(a) l-akkwist jew l-estensjoni ta' parteċipazzjoni f'entitajiet fir-RDPK, jew entitajiet Nord Koreani jew entitajiet li huma proprjetà Nord Koreana barra mir-RDPK, li huma involuti f'attivitajiet li jinvolvu l-attivitajiet jew il-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħra ta' qerda massiva, jew f'attivitajiet fis-setturi tal-industriji tal-minjieri, tar-raffinazzjoni u tal-kimiċi, inkluż l-akkwist b'mod sħiħ ta' tali entitajiet u l-akkwist ta' ishma, u titoli oħrajn ta' natura parteċipattiva;

(b) l-għoti ta' kwalunkwe finanzjament jew assistenza finanzjarja lil entitajiet fir-RDPK jew entitajiet Nord Koreani jew entitajiet li huma proprjetà Nord Koreana barra mir-RDPK, li huma involuti f'attivitajiet imsemmija fil-punt (a) jew għall-iskop dokumentat tal-finanzjament ta' tali entitajiet fir-RDPK;

(c) il-ħolqien ta' kwalunkwe impriża konġunta ma' entitajiet fir-RDPK li huma involuti fl-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) jew ma' kwalunkwe impriża sussidjarja jew affiljata taħt il-kontroll tagħhom;

(d) il-forniment ta' servizzi ta' investiment direttament relatati mal-attivitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (c).



KAPITOLU IV

SETTUR FINANZJARJU

Artikolu 12

L-Istati Membri ma għandhomx jidħlu f'impenji ġodda għal għotjiet, assistenza finanzjarja jew self aġevolanti lir-RDPK, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f'istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, ħlief għal finijiet umanitarji u ta' żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtieġa tal-popolazzjoni ċivili jew il-promozzjoni ta' denuklearizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw ukoll viġilanza bil-ħsieb li jitnaqqsu l-impenji attwali u, jekk possibbli, li jtemmuhom.

Artikolu 13

Sabiex jiġi impedut il-forniment tas-servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta', jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew minn jew għal ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn, inklużi ammonti kbar ta' flus kontanti, li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi jew attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013) 2094 (2013), 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk ir-Riżoluzzjonijiet jew minn din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(1) M'għandu jsir ebda trasferiment ta' fondi lil, jew minn, ir-RDPK, ħlief għal trasferimenti li jaqgħu fl-ambitu tal-punt (3) u li ġew awtorizzati f'konformità mal-punt (4).

(2) L-istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni ta' Stati Membri m'għandhomx jidħlu, jew ikomplu jieħdu sehem, fi kwalunkwe tranżazzjoni ma':

(a) banek domiċiljati fir-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK;

(b) fergħat jew sussidjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK;

(c) fergħat jew sussidjarji barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK; jew

(d) entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri iżda li huma kkontrollati minn persuni jew entitajiet domiċiljati fir-RDPK,

sakemm tali tranżazzjonijiet ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt (3) u ma ġewx awtorizzati f'konformità mal-punt (4).

(3) Jistgħu jsiru t-tranżazzjonijiet li ġejjin, soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fil-punt (4):

(a) tranżazzjonijiet rigward oġġetti tal-ikel, tagħmir għall-kura tas-saħħa jew mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji;

(b) tranżazzjonijiet rigward rimessi personali;

(c) tranżazzjonijiet rigward l-eżekuzzjoni tal-eżenzjonijiet previsti f'din id-Deċiżjoni;

(d) tranżazzjonijiet marbuta ma' kuntratt kummerċjali speċifiku mhux ipprojbit taħt din id-Deċiżjoni;

(e) tranżazzjonijiet rigward missjoni diplomatika jew konsulari jew organizzazzjoni internazzjonali li tgawdi immunitajiet skont id-dritt internazzjonali, dejjem sakemm tali tranżazzjonijiet ikunu maħsubin biex jintużaw għal skopijiet uffiċjali tal-missjoni diplomatika jew konsulari jew tal-organizzazzjoni internazzjonali;

(f) tranżazzjonijiet meħtieġa esklużivament għall-implimentazzjoni ta' proġetti finanzjati mill-Unjoni jew mill-Istati Membri tagħha għal finijiet ta' żvilupp li jindirizzaw direttament il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni ċivili jew għall-promozzjoni tad-denuklearizzazzjoni;

(g) tranżazzjonijiet rigward pagament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet kontra r-RDPK jew persuni jew entitajiet tar-RDPK, skont il-każ u soġġetti għal notifika 10 ijiem qabel l-awtorizzazzjoni, u tranżazzjonijiet ta' natura simili li ma jikkontribwixxux għall-attivitajiet ipprojbiti taħt din id-Deċiżjoni.

(4) Kwalunkwe trasferiment ta' fondi lejn jew mir-RDPK għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt (3) għandu jeħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk jeċċedi EUR 15 000 . L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija.

(5) L-awtorizzazzjoni minn qabel imsemmija fil-punt (4) m'għandhiex tkun meħtieġa għal kwalunkwe trasferiment ta' fondi jew tranżazzjoni meħtieġa għall-iskopijiet offiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru fir-RDPK.

(6) L-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu meħtieġa, fl-attivitajiet tagħhom mal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji kif dispost fil-punt (2), li:

(a) jeżerċitaw viġilanza kontinwa fuq l-attivitajiet tal-kontijiet, inkluż permezz tal-programmi tagħhom ta' miżuri ta' viġilanza tal-klijenti u skont l-obbligi tagħhom marbuta mal-ħasil tal-flus u mal-finanzjament tat-terroriżmu;

(b) jeħtieġu li l-oqsma ta' informazzjoni kollha tal-istruzzjonijiet ta' ħlas assoċjati mal-oriġinatur u mal-benefiċjarju tat-tranżazzjoni inkwistjoni jimtlew u, jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax, jirrifjutaw it-tranżazzjoni;

(c) jżommu r-rekords kollha tat-tranżazzjonijiet għal perijodu ta' ħames snin u li jżommuhom disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali meta mitluba;

(d) jirrappurtaw minnufih is-suspetti tagħhom lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat jekk huma jissuspettaw jew ikollhom bażi raġonevoli li jissuspettaw li l-fondi jikkontribwixxu għall-programmi jew l-attivitajiet tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew armi oħra ta' qerda massiva; l-UIF jew awtorità oħra kompetenti oħra għandha jkollha aċċess, dirett jew indirett, fuq bażi ta' żmien f'waqtu għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta' infurzar tal-liġi li tkun teħtieġ biex twettaq din il-funzjoni korrettament, inkluż l-analiżi ta' rapporti dwar tranżazzjonijiet ta' suspett.

Artikolu 14

1.  Il-ftuħ ta' fergħat, sussidjarji, jew uffiċċji ta' rappreżentanza ta' banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u ta' entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 13, fit-territorji tal-Istati Membri għandu jkun projbit.

2.  Il-fergħat, sussidjarji u uffiċċji ta' rappreżentanza eżistenti għandhom jingħalqu fi żmien disgħin jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016).

3.  Sakemm ma jkunux ġew approvati minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, għandu jkun ipprojbit għall-banek tar-RDPK, inkluż il-Bank Ċentrali tar-RDPK, il-fergħat u s-sussidjarji tiegħu, u għal entitajiet finanzjarji oħrajn imsemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 13, li:

(a) jistabbilixxu intrapriżi konġunti ġodda ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

(b) jieħdu interess titolari f'banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri;

(c) jistabbilixxu jew li jżommu relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri.

4.  Impriżi konġunti eżistenti, interessi titolari u relazzjonijiet bankarji korrispondenti ma' banek tar-RDPK għandhom jintemmu fi żmien 90 jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016).

5.  Istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom għandhom jiġu pprojbiti milli jiftħu uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji, fergħat jew kontijiet bankarji fir-RDPK.

6.  Uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji jew kontijiet bankarji eżistenti fir-RDPK għandhom jingħalqu fi żmien 90 jum mill-adozzjoni tal-UNSCR 2270 (2016) jekk l-Istat Membru rilevanti jkollu informazzjoni kredibbli li tipprovdi raġunijiet ġustifikati għaliex wieħed jemmen li tali servizzi finanzjarji jistgħu jikkontribwixxu għal programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew għal attivitajiet oħra pprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

7.  Il-paragrafu 6 ma għandux japplika jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, skont il-każ, li tali uffiċċji, sussidjarji jew kontijiet huma meħtieġa biex tingħata assistenza umanitarja jew għall-attivitajiet ta' missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK skont il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-attivitajiet tan-NU jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew organizzazzjonijiet relatati, jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

8.  Uffiċċji ta' rappreżentanza, sussidjarji jew kontijiet bankarji eżistenti fir-RDPK għandhom jingħalqu jekk l-Istat Membru rilevanti jkollu informazzjoni kredibbli li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li tali servizzi finanzjarji jistgħu jikkontribwixxu għal programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew għal attivitajiet oħra pprojbiti minn din id-Deċiżjoni.

9.  Stat Membru jista' jagħti eżenzjonijiet mill-paragrafu 8 jekk huwa jiddetermina skont il-każ li tali uffiċċji, sussidjarji jew kontijiet huma meħtieġa biex titwassal għajnuna umanitarja, għal attivitajiet ta' missjonijiet diplomatiċi fir-RDPK skont il-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar ir-Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-attivitajiet tan-NU jew l-aġenziji speċjalizzati tagħha jew organizzazzjonijiet relatati, jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti ma din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra minn qabel bl-intenzjoni tiegħu li jagħti eżenzjoni.

