Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015R2205-20200416

    Consolidated text: Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2015/2205/2020-04-16

    02015R2205 — MT — 16.04.2020 — 004.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2205

    tas-6 ta' Awwissu 2015

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 314 1.12.2015, p. 13)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017

      L 113

    15

    29.4.2017

    ►M2

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/667 tad-19 ta' Diċembru 2018

      L 113

    1

    29.4.2019

    ►M3

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/447 tas-16 ta’ Diċembru 2019

      L 94

    5

    27.3.2020




    ▼B

    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2205

    tas-6 ta' Awwissu 2015

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    Klassijiet ta' derivattivi OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar

    1.  Il-klassijiet ta' derivattivi barra l-Borża (OTC) elenkati fl-Anness ikunu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.

    ▼M3 —————

    ▼B

    Artikolu 2

    1.  Għall-iskopjiet tal-Artikoli 3 u 4, il-kontropartijiet suġġetti għall-obbligi tal-ikklerjar ikunu maqsuma fil-kategoriji li ġejjin:

    (a) 

    Il-Kategorija 1, li tinkludi l-kontropartijiet li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikunu membri li jikklerjaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għal mill-anqas klassi waħda ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ta' mill-anqas waħda mis-CCPs awtorizzati jew rikonoxxuti qabel dik id-data li jikklerjaw tal-anqas waħda minn dawk il-klassijiet;

    (b) 

    Il-kategoriji 2 tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 li jappartjenu għal grupp li l-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tiegħu ta' ammont nozzjoni gross pendenti ta' derivattivi kklerjati mhux ċentralment għal Jannar, Frar u Marzu 2016 tkun aktar minn EUR 8 biljun u li jkunu xi waħda mis-segwenti:

    (i) 

    Kontropartijiet finanzjarji;

    (ii) 

    Fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.

    (c) 

    Il-Kategorija 3 li tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 jew Kategorija 2 li jkunu xi waħda minn dawn li ġejjin:

    (i) 

    Kontropartijiet finanzjarji;

    (ii) 

    Fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.

    (d) 

    Il-Kategorija 4 li tinkludi kontropartijiet mhux finanzjarji li ma jappartjenux għall-Kategorija 1, il-Kategorija 2 jew il-Kategorija 3.

    2.  Għall-iskop tal-kalkolu tal-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tal-grupp ta' ammont nozzjonali pendenti gross imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, id-derivattivi kklerjati mhux ċentralment tal-grupp, inklużi antiċipi ta' skambju tal-munita, swaps u currency swaps, ikunu inklużi.

    3.  Fejn il-kontropartijeti ikunu fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE jew impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ), l-għatba ta' EUR 8 biljun imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tapplika b'mod individwali fil-livell ta' fond.

    Artikolu 3

    Id-data li minnha jibda l-obbligu tal-ikklerjar.

    1.  Għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:

    (a) 

    fil-21 ta' Ġunju 2016 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 1;

    (b) 

    fil-21 ta' Diċembru 2016 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 2;

    ▼M1

    (c) 

    fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;

    ▼B

    (d) 

    fil-21 ta' Diċembru 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 4.

    Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet inklużi f'kategoriji differenti ta' kontropartijiet, id-data li minnha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal dak il-kuntratt tkun id-data tal-aħħar.

    ▼M2

    2.  B'deroga mill-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:

    (a) 

    fil-21 ta' Diċembru 2020, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti; jew jew

    (b) 

    l-aktar waħda tard fost id-dati segwenti fil-każ li tkun ġiet adottata deċiżjoni ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri kuntratti ta' derivattivi OTC li ssir referenza għalihom fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

    (i) 

    60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;

    (ii) 

    id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.

