This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02015R2205-20190430
Commission Delegated Regulation (EU) 2015/2205 of 6 August 2015 supplementing Regulation (EU) No 648/2012 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards on the clearing obligation (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02015R2205 — MT — 30.04.2019 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2205 tas-6 ta' Awwissu 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar (ĠU L 314 1.12.2015, p. 13) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/751 tas-16 ta' Marzu 2017 |
L 113 |
15 |
29.4.2017 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/667 tad-19 ta' Diċembru 2018 |
L 113 |
1 |
29.4.2019 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2205
tas-6 ta' Awwissu 2015
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-obbligu tal-ikklerjar
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Klassijiet ta' derivattivi OTC suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar
1. Il-klassijiet ta' derivattivi barra l-Borża (OTC) elenkati fl-Anness ikunu suġġetti għall-obbligu tal-ikklerjar.
2. Il-klassijiet ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ma jinkludux kuntratti konklużi ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti, sakemm dawk il-kuntratti ma jkunux jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejin:
(a) Jintużaw biss biex jiħħeġġjaw ir-rata tal-imgħax jew id-diskrepanzi fil-munita tal-pool ta' kopertura f'relazzjoni mal-bond koperti;
(b) Ikunu rreġistrati jew irrekordjati fil-pool ta' kopertura tal-bond koperti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-bond kopert;
(c) Ma jiġux terminati fil-każ ta' riżoluzzjoni jew insolvenza ta' min joħroġ bonds koperti jew tal-pool ta' kopertura;
(d) Il-kontroparti għad-derivattiva OTC konkluża ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti, tkun fil-livell mill-anqas identiku mad-detenturi ta' bonds koperti ħlief meta l-kontroparti tad-derivattivi OTC konklużi ma' min joħroġ bonds koperti jew ma' “cover pools” ta' bonds koperti tkun il-parti f'inadempjenza jew dik affettwata, jew iċċedi l-livell identiku;
(e) Il-bond kopert ikun jissodisfa l-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u jkun suġġett għal obbligu ta' kollateralizzazzjoni regolatorja ta' mill-anqas 102 %.
Artikolu 2
1. Għall-iskopjiet tal-Artikoli 3 u 4, il-kontropartijiet suġġetti għall-obbligi tal-ikklerjar ikunu maqsuma fil-kategoriji li ġejjin:
(a) Il-Kategorija 1, li tinkludi l-kontropartijiet li, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ikunu membri li jikklerjaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għal mill-anqas klassi waħda ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament, ta' mill-anqas waħda mis-CCPs awtorizzati jew rikonoxxuti qabel dik id-data li jikklerjaw tal-anqas waħda minn dawk il-klassijiet;
(b) Il-kategoriji 2 tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 li jappartjenu għal grupp li l-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tiegħu ta' ammont nozzjoni gross pendenti ta' derivattivi kklerjati mhux ċentralment għal Jannar, Frar u Marzu 2016 tkun aktar minn EUR 8 biljun u li jkunu xi waħda mis-segwenti:
(i) Kontropartijiet finanzjarji;
(ii) Fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.
(c) Il-Kategorija 3 li tinkludi kontropartijiet li ma jappartjenux għall-Kategorija 1 jew Kategorija 2 li jkunu xi waħda minn dawn li ġejjin:
(i) Kontropartijiet finanzjarji;
(ii) Fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE li jkunu kontropartijiet mhux finanzjarji.
(d) Il-Kategorija 4 li tinkludi kontropartijiet mhux finanzjarji li ma jappartjenux għall-Kategorija 1, il-Kategorija 2 jew il-Kategorija 3.
2. Għall-iskop tal-kalkolu tal-medja aggregata fi tmiem ix-xahar tal-grupp ta' ammont nozzjonali pendenti gross imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, id-derivattivi kklerjati mhux ċentralment tal-grupp, inklużi antiċipi ta' skambju tal-munita, swaps u currency swaps, ikunu inklużi.
3. Fejn il-kontropartijeti ikunu fondi alternattivi ta' investiment kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE jew impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), l-għatba ta' EUR 8 biljun imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tapplika b'mod individwali fil-livell ta' fond.
Artikolu 3
Id-data li minnha jibda l-obbligu tal-ikklerjar.
1. Għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:
(a) fil-21 ta' Ġunju 2016 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 1;
(b) fil-21 ta' Diċembru 2016 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 2;
(c) fil-21 ta' Ġunju 2019 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 3;
(d) fil-21 ta' Diċembru 2018 fil-każ ta' kontropartijiet fil-Kategorija 4.
Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet inklużi f'kategoriji differenti ta' kontropartijiet, id-data li minnha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar għal dak il-kuntratt tkun id-data tal-aħħar.
2. B'deroga mill-paragrafu 1, għar-rigward ta' kuntratti li jappartjenu għal klassi ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness u konklużi bejn kontropartijiet li jkunu parti mill-istess grupp u meta kontroparti waħda tkun stabbilita f'pajjiż terz u l-kontroparti l-oħra tkun stabbilita fl-Unjoni, l-obbligu tal-ikklerjar jidħol fis-seħħ:
(a) fil-21 ta' Diċembru 2020, fil-każ li ma tkun ġiet adottata l-ebda deċiżjoni dwar l-ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri l-kuntratti ta' derivattivi OTC elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti; jew jew
(b) l-aktar waħda tard fost id-dati segwenti fil-każ li tkun ġiet adottata deċiżjoni ta' ekwivalenza skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li tkun tkopri kuntratti ta' derivattivi OTC li ssir referenza għalihom fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;
(i) 60 ġurnata wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament li jkopri kuntratti ta' derivattivi OTC msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament fejn jidħol il-pajjiz terz relevanti;
(ii) id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar skont il-paragrafu 1.