Artikolu 15

Il-bejgħ jew ix-xiri diretti jew indiretti, jew is-senserija jew l-assistenza fil-ħruġ ta' bonds pubbliċi jew iggarantiti mill-awtoritajiet pubbliċi tar-RDPK maħruġa wara t-18 ta' Frar 2013 lil jew mill-Gvern tar-RDPK, il-korpi, il-korporazzjonijiet u l-aġenziji pubbliċi tiegħu, il-Bank Ċentrali tar-RDPK, jew banek domiċiljati fir-RDPK, jew fergħat u sussidjarji fi u barra l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek domiċiljati fir-RDPK, jew entitajiet finanzjarji li la huma domiċiljati fir-RDPK u lanqas ma huma fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, iżda huma kkontrollati minn persuni jew entitajiet domiċiljati fir-RDPK, kif ukoll kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, għandhom jiġu pprojbiti.



KAPITOLU V

SETTUR TAT-TRASPORT

Artikolu 16

1.  L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, inklużi l-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew fi transitu mit-territorju tagħhom, inkluż fl-ajruporti, fil-portijiet tal-baħar u fiż-żoni ta' kummerċ ħieles tagħhom, jew il-merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew minn ċittadini tar-RDPK, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà jew ikkontrollati minnhom, jew minn persuni jew entitajiet elenkati fl-Anness I, jew merkanzija li qed tiġi ttrasportata fuq inġenji tal-ajru jew bastimenti tal-baħar li jtajru l-bandiera tar-RDPK, għall-finijiet tal-iżgurar li l-ebda oġġett ma jiġi ttrasferit bi ksur tal- UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

2.  F'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, inklużi l-Konvenzjonijiet ta' Vjenna dwar Relazzjonijiet Diplomatiċi u Konsulari, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-merkanzija kollha lejn u mir-RDPK fit-territorju tagħhom, jew li tkun għaddejja mit-territorju tagħhom, jew merkanzija intermedjata jew iffaċilitata mir-RDPK jew minn ċittadini tar-RDPK, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom, inkluż fl-ajruporti u l-portijiet tagħhom, jekk huma ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

3.  L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw il-bastimenti fl-ibħra internazzjonali, bil-kunsens tal-Istat tal-bandiera, jekk huma għandhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, ma' ispezzjonijiet skont il-paragrafi 1 u 3.

5.  Ajruplani u bastimenti li jġorru merkanzija lejn u mir-RDPK għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq għall-merkanzija kollha li tinġieb ġewwa jew li toħroġ minn Stat Membru.

6.  F'każijiet fejn issir l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3, l-Istati Membri għandhom jikkonfiskaw u jiddisponu mill-oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni f'konformità mal-paragrafu 14 tal-UNSCR 1874 (2009) u l-paragrafu 8 tal-UNSCR 2087 (2013).

7.  L-Istati Membri għandhom jiċħdu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment li jkun irrifjuta li jippermetti ispezzjoni wara li tali ispezzjoni tkun ġiet awtorizzata mill-Istat li tiegħu l-bastiment itajjar il-bandiera, jew jekk kwalunkwe bastiment li jtajjar il-bandiera tar-RDPK jkun irrifjuta li jiġi ispezzjonat skont il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1874 (2009).

8.  Il-paragrafu 7 ma għandux japplika fejn ikun meħtieġ dħul għal skopijiet ta' ispezzjoni, jew fil-każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn lejn il-port ta' oriġini tal-bastiment.

Artikolu 17

1.  L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess ta' nżul, titjir minn jew titjir fuq it-territorju tagħhom għal kwalunkwe inġenju tal-ajru operat minn trasportaturi tar-RDPK jew li joriġina mir-RDPK skont l-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mad-dritt internazzjonali, partikolarment ma' ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' nżul ta' emerġenza jew taħt il-kondizzjoni ta' inżul għal ispezzjoni.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ li l-Istat Membru rilevanti jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe għan ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 18

▼M1

1.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment li huwa l-proprjetà tar-RDPK, operat minnha, b'ekwipaġġ tagħha jew li jtajjar il-bandiera tagħha.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' kwalunkwe bastiment jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-bastiment huwa ta' proprjetà jew ikkontrollat, direttament jew indirettament, minn persuna jew entità elenkata fl-Annessi I, II jew III, jew li fih merkanzija li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħha huma pprojbiti skont il-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każ ta' emerġenza, fil-każ ta' ritorn fil-port ta' oriġini tal-bastiment, fejn id-dħul ikun meħtieġ għall-fini ta' ispezzjoni jew jekk l-Istat Membru rilevanti jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-objettivi ta' din id-Deċiżjoni.

4.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika fil-każ ta' emerġenza, fil-każ ta' ritorn fil-port ta' oriġini tal-bastiment, fejn id-dħul ikun meħtieġ għall-fini ta' ispezzjoni jew jekk il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016) jew jekk l-Istat Membru rilevanti jiddetermina minn qabel li tali dħul ikun meħtieġ għal finijiet umanitarji jew għal kwalunkwe fini ieħor konsistenti mal-objettivi ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe dħul li huwa jkun awtorizza.

Artikolu 19

L-għoti miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri ta' servizzi ta' bunkeringjew forniment lill-bastimenti, jew tip ta' manutenzjoni oħra ta' bastimenti, lill-bastimenti tar-RDPK għandhom jiġu pprojbiti jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li l-bastimenti qegħdin iġorru oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni sakemm l-għoti ta' tali servizzi ma jkunx meħtieġ għall-finijiet umanitarji jew sakemm il-merkanzija ma tkunx ġiet ispezzjonata, u kkonfiskata u mormija jekk meħtieġ, f'konformità mal-Artikolu 16 (1), (2), (3) u (6).

Artikolu 20

1.  Għandu jiġi pprojbit il-kiri jew in-noleġġ ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru bandieri tal-Istati Membri jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ lir-RDPK, lil kwalunkwe persuna jew entità elenkata fl-Annessi I, II jew III, lil kwalunkwe entità oħra tar-RDPK, lil kwalunkwe persuna jew entità oħra li l-Istat Membru jiddetermina li tkun assistiet fl-evażjoni ta' sanzjonijiet jew fil-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, lil kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' kwalunkwe wieħed minn dawk imsemmija hawn fuq, jew lil kwalunkwe entità proprjetà ta' jew ikkontrollata minn kwalunkwe minn dawk imsemmija hawn fuq.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-kiri, in-noleġġ jew il-forniment ta' servizzi ta' ekwipaġġ dment li l-Istat Membru rilevanti jkun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bil-quddiem, skont il-każ, u jkun ipprovda lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet l-informazzjoni li turi li tali attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien u li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu, kif ukoll informazzjoni dwar miżuri meħudin biex jimpedixxu tali attivitajiet milli jikkontribwixxu għal ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

3.  Stat Membru jista' jagħti eżenzjoni mill-paragrafu 1 jekk huwa jiddetermina skont il-każ li tali attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien li mhumiex ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu, u sakemm huwa jkollu informazzjoni dwar miżuri meħudin biex jimpedixxu tali attivitajiet milli jikkontribwixxu għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra minn qabel bl-intenzjoni tiegħu li jagħti l-eżenzjoni.

Artikolu 21

L-Istati Membri għandhom ineħħu mir-reġistru kwalunkwe bastiment proprjetà tar-RDPK, operat minnha jew bl-ekwipaġġ tagħha u ma għandhom jirreġistraw ebda bastiment bħal dan li jkun tneħħa mir-reġistru minn Stat ieħor skont il-paragrafu 19 tal-UNSCR 2270 (2016).

Artikolu 22

1.  Għandu jkun ipprojbit li jiġu rreġistrati bastimenti fir-RDPK, li tinkiseb awtorizzazzjoni għal bastiment biex juża l-bandiera tar-RDPK, jew li wieħed ikollu, jikri, iħaddem, jew jipprovdi kwalunkwe klassifikazzjoni, ċertifikazzjoni jew servizz assoċjat lil bastiment, jew li jiġi assigurat kwalunkwe bastiment li jtajjar bandiera tar-RDPK.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal attivitajiet innotifikati bil-quddiem lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skont il-każ, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun ipprovda lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet, inklużi l-ismijiet tal-persuni u l-entitajiet involuti fihom, informazzjoni li turi li dawk l-attivitajiet huma esklużivament għal finijiet ta' għajxien li mhux ser jintużaw minn persuni jew entitajiet tar-RDPK biex jiġġeneraw introjtu u informazzjoni dwar miżuri meħudin biex jimpedixxu tali attivitajiet milli jikkontribwixxu għal ksur tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016).



KAPITOLU VI

RESTRIZZJONIJIET FUQ AMMISSJONI U RESIDENZA

Artikolu 23

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta':

(a) il-persuni ddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà bħala responsabbli għal-linji ta' politika tar-RDPK, inkluż permezz ta' appoġġ jew promozzjoni, fir-rigward ta' programmi tagħha relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, flimkien mal-membri tal-familji tagħhom, jew persuni li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif elenkat fl-Anness I;

(b) il-persuni mhux koperti bl-Anness I, kif elenkati fl-Anness II, li:

(i) huma responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, inkluż permezz ta' appoġġ jew promozzjoni jew persuni li jaġixxu f'isimhom, jew taħt id-direzzjoni tagħhom,

(ii) jagħtu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħra ta' qerda tal-massiva,

(iii) huma involuti fi, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, il-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew il-forniment lir-RDPK ta' oġġetti, materjal, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva;

(c) il-persuni mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew li jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.

2.  Il-punt (a) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina skont il-każ li tali vjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inklużi obbligi reliġjużi, jew fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jikkonkludi li eżenzjoni tippromwovi b'xi mod l-objettivi tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

3.  Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

4.  Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'obbligu tal-liġi internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b) bħala pajjiż ospitanti ta' konferenza internazzjonali imsejħa min-NU jew taħt l-awspiċji tan-NU;

(c) taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;

(d) taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt Lateran) konkluż mis-Santa Sede (Stat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

5.  Il-paragrafu 4 għandu jkun meqjus li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

6.  Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 4 jew 5.