    ▼B

    Din id-deroga tapplika biss meta l-kontropartijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a) 

    Il-kontroparti stabbilita f'pajjiż terz tkun jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja;

    (b) 

    Il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun:

    (i) 

    Kontroparti finanzjarja, kontroparti mhux finanzjarja, kumpanija finanzjarja possedenti, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari suġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti finanzjarja; jew

    (ii) 

    Jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti mhux finanzjarja;

    (c) 

    Iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazjoni fuq bażi sħiħa skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

    (d) 

    Iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju;

    (e) 

    Il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tagħha bil-miktub li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (d) ikunu ssodisfati u, fi żmien 30 jum tal-kalendarju wara l-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti tkun ikkonfermat li dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati.

    Artikolu 4

    Maturità residwa minima

    1.  Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 1, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:

    (a) 

    50 sena fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 kif tidher fl-Anness;

    (b) 

    3 snin fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

    (c) 

    6 xhur fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati fi jew wara l-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 sat-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

    2.  Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 2, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:

    (a) 

    50 sena fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 kif tidher fl-Anness;

    (b) 

    3 snin fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

    (c) 

    6 xhur fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati fi jew wara l-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 sat-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;

    3.  Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 3, u ta' tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, konklużi bejn kontropartijiet finanzjarji, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:

    (a) 

    50 sena fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 tal-Anness;

    (b) 

    3 snin fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 tal-Anness;

    4.  Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti jew bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu involuti fi tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2), il-maturità residwa minima li tittieħed f'kunsiderazzjoni għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu tkun l-itwal maturità residwa li jifdal applikabbli.

    Artikolu 5

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament ikun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESSI

    Klassijiet ta' derivattivi b'rata tal-imgħax OTC suġġetit għall-obbligu tal-ikklerjar



    Tabella 1

    Klassijiet bażiċi ta' swaps

    id

    Tip

    Indiċi ta' Referenza

    Munita ta' Saldu

    Maturità

    Tip ta' Munita ta' Saldu

    Opzjonalità

    Tip Nozzjonali

    A.1.1

    Bażi

    EURIBOR

    EUR

    28D-50Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli

    A.1.2

    Bażi

    LIBOR

    GBP

    28D-50Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli

    A.1.3

    Bażi

    LIBOR

    JPY

    28D-30Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli

    A.1.4

    Bażi

    LIBOR

    USD

    28D-50Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli



    Tabella 2

    Klassijiet ta' Fixed-to-Float interest rate swap

    id

    Tip

    Indiċi ta' Referenza

    Munita ta' Saldu

    Maturità

    Tip ta' Munita ta' Saldu

    Opzjonalità

    Tip Nozzjonali

    A.2.1

    Fixed- to-Float

    EURIBOR

    EUR

    28D-50Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli

    A.2.2

    Fixed- to-Float

    LIBOR

    GBP

    28D-50Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli

    A.2.3

    Fixed- to-Float

    LIBOR

    JPY

    28D-30Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli

    A.2.4

    Fixed- to-Float

    LIBOR

    USD

    28D-50Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli



    Tabella 3

    Klassijiet ta' forward rate agreement

    id

    Tip

    Indiċi ta' Referenza

    Munita ta' Saldu

    Maturità

    Tip ta' Munita ta' Saldu

    Opzjonalità

    Tip Nozzjonali

    A.3.1

    FRA

    EURIBOR

    EUR

    3D-3Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli

    A.3.2

    FRA

    LIBOR

    GBP

    3D-3Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli

    A.3.3

    FRA

    LIBOR

    USD

    3D-3Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli



    Tabella 4

    Klassijiet ta' overnight index swap

    id

    Tip

    Indiċi ta' Referenza

    Munita ta' Saldu

    Maturità

    Tip ta' Munita ta' Saldu

    Opzjonalità

    Tip Nozzjonali

    A.4.1

    OIS

    EONIA

    EUR

    7D-3Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli

    A.4.2

    OIS

    FedFunds

    USD

    7D-3Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli

    A.4.3

    OIS

    SONIA

    GBP

    7D-3Y

    Munita unika

    Le

    Kostanti jew varjabbli



    ( 1 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

    ( 2 ) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

    Top