Din id-deroga tapplika biss meta l-kontropartijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) Il-kontroparti stabbilita f'pajjiż terz tkun jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja;
(b) Il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun:
(i) Kontroparti finanzjarja, kontroparti mhux finanzjarja, kumpanija finanzjarja possedenti, istituzzjoni finanzjarja jew impriża ta' servizzi anċillari suġġetta għal rekwiżiti prudenzjali xierqa u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti finanzjarja; jew
(ii) Jew kontroparti finanzjarja jew kontroparti mhux finanzjarja u l-kontroparti msemmija fil-punt (a) tkun kontroparti mhux finanzjarja;
(c) Iż-żewġ kontropartijiet ikunu inklużi fl-istess konsolidazjoni fuq bażi sħiħa skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
(d) Iż-żewġ kontropartijiet ikunu soġġetti għal proċeduri ċentralizzati ta' evalwazzjoni, kejl u kontroll tar-riskju;
(e) Il-kontroparti stabbilita fl-Unjoni tkun innotifikat lill-awtorità kompetenti tagħha bil-miktub li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (c) u (d) ikunu ssodisfati u, fi żmien 30 jum tal-kalendarju wara l-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti tkun ikkonfermat li dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati.
Artikolu 4
Maturità residwa minima
1. Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 1, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:
(a) 50 sena fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 kif tidher fl-Anness;
(b) 3 snin fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;
(c) 6 xhur fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati fi jew wara l-21 ta' Frar 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 sat-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;
2. Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 2, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:
(a) 50 sena fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 kif tidher fl-Anness;
(b) 3 snin fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati qabel il-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;
(c) 6 xhur fil-każ ta' kuntratti li jkunu daħlu fis-seħħ jew innovati fi jew wara l-21 ta' Mejju 2016 li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 sat-Tabella 4 kif tidher fl-Anness;
3. Fil-każ ta' kontropartijiet finanzjarji fil-Kategorija 3, u ta' tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament, konklużi bejn kontropartijiet finanzjarji, il-maturità residwa minima msemmija fil-punt (ii) tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fid-data li fiha jidħol fis-seħħ l-obbligu tal-ikklerjar tkun:
(a) 50 sena fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 1 jew it-Tabella 2 tal-Anness;
(b) 3 snin fil-każ ta' kuntratti li jappartjenu għall-klassijiet fit-Tabella 3 jew it-Tabella 4 tal-Anness;
4. Meta kuntratt jiġi konkluż bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu jappartjenu għal kategoriji differenti jew bejn żewġ kontropartijiet finanzjarji li jkunu involuti fi tranżazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2), il-maturità residwa minima li tittieħed f'kunsiderazzjoni għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu tkun l-itwal maturità residwa li jifdal applikabbli.
Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament ikun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESSI
Klassijiet ta' derivattivi b'rata tal-imgħax OTC suġġetit għall-obbligu tal-ikklerjar
Tabella 1
Klassijiet bażiċi ta' swaps
id |
Tip |
Indiċi ta' Referenza |
Munita ta' Saldu |
Maturità |
Tip ta' Munita ta' Saldu |
Opzjonalità |
Tip Nozzjonali |
A.1.1 |
Bażi |
EURIBOR |
EUR |
28D-50Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
A.1.2 |
Bażi |
LIBOR |
GBP |
28D-50Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
A.1.3 |
Bażi |
LIBOR |
JPY |
28D-30Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
A.1.4 |
Bażi |
LIBOR |
USD |
28D-50Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
Tabella 2
Klassijiet ta' Fixed-to-Float interest rate swap
id |
Tip |
Indiċi ta' Referenza |
Munita ta' Saldu |
Maturità |
Tip ta' Munita ta' Saldu |
Opzjonalità |
Tip Nozzjonali |
A.2.1 |
Fixed- to-Float |
EURIBOR |
EUR |
28D-50Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
A.2.2 |
Fixed- to-Float |
LIBOR |
GBP |
28D-50Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
A.2.3 |
Fixed- to-Float |
LIBOR |
JPY |
28D-30Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
A.2.4 |
Fixed- to-Float |
LIBOR |
USD |
28D-50Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
Tabella 3
Klassijiet ta' forward rate agreement
id |
Tip |
Indiċi ta' Referenza |
Munita ta' Saldu |
Maturità |
Tip ta' Munita ta' Saldu |
Opzjonalità |
Tip Nozzjonali |
A.3.1 |
FRA |
EURIBOR |
EUR |
3D-3Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
A.3.2 |
FRA |
LIBOR |
GBP |
3D-3Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
A.3.3 |
FRA |
LIBOR |
USD |
3D-3Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
Tabella 4
Klassijiet ta' overnight index swap
id |
Tip |
Indiċi ta' Referenza |
Munita ta' Saldu |
Maturità |
Tip ta' Munita ta' Saldu |
Opzjonalità |
Tip Nozzjonali |
A.4.1 |
OIS |
EONIA |
EUR |
7D-3Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
A.4.2 |
OIS |
FedFunds |
USD |
7D-3Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
A.4.3 |
OIS |
SONIA |
GBP |
7D-3Y |
Munita unika |
Le |
Kostanti jew varjabbli |
( 1 ) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
( 2 ) Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).
( 3 ) Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal- impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).