7.  L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza f'laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament l-objettivi tal-politika ta' miżuri restrittivi, inklużi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-RDPK.

8.  Stat Membru li jkun jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 7 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill dwarhom. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija dment li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li xi membru wieħed jew aktar tal-Kunsill iqajmu oġġezzjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

9.  Il-punt (c) tal-paragrafu 1 m'għandux japplika fil-każ ta' transitu tar-rappreżentanzi tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-NU biex jespletaw xogħol tan-NU.

10.  F'każijiet fejn, skont il-paragrafi 4, 5, 7 u 9 Stat Membru jawtorizza d-dħul jew transitu fit-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness I, II jew III, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-għan li għalih tkun ingħatat u lill-persuni konċernati b'dan.

11.  L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw viġilanza u trażżin fir-rigward tad-dħul fit-territorji tagħhom jew it-transitu minnhom ta' persuni li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità ddeżinjata elenkata fl-Anness I.

Artikolu 24

1.  L-Istati Membri għandhom ikeċċu ċittadini tar-RDPK li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II, jew dawk li huma jiddeterminaw li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn ir-RDPK, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għall-finijiet tat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal skopijiet mediċi, ta' sigurtà jew umanitarji oħrajn.

Artikolu 25

1.  L-Istati Membri għandhom ikeċċu persunal diplomatiku, rappreżentanti tal-gvern jew ċittadini oħra tar-RDPK li jaġixxu f'kapaċità governattiva li huma jiddeterminaw li qed jaħdmu f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta', persuna jew entità elenkata fl-Annessi I, II jew III jew ta' persuna jew entitajiet li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn ir-RDPK, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każ ta' transitu ta' rappreżentanti tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-NU jew faċilitajiet oħra tan-NU biex jespletaw xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016), jew l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li ma titkeċċiex persuna msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 26

1.  L-Istati Membri għandhom ikeċċu kwalunkwe ċittadin ta' pajjiż terz li huma jiddeterminaw li jkun qed jaħdem f'isem, jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Annessi I jew II, li qed jassisti fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jikser id-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, mit-territorji tagħhom għall-fini ta' ripatrijazzjoni lejn l-istat ta' ċittadinanza ta' dik il-persuna, b'mod konsistenti mal-liġi nazzjonali u internazzjonali applikabbli.

2.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-preżenza ta' persuna hija meħtieġa għat-twettiq ta' proċess ġudizzjarju jew esklużivament għal finijiet mediċi, ta' sikurezza jew finijiet umanitarji oħra, jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi tal-UNSCRs 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) u 2270 (2016), jew jekk l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina skont il-każ li t-tkeċċija ta' persuna tmur kontra l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe deċiżjoni li ma titkeċċiex persuna msemmija fil-paragrafu 1.

3.  Il-paragrafu 1 ma għandux japplika f'każ ta' transitu ta' rappreżentanti tal-Gvern tar-RDPK lejn il-Kwartieri Ġenerali tan-NU jew lejn faċilitajiet oħra tan-NU biex jespletaw xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti.



KAPITOLU VII

IFFRIŻAR TA' FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI

Artikolu 27

1.  Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta', miżmumin jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn, il-persuni u l-entitajiet li ġejjin għandhom jiġu ffriżati:

(a) il-persuni u l-entitajiet iddeżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet jew mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bħala li huma impenjati jew jipprovdu appoġġ għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti, kif elenkat fl-Anness I;

(b) il-persuni u entitajiet mhux koperti bl-Anness I, kif elenkat fl-Anness II, li:

(i) huma responsabbli għal, inkluż permezz ta appoġġ jew promozzjoni ta', programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħra ta' qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew skont l-ordni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjetà' jew kkontrollati minnhom, inkluż permezz ta' mezzi illeċiti,

(ii) jagħtu servizzi finanzjarji jew it-trasferiment lejn, permezz ta' jew mit-territorju tal-Istati Membri, jew li jinvolvu ċittadini tal-Istati Membri jew entitajiet organizzati skont il-liġijiet tagħhom, jew persuni jew istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom, ta' kwalunkwe assi finanzjarji jew assi jew riżorsi oħrajn li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħra ta' qerda tal-massiva, persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom,

(iii) huma involuti, inkluż permezz tal-għoti ta' servizzi finanzjarji, fil-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew il-forniment lir-RDPK ta' oġġetti, materjal, tagħmir, beni u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva;

(c) il-persuni u l-entitajiet mhux koperti bl-Anness I jew l-Anness II li jaħdmu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuna jew entità elenkata fl-Anness I jew l-Anness II jew persuni li qed jassistu fl-evażjoni minn sanzjonijiet jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew ta' din id-Deċiżjoni, kif elenkat fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni.

(d) l-entitajiet tal-Gvern tar-RDPK jew tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom, li l-Istat Membru jiddetermina li huma assoċjati mal-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016).

2.  L-ebda fond jew riżors ekonomiku ma għandu jsir disponibbli, direttament jew indirettament, lill-persuni jew lill-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1 jew għall-benefiċċju tagħhom.

3.  Jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a) meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti ħtiġijiet bażiċi, inklużi ħlasijiet għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, premiums ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika;

(b) maħsuba esklużivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li huma assoċjati mal-provvista ta' servizzi legali; jew

(c) maħsubin esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta' rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta' fondi ffriżati, jew riżorsi ekonomiċi,

wara n-notifika fejn adatt mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi u riżorsi ekonomiċi u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.  Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a) meħtieġa għal spejjeż straordinarji. Fejn adatt, l-Istat Membru kkonċernat għandu l-ewwel jinnotifika u jikseb l-approvazzjoni mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet; jew

(b) is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, f'liema każ il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew is-sentenza, bil-kondizzjoni li l-garanzija jew is-sentenza kienet ingħatat qabel id-data li fiha l-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafu 1 ġiet iddeżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kunsill, u mhijiex għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1. Fejn adatt l-Istat Membru kkonċernat għandu l-ewwel jinnotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

5.  Il-paragrafu 2 m'għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a) mgħax jew introjtu ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b) ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew saru effettivi qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi,

bil-kondizzjoni li tali imgħax, introjtu ieħor u ħlasijiet ikomplu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

6.  Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna jew entità ddeżinjata elenkata fl-Anness II milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li sar qabel ma tali persuna jew entità ġiet elenkata, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li:

(a) il-kuntratt ma jkunx relatat ma' xi wieħed mill-oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija, teknoloġiji, assistenza, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, servizzi ta' senserija jew servizzi msemmijin fl-Artikolu 1;

(b) il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1,

u wara notifika mill-Istat Membru rilevanti dwar il-ħsieb li jagħmel jew jirċievi tali ħlasijiet jew sabiex jawtorizza, fejn adatt, li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ma jibqgħux iffriżati għal dan il-għan, għaxart ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

7.  Fir-rigward tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC):

(a) L-Istati Membri rilevanti jistgħu jawtorizzaw li persuni u entitajiet tal-Unjoni jirċievu ħlasijiet mill-KNIC dment li:

(i) il-ħlas ikun dovut:

(a) f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kuntratt għal servizzi ta' assigurazzjoni pprovduti mill-KNIC meħtieġa għall-attivitajiet tal-persuna jew entità tal-Unjoni fir-RDPK, jew

(b) f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' kuntratt għal servizzi ta' assigurazzjoni pprovduti mill-KNIC fir-rigward ta' danni kkawżati fit-territorju tal-Unjoni minn kwalunkwe parti għal tali kuntratt;

(ii) il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1; u

(iii) il-ħlas ma jkunx relatat direttament jew indirettament mal-attivitajiet ipprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

(b) L-Istati Membru rilevanti jista' jawtorizzaw lil persuni u entitajiet tal-Unjoni jagħmlu ħlasijiet lill-KNIC esklużivament sabiex jiksbu servizzi ta' assigurazzjoni meħtieġa għall-attivitajiet ta' tali persuni jew entitajiet fir-RDPK dment li dawn l-attivitajiet mhumiex projbiti skont din id-Deċiżjoni.

(c) Ebda awtorizzazzjoni bħal din ma għandha tkun meħtieġa għal ħlasijiet minn jew lill-KNIC li jkunu meħtieġa għall-finijiet uffiċjali ta' missjoni diplomatika jew konsulari ta' Stat Membru fir-RDPK.

(d) Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lill-KNIC milli tagħmel ħlas dovut skont kuntratt konkluż qabel ma din ġiet elenkata, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li:

(i) il-kuntratt ma jkunx relatat ma' xi wieħed mill-oġġetti, materjal, tagħmir, merkanzija, teknoloġiji, assistenza, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, servizzi ta' senserija jew servizzi pprojbiti msemmija f'din id-Deċiżjoni;

(ii) il-ħlas ma jiġix riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil- paragrafu 1.

Stat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija skont dan il-paragrafu.

Artikolu 28

Il-punt (d) tal-Artikolu 27(1) ma għandux japplika fir-rigward ta' fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi oħra li huma meħtieġa biex jitwettqu attivitajiet tal-missjonijiet tar-RDPK għan-NU u l-aġenziji speċjalizzati tagħha u organizzazzjonijiet relatati jew missjonijiet diplomatiċi u konsulari oħra tar-RDPK, jew għal kwalunkwe fond, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi oħra li l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina bil-quddiem, skont il-każ, li jkunu meħtieġa għall-għoti ta' għajnuna umanitarja, id-denuklearizzazzjoni jew kwalunkwe fini ieħor b'mod konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2270 (2016).

Artikolu 29

1.  L-uffiċċji rappreżentattivi tal-entitajiet elenkati fl-Anness I għandhom jingħalqu.

2.  Il-parteċipazzjoni diretta jew indiretta f'impriżi konġunti jew kwalunkwe arranġament kummerċjali ieħor minn entitajiet elenkati fl-Anness I, kif ukoll minn persuni jew entitajiet li jaġixxu għalihom jew f'isimhom, hija pprojbita.



KAPITOLU VIII

MIŻURI RESTRITTIVI OĦRAJN

Artikolu 30

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jeżerċitaw viġilanza u jipprevjenu tagħlim jew taħriġ speċjalizzat ta' ċittadini tar-RDPK, fit-territorji tagħhom jew minn ċittadini tagħhom, f'dixxiplini li jikkontribwixxu għall-attivitajiet nukleari sensittivi ta' proliferazzjoni tar-RDPK u għall-iżvilupp ta' sistemi ta' twassil ta' armi nukleari, inkluż tagħlim jew taħriġ fil-fiżika avvanzata, simulazzjoni avvanzata bil-kompjuter u xjenzi tal-kompjuter relatati, in-navigazzjoni ġeospazjali, l-inġinerija nukleari, l-inġinerija ajruspazjali, l-inġinerija ajrunawtika u dixxiplini relatati.

Artikolu 31

L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi internazzjonali, jeżerċitaw viġilanza akbar fuq il-persunal diplomatiku tar-RDPK sabiex tali persuni jinżammu milli jikkontribwixxu għall-programmi nukleari jew ta' missili ballistiċi tar-RDPK, jew attivitajiet oħrajn ipprojbiti mill-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016) jew minn din id-Deċiżjoni, jew għall-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawk l-UNSCRs jew minn din id-Deċiżjoni.



KAPITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 32

Ebda pretensjoni f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew tranżazzjoni li t-twettiq tagħhom kien ġie affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, mill-miżuri imposti skont l-UNSCR 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), 2094 (2013) jew 2270 (2016), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta' kwalunkwe Stat Membru skont, kif meħtieġ minn jew b'konnessjoni ma', l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kwalunkwe pretensjoni ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni koperta minn garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kwalunkwe forma, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk issir minn:

(a) il-persuni jew l-entitajiet iddeżinjati elenkati fl-Annessi I, II jew III;

(b) lil kwalunkwe persuna jew entità oħra fir-RDPK, inkluż il-Gvern tar-RDPK, il-korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi tiegħu; jew

(c) kwalunkwe persuna jew entità li taġixxi permezz ta', jew f'isem, kwalunkwe waħda mill-persuni jew entitajiet imsemmija fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 33

1.  Il-Kunsill għandu jadotta modifiki għall-Anness I abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.  Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'unanimità fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Anness II jew III u jadotta modifiki għalihom.

Artikolu 34

1.  Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I.

2.  Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fil-punti (b) jew (c) tal-Artikolu 23(1) jew il-punt (b) tal-Artikolu 27(1), huwa għandu jemenda l-Anness II jew III kif opportun.

3.  Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, u jipprovdi lil dik il-persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

4.  Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità kif adatt.

Artikolu 35

1.  L-Annessi I, II u III għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati, kif provduti mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I.

2.  L-Annessi I, II u III għandhom jinkludu wkoll, fejn tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jiġu identifikati, kif provduta mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fir-rigward tal-Anness I. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness I għandu jinkludi wkoll id-data ta' deżinjazzjoni fil-lista mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 36

1.  Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, jew, jekk meħtieġ, emendata, b'mod partikolari fir-rigward tal-kategoriji ta' persuni, entitajiet jew oġġetti jew persuni, entitajiet jew oġġetti addizzjonali li għandhom ikunu koperti mill-miżuri restrittivi, jew skont l-UNSCRs rilevanti.

2.  Il-miżuri msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punti (b) u (c) tal-Artikolu 27(1) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u ta' mill-inqas kull 12-il xahar. Huma għandhom jieqfu japplikaw fir-rigward ta' persuni u entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 33(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom m'għadhomx jiġu sodisfatti.

Artikolu 37

Id-Deċiżjoni 2013/183/PESK hija mħassra.

Artikolu 38

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.




ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 23(1) u ta' persuni u entitajiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 27(1)

A.   Persuni



 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

1.

Yun Ho-jin

magħruf ukoll bħala Yun Ho-chin

13.10.1944

16.7.2009

Direttur tan-Namchongang Trading Corporation; jieħu ħsieb l-importazzjoni ta' oġġetti meħtieġa għall-programm ta' arrikkament tal-uranju.

2.

Re Je-Son

Isem bil-Korean:

image;

Isem biċ-Ċiniż:

image

magħruf ukoll bħala Ri Che Son

1938

16.7.2009

Ministru tal-Industrija tal-Enerġija Atomika minn April 2014. Ex-Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE), l-aġenzija ewlenija li tmexxi l-programm nukleari tar-RDPK; iffaċilita diversi inizjattivi nukleari inkluż il-ġestjoni mill-GBAE ta' Yongbyon Nuclear Research Center uNamchongang Trading Corporation.

3.

Hwang Sok-hwa

 

 

16.7.2009

Direttur tal-General Bureau of Atomic Energy (GBAE); involut fil-programm nukleari tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea; bħala Kap tal-Uffiċċju ta' Gwida Xjentifika fil-GBAE, serva fil-Kumitat Xjentifiku ġewwa l-Joint Institute for Nuclear Research.

4.

Ri Hong-sop

 

1940

16.7.2009

Ex-direttur ta' Yongbyon Nuclear Research Centre, ħa ħsieb tliet faċilitajiet prinċipali li jassistu fil-produzzjoni ta' plutonju adattat għall-armi: il-Faċilità għall-Fabbrikazzjoni tal-Karburant, ir-Reattur Nukleari u l-Impjant tar-Riproċessar.

5.

Han Yu-ro

 

 

16.7.2009

Direttur tal-Korea Ryongaksan General Trading Corporation; involut fil-programm tal-missili ballistiċi tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea.

6.

Paek Chang-Ho

Pak Chang-Ho;

Paek Ch'ang-Ho

Passaport: 381420754

Data tal-Ħruġ tal-Passaport: 7.12.2011

Data ta' skadenza: 7.12.2016

Data tat-twelid: 18.6.1964; Post tat-Twelid Kaesong, RDPK

22.1.2013

Uffiċjal għoli u kap taċ-ċentru ta' kontroll tas-satelliti tal-Korean Committee for Space Technology.

7.

Chang Myong- Chin

Jang Myong-Jin

19.2.1968;

Data tat-twelid alternattiva 1965 jew 1966

22.1.2013

Amministratur Ġenerali ta' Sohae Satellite Launching Station u kap taċ-ċentru ta' llanċjar minn fejn sar l-illanċjar fit-13 ta' April u fit-12 ta' Diċembru 2012.

8.

Ra Ky'ong-Su

Ra Kyung-Su

Chang, Myong Ho

4.6.1954;

Passaport: 645120196

22.1.2013

Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità hu ffaċilita t-transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

9.

Kim Kwang-il

 

1.9.1969;

Passaport: PS381420397

22.1.2013

Kim Kwang-il huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità, hu ffaċilita transazzjonijiet għal TCB u l-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

10.

Yo'n Cho'ng Nam

 

 

7.3.2013

Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

11.

Ko Ch'o'l-Chae

 

 

7.3.2013

Viċi Kap Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi ul-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

12.

Mun Cho'ng- Ch'o'l

 

 

7.3.2013

Mun Cho'ng-Ch'o'l huwa uffiċjal ta' TCB. F'din il-kapaċità hu ffaċilita transazzjonijiet għal TCB. Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u huwa l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

13.

Choe Chun-Sik

Choe Chun Sik;

Ch'oe Ch'un Sik

Data tat-twelid: 12.10.1954;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Choe Chun-sik kien id-direttur tas-Second Academy of Natural Sciences (SANS) u kien il-kap tal-programm ta' missili ta' distanza twila tar-RDPK.

14.

Choe Song Il

 

Passaport: 472320665

Data ta' skadenza: 26.9.2017;

Passaport: 563120356

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fil-Vjetnam.

15.

Hyon Kwang II

Hyon Gwang Il

Data tat-twelid: 27.5.1961;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Hyon Kwang II huwa d-Direttur tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Xjentifiku fin-National Aerospace Development Administration.

16.

Jang Bom Su

Jang Pom Su

Data tat-twelid: 15.4.1957;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fis-Sirja.

17.

Jang Yong Son

 

Data tat-twelid: 20.2.1957;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fl-Iran.

18.

Jon Myong Guk

Cho 'n Myo 'ng-kuk

Passaport: 4721202031;

Data ta' skadenza: 21.2.2017;

Ċittadinanza: RDPK;

Data tat-twelid: 18.10.1976

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fis-Sirja.

19.

Kang Mun Kil

Jiang Wen-ji

Passaport: PS472330208;

Data ta' skadenza: 4.7.2017;

Ċittadinanza: RDPK;

2.3.2016

Kang Mun Kil wettaq attivitajiet ta' akkwist nukleari bħala rappreżentant ta' Namchongang, magħruf ukoll bħala Namhung.

20.

Kang Ryong

 

Data tat-twelid: 21.8.1969;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fis-Sirja.

21.

Kim Jung Jong

Kim Chung Chong

Passaport: 199421147 Data ta' skadenza: 29.12.2014;

Passaport: 381110042, Data ta' skadenza: 25.1.2016;

Passaport: 563210184, Data ta' skadenza: 18.6.2018;

Data tat-twelid: 7.11.1966,

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank fil-Vjetnam.

22.

Kim Kyu

 

Data tat-twelid: 30.7.1968,

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Uffiċjal għall-Affarijiet Barranin tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID).

23.

Kim Tong My'ong

Kim Chin-So'k; Kim Tong-Myong; Kim Jin-Sok; Kim, Hyok-Chol

Data tat-twelid: 1964;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Kim Tong My'ong huwa l-President ta' Tanchon Commercial Bank u kellu diversi pożizzjonijiet ma' Tanchon Commercial Bank minn tal-anqas mill-2002 lil hawn. Huwa kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang.

24.

Kim Yong Chol

 

Data tat-twelid: 18.2.1962;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran.

25.

Ko Tae Hun

Kim Myong Gi

Passaport: 563120630;

Data ta' skadenza: 20.3. 2018,

Data tat-twelid: 25.5.1972;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank.

26.

Ri Man Gon

 

Data tat-twelid: 29.10.1945;

Numru tal-passaport: P0381230469;

Data ta' skadenza: 6.4.2016;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Ri Man Gon huwa l-Ministru tal-Munitions Industry Department.

27.

Ryu Jin

 

Data tat-twelid: 7.8.1965;

Numru tal-Passaport: 563410081;

Ċittadinanza: RDPK

2.3.2016

Rappreżentant tal-KOMID fis-Sirja.

28.

Yu Chol U

 

Ċittadinanza: RDPK

 

Yu Chol U huwa d-Direttur tan-National Aerospace Development Administration.

B.   Entitajiet



 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

1.

Korea Mining Development Trading Corporation

magħrufa ukoll bħala CHANGGWANG SINYONG CORPORATION; magħrufa wkoll bħala EXTERNAL TECHNOLOGY GENERAL CORPORATION; magħrufa wkoll bħala DPRKN MINING DEVELOPMENT TRADING COOPERATION; magħrufa wkoll bħala “KOMID”

Distrett Ċentrali, Pyongyang, RDPK

24.4.2009

Negozjant tal-armi primarju u esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatat ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali.

2.

Korea Ryonbong General Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA YONBONG GENERAL CORPORATION;

qabel magħrufa bħala LYON-GAKSAN GENERAL TRADING CORPORATION

Pot'onggang District, Pyongyang, DPRK; Rakwon- dong,

Pothonggang District, Pyongyang, DPRK

24.4.2009

Konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar ta' dak il-pajjiż.

3.

Tanchon Commercial Bank

qabel magħrufa bħala CHANGGWANG CREDIT BANK; qabel magħrufa bħala KOREA CHANGGWANG CREDIT BANK

Saemul 1- Dong

Pyongchon District, Pyongyang, DPRK

24.4.2009

L-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

4.

Namchongang Trading Corporation

NCG; NAMCHONGANG TRADING;NAM CHON GANG CORPORATION; NOMCHONGANG TRADING CO.; NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION; Namhung Trading Corporation

Pyongyang, RDPK

16.7.2009

Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-General Bureau of Atomic Energy (GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta' pompi tal-vakwu ta' oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f'faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta' akkwist relatat ma' oġġetti nukleari assoċjat ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta' tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattat għal programm ta' arrikkiment tal-uranju. Ir-rappreżentant tagħha huwa ex-diplomatiku li serva bħala rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni mill-International Atomic Energy Agency (IAEA) tal-faċilitajiet Nukleari ta' Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta' proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib kbir b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta' proliferazzjoni passati tar-RDPK.

5.

Hong Kong Electronics

magħrufa wkoll bħala HONG KONG ELECTRONICS KISH CO

Sanaee St., Kish Island, Iran

16.7.2009

Proprjetà ta' jew ikkontrollata minn, jew taġixxi jew bil-ħsieb li taġixxi għal jew f'isem Tanchon Commercial Bank u KOMID. Hong Kong Electronics ittrasferiet miljuni ta' dollari ta' fondi relatati mal-proliferazzjoni f'isem Tanchon Commercial Bank u KOMID (it-tnejn deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009) mill-2007. Hong Kong Electronics iffaċilitat il-moviment tal-flus mill-Iran għar-RDPK f'isem KOMID.

6.

Korea Hyoksin Trading Corporation

magħrufa wkoll bħala KOREA HYOKSIN EXPORT AND IMPORT CORPORATION

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Kumpannija tar-RDPK ibbażata fi Pyongyang li hija subordinata għall-Korea Ryonbong General Corporation (deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009) u hija involuta fl-iżvilupp ta' armi ta' qerda massiva.

7.

General Bureau of Atomic Energy (GBAE)

magħruf ukoll bħala General Department of Atomic Energy (GDAE)

Haeudong, Pyongchen District, Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Il-GBAE huma responsabbli għall-programm nukleari tar-RDPK, li jinkludi l-Yongbyon Nuclear Research Centre u r-reattur ta' riċerka ta' produzzjoni nukleari tiegħu ta' 5 MWe (25 MWt), kif ukoll tal-faċilitajiet tiegħu ta' fabbrikazzjoni u ripproċessar tal-karburant.

Il-GBAE kellu laqgħat u diskussjonijiet relatati ma' kwistjonijiet nukleari mal-International Atomic Energy Agency. Il-GBAE huwa l-aġenzija primarja tal-Gvern tar-RDPK li tieħu ħsieb il-programmi nukleari, inkluż l-operat taċ-Ċentru ta' Riċerka Nukleari ta' Yongbyon.

8.

Korean Tangun Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK.

16.7.2009

Korea Tangun Trading Corporation hija subordinata tas-Second Academy of Natural Sciences tar-RDPK u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta' difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, għall-armi ta' qerda massiva u għal programmi ta' sistemi ta' forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta' kontroll multilaterali.

9.

Korean Committee for Space Technology

DPRK Committee for Space Technology;

Department of Space Technology of the DPRK; Committee for Space Technology; KCST

Pyongyang, RDPK

22.1.2013

Il-Korean Committee for Space Technology (KCST) orkestra l-illanċjar tar-RDPK fit-13 ta' April 2012 u fit-12 ta' Diċembru 2012 permezz taċ-ċentru għall-kontroll satellitari u ż-żona ta' llanċjar ta' Sohae.

10.

Bank of East Land

Dongbang Bank;

Tongbang U'Nhaeng;

Tongbang Bank P.O.

P.O.32, BEL Building, Jonseung-Dung, Moranbong District, Pyongyang, DPRK.

22.1.2013

L-istituzzjoni finanzjarja ta' RDPK Bank of East Land tiffaċilita transazzjonijiet relatati mal-armi għal, u appoġġ ieħor lill-manifattur u l-esportatur Green Pine Associated Corporation (Green Pine). Bank of East Land ħadem b'mod attiv ma' Green Pine biex jittrasferixxi fondi b'mod sabiex jiġu evitati s-sanzjonijiet. Fl-2007 u fl-2008 Bank of East Land iffaċilita transazzjonijiet li jinvolvu Green Pine u istituzzjonijiet finanzjarji Iranjani, li jinkludu Bank Melli u Bank Sepah. Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeżinja lil Bank Sepah fir-Riżoluzzjoni 1747 (2007) minħabba li pprovda appoġġ lill-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Green Pine kienet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2012.

11.

Korea Kumryong Trading Corporation

 

 

22.1.2013

Użata prinċipalment bħala psewdonimu minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) biex twettaq attivitajiet ta' akkwist. Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

12.

Tosong Technology Trading Corporation

 

Pyongyang, RDPK

22.1.2013

Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija omm ta' Tosong Technology Trading Corporation. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

13.

Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation

Chosun Yunha Machinery Joint Operation Company; Korea Ryenha Machinery J/V Corporation; Ryonha Machinery Joint Venture Corporation; Ryonha Machinery Corporation; Ryonha Machinery;

Ryonha Machine Tool; Ryonha Machine Tool Corporation; Ryonha Machinery Corp; Ryonhwa Machinery Joint Venture Corporation; Ryonhwa Machinery JV; Huichon Ryonha Machinery General Plant; Unsan; Unsan Solid Tools; u Millim Technology Company

Tongan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK; Mangungdae- gu, Pyongyang, DPRK; Mangyongdae District, Pyongyang, DPRK.Indirizzi elettroniċi: ryonha@sili-bank.com; sjc-117@hot-mail.com; and millim@sili-bank.comNumri tat-telefon: 8502-18111; 8502-18111-8642; u 850 2 181113818642Numru tal-fax: 8502-381-4410

22.1.2013

Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija omm ta' Korea Ryonha Machinery Joint Venture Corporation. Korea Ryonbong General Corporation ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat tar-RDPK.

14.

Leader (Hong Kong) International

Leader International Trading Limited; Leader (Hong Kong) International Trading Limited

LM-873, RM B, 14/F, Wah Hen Commercial Centre, 383 Hennessy Road, Wanchai, Hong Kong, China.

22.1.2013

Leader International (Numru tar-reġistrazzjoni tal-kumpannija ta' Hong Kong 1177053), tiffaċilita vjeġġi f'isem il-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

15.

Green Pine Associated Corporation

Cho'ngsong United Trading Company; Chongsong Yonhap; Ch'o'ngsong Yo'nhap; Chosun Chawo'n Kaebal T'uja Hoesa; Jindallae; Ku'm- haeryong Company LTD; Natural Resources Development and Investment Corporation; Saeingp'il Company

c/o Reconnaissance General Bureau Headquarters, HyongjesanGuyok, Pyongyang, DPRK;

Nungrado, Pyongyang, DPRK

2.5.2015

Green Pine Associated Corporation ('Green Pine') assumiet ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading

Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK.

Green Pine hija responsabbli wkoll għal madwar nofs l-armi u materjal relatat esportat mir-RDPK.

Green Pine ġiet identifikata għal sanzjonijiet għall-esportazzjoni tal-armi jew materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedoes u assistenza teknika lil ditti Iranjani relatati mad-difiża.

16.

Amroggang Development Banking Corporation

Amroggang Development Bank;

Amnokkang Development Bank

Tongan-dong, Pyongyang, RDPK

2.5.2012

Amroggang, li kienet stabbilita fl-2006, hija kumpannija relatata mal-Tanchon Commercial Bank amministrata minn uffiċjali ta' Tanchon. Tanchon għandu rwol fil-finanzjament tal-bejgħ minn KOMID ta' missili ballistiċi u kien ukoll involut fi transazzjonijiet ta' missili ballistiċi minn KOMID għal Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Tanchon Commercial Bank ġie deżinjat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hu l-entità finanzjarja prinċipali tar-RDPK għall-bejgħ tal-armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeżinja lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran.

17.

Korea Heungjin Trading Company

Hunjin Trading Co.; Korea Henjin Trading Co.; Korea Hengjin Trading Company

Pyongyang, DPRK.

2.5.2012

Il-Korea Heungjin Trading Company tintuża mill- KOMID għal finijiet kummerċjali. Hu ssuspettat li hija kienet involuta fil-forniment ta' oġġetti relatati mal-missili lill-Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) tal-Iran. Heungjin ġiet assoċjata mal-KOMID, u, b'mod aktar speċifiku, l-uffiċju tal-akkwisti tal-KOMID. Heungjin intużat għall-akkwist ta' kontrollatur diġitali avvanzat b'applikazzjonijiet fit-tfassil tal-missili. KOMID ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija l-kummerċjant primarju fl-armi u esportatriċi prinċipali ta' oġġetti u tagħmir relatati ma' missili ballistiċi u armi konvenzjonali tar-RDPK. Il-Kunsill tas-Sigurtà ddeżinja lill-SHIG fir-Riżoluzzjoni 1737 (2006) bħala entità involuta fil-programm ta' missili ballistiċi tal-Iran.

18.

Second Academy of Natural Sciences

2nd Academy of Natural Sciences; Che 2 Chayon Kwahakwon; Academy of Natural Sciences; Chayon Kwahak-Won; National Defense Academy;

Kukpang Kwahak-Won; Second Academy of Natural Sciences Research Institute; Sansri

Pyongyang, DPRK

7.3.2013

Is-Second Academy of Natural Sciences hija organizzazzjoni ta' livell nazzjonali għar-riċerka u l-iżvilupp tas-sistemi ta' armamenti avvanzati tar-RDPK, inklużi missili u probabbilment armamenti nukleari. Is-Second Academy of Natural Sciences tuża numru ta' organizzazzjonijiet subordinati biex tikseb teknoloġija, tagħmir, u informazzjoni minn barra l-pajjiż, inkluża Tangun Trading Corporation, għall-użu fil-programmi ta' missili u probabbilment ta' armamenti nukleari tar-RDPK. Korea Tangun Trading Corporation ġiet iddeżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'Lulju 2009 u hija primarjament responsabbli għall-akkwist tal-oġġetti bażiċi u t-teknoloġiji li jappoġġaw il-programmi ta' difiża tar-RDPK għar-riċerka u l-iżvilupp, inklużi, iżda mhux limitati, tal-armi ta' qerda massiva u ta' programmi ta' sistemi ta' forniment u akkwist, inklużi materjali li huma kkontrollati jew ipprojbiti taħt ir-reġimi rilevanti ta' kontroll multilaterali.

19.

Korea Complex Equipment Import Corporation

 

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK.

7.3.2013

Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija omm ta' Korea Complex Equipment Import Corporation. Korea Ryonbong General Corporation ġiet deżinjata mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009 u hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża u l-appoġġ għall-bejgħ militari relatat tar-RDPK.

20.

Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM)

 

Donghung Dong, Central District. PO BOX 120. Pyongyang, DPRK;

28.7.2014

Ocean Maritime Management Company, Limited (Numru tal-OMI: 1790183) huwa l-operatur/ġestjonarju tal-bastiment Chong Chon Gang. Kellu rwol ewlieni fl-arranġamenti għall-ġarr ta' merkanzija moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba lejn ir-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwixxiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet fl-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-riżoluzzjonijiet.

Bastimenti b' Numru tal-OMI:

 

 

 

 

(a)  Chol Ryong (Ryong Gun Bong)

8606173

 

 

2.3.2016

 

(b)  Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle)

8909575

 

 

2.3.2016

 

(c)  Chong Rim 2

8916293

 

 

2.3.2016

 

(d)  Dawnlight

9110236

 

 

2.3.2016

 

(e)  Ever Bright 88 (J Star)

8914934

 

 

2.3.2016

 

(f)  Gold Star 3 (benevolence)

8405402

 

 

2.3.2016

 

(g)  Hoe Ryong

9041552

 

 

2.3.2016

 

(h)  Hu Chang (O Un Chong Nyon)

8330815

 

 

2.3.2016

 

(i)  Hui Chon (Hwang Gum San 2)

8405270

 

 

2.3.2016

 

(j)  Ji Hye San (Hyok Sin 2)

8018900

 

 

2.3.2016

 

(k)  Kang Gye (Pi Ryu Gang)

8829593

 

 

2.3.2016

 

(l)  Mi Rim

8713471

 

 

2.3.2016

 

(m)  Mi Rim 2

9361407

 

 

2.3.2016

 

(n)  O Rang (Po Thong Gang)

8829555

 

 

2.3.2016

 

(o)  Orion Star (Richocean)

9333589

 

 

2.3.2016

 

(p)  Ra Nam 2

8625545

 

 

2.3.2016

 

(q)  RaNam 3

9314650

 

 

2.3.2016

 

(r)  Ryo Myong

8987333

 

 

2.3.2016

 

(s)  Ryong Rim (Jon Jin 2)

8018912

 

 

2.3.2016

 

(t)  Se Pho (Rak Won 2)

8819017

 

 

2.3.2016

 

(u)  Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho)

8133530

 

 

2.3.2016

 

(v)  South Hill 2

8412467

 

 

2.3.2016

 

(w)  South Hill 5

9138680

 

 

2.3.2016

 

(x)  Tan Chon (Ryon Gang 2)

7640378

 

 

2.3.2016

 

(y)  Thae Pyong San (Petrel 1)

9009085

 

 

2.3.2016

 

(z)  Tong Hung San (Chong Chon Gang)

7937317

 

 

2.3.2016

 

(aa)  Tong Hung 1

8661575

 

 

2.3.2016

 

21.

Academy of National Defense Science

 

Pyongyang, DPRK

2.3.2016

L-Academy of National Defense Science hija involuta fl-isforzi tar-RDPK biex jiġi avvanzat l-iżvilupp tal-programmi tal-missili ballistiċi u l-armi nukleari tagħha.

22.

Chongchongang Shipping Company

Chong Chon Gang Shipping Co. Ltd.

Indirizz: 817 Haeun, Donghung-dong, Central District, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: 817, Haeum, Tonghun-dong, Chung-gu, Pyongyang, DPRK; Numru tal-OMI: 5342883

2.3.2016

Iċ-Chongchongang Shipping Company, permezz tal-bastiment tagħha, iċ-Chong Chon Gang, ippruvat timporta direttament il-vjeġġ illeċitu ta' armi konvenzjonali fir-RDPK f'Lulju 2013.

23.

Daedong Credit Bank (DCB)

DCB; Taedong Credit Bank

Indirizz: Suite 401, Potonggang Hotel, Ansan-Dong, Pyongchon District, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: Ansan-dong, Botonggang Hotel, Pongchon, Pyongyang, DPRK; SWIFT: DCBK KKPY

2.3.2016

Daedong Credit Bank ipprovda servizzi finanzjarji lill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) u t-Tanchon Commercial Bank. Tal-inqas mill-2007, id-DCB iffaċilita mijiet ta' transazzjonijiet finanzjarji li jiswew miljuni ta' dollari f'isem il-KOMID u t-Tanchon Commercial Bank. F'xi każijiet, id-DCB iffaċilita konxjament transazzjonijiet billi uża prattiki finanzjarji qarrieqa.

24.

Hesong Trading Company

 

Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija omm ta' Hesong Trading Corporation.

25.

Korea Kwangson Banking Corporation (KKBC)

KKBC

Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Il-KKBC tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u Korea Hyoksin Trading Corporation, subordinata tal-Korea Ryonbong General Corporation. Tanchon Commercial Bank uża lill-KKBC biex jiffaċilita trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal miljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati mal-Korea Mining Development Corporation.

26.

Korea Kwangsong Trading Corporation

 

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Il-Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija omm ta' Korea Kwangsong Trading Corporation.

27.

Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika

MAEI

Haeun-2-dong, Pyongchon District, Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Il-Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika nħoloq fl-2013 bil-għan li tiġi mmodernizzata l-industrija tal-enerġija atomika tar-RDPK biex tiżdied il-produzzjoni ta' materjal nukleari, tittejjeb il-kwalità tiegħu, u tiġi żviluppata aktar industrija nukleari indipendenti tar-RDPK. Bħala tali, il-MAEI huwa magħruf bħala attur kritiku fl-iżvilupp ta' armi nukleari tar-RDPK u huwa nkarigat mill-operazzjoni ta' kuljum tal-programm tal-armi nukleari tal-pajjiż, u taħtu hemm organizzazzjonijiet oħra relatati mal-kwistjonijiet nukleari. Taħt dan il-ministeru hemm għadd ta' organizzazzjonijiet u ċentri ta' riċerka relatati mal-qasam nukleari, kif ukoll żewġ kumitati: Kumitat għall-Applikazzjoni tal-Isotopi u Kumitat għall-Enerġija Nukleari. Il-MAEI jidderieġi wkoll ċentru ta' riċerka nukleari f'Yongbyun, is-sit tal-faċilitajiet magħrufa tal-plutonju tar-RDPK. Barra minn hekk, fir-rapport tal-Grupp ta' Esperti (POE) tal-2015, il-POE ddikjara li Ri Je-son, ex-direttur tal-GBAE li ġie deżinjat mill-Kumitat stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1718 (2006) fl-2009 għal involviment fi programmi relatati mal-qasam nukleari jew għal appoġġ għalihom, inħatar kap tal-MAEI fid-9 ta' April 2014.

28.

Munitions Industry Department

Military Supplies Industry Department

Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Il-Munitions Industry Department huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż it-Taepo Dong-2. L-MID jissorvelja l-programmi tal-produzzjoni tal-armi u ta' R&Ż tar-RDPK, inkluż il-programm tal-missili ballistiċi tar-RDPK. Is-Second Economic Committee u s-Second Academy of Natural Sciences — ukoll deżinjati f'Awwissu 2010 — huma subordinati għal MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM.

29.

National Aerospace Development Administration

NADA

DPRK

2.3.2016

In-NADA hija involuta fl-iżvilupp tax-xjenza u t-teknoloġija spazjali tar-RDPK, inklużi l-illanċjar ta' satelliti u carrier rockets.

30.

Office 39

Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee Bureau 39; Third Floor; Division 39

DPRK

2.3.2016

Entità tal-gvern tar-RDPK.

31.

Reconnaissance General Bureau

Chongch'al Ch'ongguk; KPA Unit 586; RGB

Hyongjesan- Guyok, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: Nungrado, Pyongyang, DPRK

2.3.2016

Ir-Reconnaissance General Bureau huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tar-RDPK, maħluqa fil-bidu tal-2009 bil-fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Ir-Reconnaissance General Bureau jinnegozja armi konvenzjonali u jikkontrolla l-kumpannija tal-armi konvenzjonali tar-RDPK Green Pine Associated Corporation.

32.

Second Economic Committee

 

Kangdong, DPRK

2.3.2016

Is-Second Economic Committee huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. Is-Second Economic Committee huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK, u jidderieġi l-attivitajiet tal-KOMID.




ANNESS II

Lista ta' persuni msemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 23(1) u ta' persuni u entitajiet imsemmijin fil-punt (b) tal-Artikolu 27(1)

I. Persuni u entitajiet responsabbli għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn tal-qerda massiva jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

A.   Persuni



 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

1.

CHON Chi Bu

 

 

22.12.2009

Membru tal-General Bureau of Atomic Energy, ex-direttur tekniku ta' Yongbyon.

2.

CHU Kyu-Chang

JU Kyu-Chang

Data tat-twelid: 25.11.1928

Post tat-twelid: South Hamgyo'ng Province

22.12.2009

Membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal materji ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Ex-Direttur tad-dipartiment tal-munizzjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema Koreani. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ lil, jew il-promozzjoni ta', il-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

3.

HYON Chol-hae

 

1934 (Manchuria, Ċina)

22.12.2009

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il).

4.

KIM Yong-chun

Young-chun

4.3.1935

Numru tal-passaport: 554410660

22.12.2009

Viċi President tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, Ministru tal-Forzi Armati Popolari, konsulent speċjali tal-mejjet Kim Jong-Il dwar l-istrateġija nukleari.

5.

O Kuk-Ryo

 

1931

(provinċja ta' Jilin, Ċina)

22.12.2009

Viċi President tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, sorveljant tal-akkwisti barra l-pajjiż ta' teknoloġija avvanzata għall-programm nukleari u dak ballistiku.

6.

PAEK Se-bong

 

Sena tat-twelid: 1946

22.12.2009

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (responsabbli għall-programm ballistiku) tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali.

7.

PAK Jae-gyong

Chae-Kyong

1933

Numru tal-passaport: 554410661

22.12.2009

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Politika Ġenerali tal-Forzi Armati Popolari u Viċi Direttur tal-Uffiċċju tal-Loġistika tal-Forzi Armati Popolari (Konsulent militari tal-mejjet Kim Jong-Il).

8.

PYON Yong Rip

Yong-Nip

20.9.1929

Numru tal-passaport: 645310121

(maħruġ fit-13.9.2005)

22.12.2009

President tal-Akkademja tax-Xjenza, li kienet involuta f'riċerka bijoloġika relatata mal-AQM.

9.

RYOM Yong

 

 

22.12.2009

Direttur tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti), inkarigata mir-relazzjonijiet internazzjonali.

10.

SO Sang-kuk

 

bejn l-1932 u l-1938

22.12.2009

Kap tad-Dipartiment tal-Fiżika Nukleari, Università Kim Il Sung.

11.

Lieutenant General KIM Yong Chol

KIM Yong-Chol; KIM Young-Chol; KIM Young-Cheol; KIM Young-Chul

1946 (Pyongan-Pukto, DPRK)

19.12.2011

Kim Yong Chol huwa l-kmandant tar-Reconnaissance General Bureau (RGB).

12.

PAK To-Chun

 

9.3.1944 (Jagang, Rangrim)

19.12.2011

Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Nazzjonali. Hu inkarigat mill-industrija tal-armi. Hu rrapportat li jikkmanda l-uffiċċju għall-enerġija nukleari. Din l-istituzzjoni hi deċiżiva għall-programm nukleari u l-programm tar-rocket launchers tar-RDPK.

13.

CHOE Kyong-song

 

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral fl-armata tar-RDPK. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

14.

CHOE Yong-ho

 

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral fl-armata tar-RDPK. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kmandant tal-forzi tal-ajru. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

15.

HONG Sung-Mu

HUNG Sung Mu

Data tat-twelid: 1.1.1942

20.5.2016

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Inkarigat mill-iżvilupp ta' programmi li jikkonċernaw armi u missili konvenzjonali, inkluż missili ballistiċi. Wieħed mill-persuni ewlenin responsabbli għall-programmi ta' żvilupp industrijali għal armi nukleari. Bħala tali, responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

16.

JO Chun Ryong

CHO Chun Ryo'ng; JO Chun-Ryong; JO Cho Ryong

Data tat-twelid: 4.4.1960

20.5.2016

President tat-Tieni Kumitat Ekonomiku (TKE) mill-2014 u responsabbli għall-ġestjoni tal-fabbriki u s-siti għall-produzzjoni ta' munizzjonijiet. It-TKE ġie indikat taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment tiegħu f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili, ir-responsabbiltà tiegħu għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK u għall-ġestjoni tal-attivitajiet tal-KOMID — l-entità ewlenija tar-RDPK dwar il-kummerċ tal-armi. Membru tal-Kumissjoni tad-Difiża Nazzjonali. Ipparteċipa f'diversi programmi relatati mal-missili ballistiċi. Wieħed mill-prinċipali ewlenin fl-industrija tal-armi tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

17.

JO Kyongchol

 

 

20.5.2016

Ġeneral fl-armata tar-RDPK. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tal-Kmand tas-Sigurtà Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

18.

KIM Chun-sam

 

 

20.5.2016

Logutenent Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari tal-Armata tar-RDPK u l-ewwel Viċi Kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ u l-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

19.

KIM Chun-sop

 

 

20.5.2016

Membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

20.

KIM Jong-gak

 

Data tat-twelid: 20.7.1941

Post tat-twelid: Pyongyang

20.5.2016

Viċi Marixxall fl-armata tar-RDPK, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

21.

KIM Rak Kyom

KIM Rak-gyom

 

20.5.2016

Ġeneral b'Erba' Stilel, Kmandant tal-Istrategic Forces (magħrufa wkoll bħala Strategic Rocket Forces) li jidher li issa jikkmanda erba' unitajiet strateġiċi u tekniċi tal-missili, inkluża l-brigata KN08 (ICBM). L-Istati Uniti indikat l-Istrategic Forces minħabba li wettqu attivitajiet li kkontribwixxew b'mod materjali għall-proliferazzjoni ta' armi ta' qerda massival jew il-mezz ta' forniment tagħhom. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Rapporti fil-mezzi tax-xandir identifikaw lil KIM bħala li attenda t-test tal-magni tal-ICBM li sar f'April 2016 ma' KIM Jung Un. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

22.

KIM Won-hong

 

Data tat-twelid: 7.1.1945

Post tat-twelid: Pyongyang

Numru tal-passaport: 745310010

20.5.2016

Ġeneral, Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat. Ministru għas-Sigurtà tal-Istat. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u l-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

23.

PAK Jong-chon

 

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral fl-armata tar-RDPK, Kap tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean, Viċi Kap tal-Persunal u Direttur tal-Firepower Command Department. Kap tal-Kwartieri Ġenerali Militari u Direttur tad-Dipartiment tal-Artillery Command Department. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali. Responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

24.

RI Jong-su

 

 

20.5.2016

Viċi Ammirall. Ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea li hija korp ewlieni għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Kap Kmandant tal-Forza Navali Koreana, li hija involuta fl-iżvilupp tal-programmi tal-missili ballistiċi u fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet nukleari tal-forzi navali tar-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

25.

SON Chol-ju

 

 

20.5.2016

Kurunell Ġeneral tal-Forzi Armati tal-Poplu Korean u Direttur politiku tal-Forzi tal-Ajru u tal-Forzi kontra l-attakki mill-ajru (Anti Air Force), li tissorvelja l-iżvilupp ta' rokits modernizzati kontra l-inġenji tal-ajru. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

26.

YUN Jong-rin

 

 

20.5.2016

Ġeneral, ex-membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u membru tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

27.

PAK Yong-sik

 

 

20.5.2016

Ġeneral b'Erba' Stilel, membru tad-Dipartiment tas-Sigurtà tal-Istat, Ministru għad-Difiża. Membru tal-Kummissjoni Militari Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea u tal-Kummissjoni tad-Difiża Nazzjonali, li huma l-korpi ewlenin għal kwistjonijiet ta' difiża nazzjonali fir-RDPK. Huwa assista għall-ittestjar ta' missili ballistiċi f'Marzu 2016. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

28.

HONG Yong Chil

 

 

20.5.2016

Viċi Direttur tad-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet (DIM). Id-Dipartiment tal-Industrija tal-Munizzjonijiet — elenkat mill-KSNU fit-2 ta' Marzu 2016 — huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm tal-missili tar-RDPK. Id-DIM huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluża t-Taepo Dong-2, il-produzzjoni ta' armi u ta' programmi ta' Riċerka u Żvilupp. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u t-Tieni Akkademja ta' Xjenzi Naturali — elenkati wkoll f'Awwissu 2010 — huma subordinati għad-DIM. Id-DIM fi snin reċenti ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM. HONG akkumpanja lil KIM Jong Un f'għadd ta' attivitajiet relatati mal-iżvilupp tal-programmi tal-armi nukleari u tal-missili ballistiċi tar-RDPK u hu mifhum li kellu rwol sinifikanti fit-test nukleari tar-RDPK tas-6 ta' Jannar 2016. Viċi Direttur tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea. Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

29.

RI Hak Chol

RI Hak Chul; RI Hak Cheol

Data tat-twelid: 19.1.1963 jew 8.5.1966

Numru tal-Passaporti: 381320634, PS- 563410163

20.5.2016

President tal-Green Pine Associated Corporation (“Green Pine”). Skont il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU, il-Green Pine ħadet f'idejha ħafna mill-attivitajiet tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID). Il-KOMID ġiet elenkata mill-Kumitat f'April 2009 u hija l-kummerċjant ewlieni ta' armi tar-RPDK u wkoll l-esportatur prinċipali ta' oġġetti u tagħmir marbuta mal-missili ballistiċi u l-armi konvenzjonali. Il-Green Pine hija responsabbli wkoll għal kważi nofs l-armi u l-materjal esportati mir-RDPK. Il-Green Pine ġiet identifikata minħabba l-esportazzjoni ta' armi u materjal relatat mill-Korea ta' Fuq. Il-Green Pine tispeċjalizza fil-produzzjoni ta' inġenji u armamenti militari marittimi, bħal sottomarini, dgħajjes militari u sistemi ta' missili, u esportat torpedos u assistenza teknika lill-impriżi Iranjani relatati mad-difiża. Il-Green Pine ġiet indikata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

30.

YUN Chang Hyok

 

Data tat-twelid: 9.8.1965

20.5.2016

Viċi Direttur taċ-Ċentru tal-Kontroll tas-Satelliti, in-National Aerospace Development Administration (NADA). In-NADA hija soġġetta għal sanzjonijiet taħt il-UNSCR 2270 (2016) għall-involviment fl-iżvilupp tar-RDPK ta' xjenza u teknoloġija tal-ispazju, inkluż it-tlugħ ta' satelliti u rokits. Il-UNSCR 2270 (2016) ikkundannat it-tlugħ tas-satellita tar-RDPK tas-7 ta' Frar 2016 minħabba l-użu ta' teknoloġija tal-missili ballistiċi u minħabba li kien fi ksur serju tar-riżoluzzjonijiet 1718 (2006), 1874 (2009), 2087 (2013), u 2094 (2013). Bħala tali, responsabbli għall-appoġġ jew il-promozzjoni tal-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

B.   Entitajiet



 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Korea Pugang mining and Machinery Corporation ltd

 

 

22.12.2009

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009); topera faċilitajiet għall-produzzjoni ta' trab tal-aluminju, li jista' jintuża fil-missili.

2.

Korea Taesong Trading Company

 

Pyongyang

22.12.2010

Entità bbażata fi Pyongyang użata minn Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) għall-finijiet ta' kummerċ (KOMID kienet deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009). Korea Taesong Trading Company aġixxiet f'isem KOMID f'operazzjonijiet mas-Sirja.

3.

Korean Ryengwang Trading Corporation

 

Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, DPRK

22.12.2009

Sussidjarja tal-Korea Ryongbong General Corporation (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, 24.4.2009).

4.

Sobaeku United Corp

Sobaeksu United Corp.

 

22.12.2009

Kumpannija statali, involuta fir-riċerka jew l-akkwist ta' prodotti u ta' tagħmir sensittivi. Hija għandha diversi depożiti ta' grafit naturali, li jipprovdu materja prima lil żewġ faċilitajiet ta' pproċessar li, fost l-oħrajn, jipproduċu blokki tal-grafit li jistgħu jintużaw fil-missili.

5.

Yongbyon Nuclear Research Centre

 

 

22.12.2009

Ċentru ta' riċerka li pparteċipa fil-produzzjoni ta' plutonju ta' kwalità militari. Ċentru li jiddependi mill-General Bureau of Atomic Energy (entità deżinjata min-Nazzjonijiet Uniti, 16.7.2009).

6.

Korea International Chemical Joint Venture Company

Choson International Chemicals Joint Operation Company; Chosun International Chemicals Joint Operation Company; International Chemical Joint Venture Corporation

Hamhung, South Hamgyong Province, DPRK;

Man gyongdae-kuyok, Pyongyang, DPRK;

Mangyungdae-gu, Pyongyang, DPRK

19.12.2011

Ikkontrollata mill-Korea Ryonbong General Corporation (iddeżinjata mill-UNSCR 1718 tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet f'April 2009): hija konglomerat tad-difiża li jispeċjalizza fl-akkwisti għall-industriji tad-difiża tar-RDPK u l-appoġġ għall-bejgħ relatat mal-militar tal-pajjiż.

7.

Strategic Rocket Forces

 

 

20.5.2016

Fil-forzi armati nazzjonali tar-RDPK, din l-entità hija involuta fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni operazzjonali ta' programmi relatati ma' missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva.

II. Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn tal-qerda tal-massiva.

A.   Persuni



 

Isem

Psewdonimu

Data tat-twelid

Data tad-deżinjazzjoni

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet

1.

Jon Il-chun

 

24.8.1941

22.12.2010

Fi Frar tal-2010, KIM Tong-un tkeċċa mill-kariga tiegħu ta' direttur tal-Office 39, li huwa, fost affarijiet oħra, inkarigat mix-xiri ta' merkanzija mir-rappreżentanzi diplomatiċi tar-RDPK billi jevita s-sanzjonijiet. Huwa ġie sostitwit minn JON Il-chun. Jingħad li JON Il-chun huwa wkoll wieħed mill-figuri prinċipali fi State Development Bank.

2.

Kim Tong-un

 

 

22.12.2009

Ex-direttur tal-“Office 39” tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit tal-Ħaddiema, li huwa involut fil-finanzjament tal-proliferazzjoni.

3.

KIM Il-Su

 

2.9.1965 (Pyongyang, DPRK)

3.7.2015

Manager fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, li jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

4.

KANG Song-Sam

 

5.7.1972 (Pyongyang, DPRK)

3.7.2015

Ex-rappreżentant awtorizzat tal-Korporazzjoni għall-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-Korea (KNIC) f'Hamburg, li għadu jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

5.

CHOE Chun-Sik

 

23.12.1963 (Pyongyang, DPRK)

Numru tal-passaport: 745132109

Validu sat-12.2.2020

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

6

SIN Kyu-Nam

 

12.9.1972 (Pyongyang, DPRK)

Numru tal-passaport: PO472132950

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang u ex-rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

7.

PAK Chun-San

 

18.12.1953 (Pyongyang, DPRK)

Numru tal-passaport: PS472220097

3.7.2015

Direttur fid-dipartiment tar-riassigurazzjoni tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC) ibbażat fil-kwartieri ġenerali fi Pyongyang sa mill-anqas Diċembru 2015 u ex-kap rappreżentant awtorizzat tal-KNIC f'Hamburg, u għadu jaġixxi għal jew f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

8.

SO Tong Myong

 

10.9.1956

3.7.2015

President tal-Korea National Insurance Corporation (KNIC), u jaġixxi f'isem il-KNIC jew fuq id-direzzjoni tagħha.

B.   Entitajiet



 

Isem

Psewdonimu

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni

Informazzjoni oħra

1.

Korea Daesong Bank

Choson Taesong Unhaeng; Taesong Bank

Segori-dong, Gyongheung St., Potonggang District, PyongyangNumru tat-telefon: 850 2 381 8221Numru tat-telefon: 850 2 18111 ext. 8221Fax: 850 2 381 4576

22.12.2010

L-istituzzjoni finanzjarja tal-Korea ta' Fuq li hija direttament subordinata għal Office 39 u hija involuta fl-iffaċilitar tal-proġetti ta' finanzjament tal-proliferazzjoni tal-Korea ta' Fuq.

2.

Korea Daesong General Trading Corporation

Daesong Trading; Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Company; Korea Daesong Trading Corporation

Pulgan Gori Dong 1, Potonggang District, PyongyangNumru tat-telefon: 850 2 18111 ext. 8204/8208Numru tat-telefon: 850 2 381 8208/ 4188Fax: 850 2 381 4431/4432

22.12.2010

Kumpannija li hija subordinata għall-Office 39 u hija użata għall-iffaċilitar ta' transazzjonijiet barranin f'isem l-Office 39.

Id-Direttur ta' Office 39, Kim Tong-un huwa elenkat fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007.

3.

Il-Korea National Insurance Corporation (KNIC) u l-fergħat tagħha

Korea Foreign Insurance Company

Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, DPRK

Rahlstedter Strasse 83 a, 22149 Hamburg.

Korea National Insurance Corporation of Alloway, Kidbrooke Park Road, Blackheath,London SE30LW

3.7.2015

Korea National Insurance Corporation (KNIC), li hija kumpannija tal-Istat u kkontrollata minnu, qed tiġġenera introjtu sostanzjali f'munita barranija li jista' jikkontribwixxi għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħra ta' qerda massiva.

Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali tal-KNIC fi Pyongyang huma konnessi mal-Office 39 tal-Partit tal-Ħaddiema Koreani, li huwa entità deżinjata.

III. Il-persuni u l-entitajiet li huma involuti fil-forniment lil jew mir-RDPK ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, jew ta' oġġetti, materjal, tagħmir, beni jew teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għall-programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi jew ma' armi oħrajn ta' qerda massiva

A.

Persuni

B.

Entitajiet




ANNESS III

Lista ta' persuni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1) u l-punt (c) tal-Artikolu 27(1)



( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1).

Top