Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02015D2281-20190924

    Consolidated text: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2281 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON 87427 (MON-87427-7) ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 8587) (It-testi bil-Franċiż u bin-Netherlandiż biss huma awtentiċi) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/2281/2019-09-24

    02015D2281 — MT — 24.09.2019 — 001.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2281

    tal-4 ta' Diċembru 2015

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON 87427 (MON-87427-7) ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument C(2015) 8587)

    (It-testi bil-Franċiż u bin-Netherlandiż biss huma awtentiċi)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (ĠU L 322 8.12.2015, p. 67)

    Emendata bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1579 Test b'rilevanza għaż-ŻEE tat-18 ta' Settembru 2019

      L 244

    8

    24.9.2019




    ▼B

    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2281

    tal-4 ta' Diċembru 2015

    li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON 87427 (MON-87427-7) ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    (notifikata bid-dokument C(2015) 8587)

    (It-testi bil-Franċiż u bin-Netherlandiż biss huma awtentiċi)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)



    Artikolu 1

    L-organiżmu ġenetikament modifikat u l-identifikatur uniku

    Il-qamħirrum ġenetikament modifikat (Zea mays L.) MON 87427, kif inhu speċifikat fil-punt (b) tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni, huwa assenjat l-identifikatur uniku MON-87427-7, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 65/2004.

    Artikolu 2

    L-awtorizzazzjoni

    Il-prodotti li ġejjin huma awtorizzati għall-finijiet tal-Artikoli 4(2) u 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:

    (a) ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON-87427-7;

    (b) għalf li jkun fih, li jikkonsisti minn, jew li jkun prodott minn qamħirrum MON-87427-7;

    (c) il-qamħirrum MON-87427-7 fi prodotti li fihom jew li jikkonsistu minnu għal kull użu ieħor għajr dak previst fil-punti (a) u (b), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    Artikolu 3

    It-tikkettar

    1.  Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

    2.  Fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum MON-87427-7, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.

    Artikolu 4

    Il-monitoraġġ tal-effetti ambjentali

    1.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jiżgura li l-pjan ta' monitoraġġ tal-effetti ambjentali, kif inhu stipulat fil-punt (h) tal-Anness, jiddaħħal fis-seħħ u jiġi implimentat.

    2.  Id-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tal-attivitajiet stipulati fil-pjan ta' monitoraġġ lill-Kummissjoni b'konformità mad-Deċiżjoni 2009/770/KE.

    Artikolu 5

    Ir-reġistru Komunitarju

    L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati tal-Komunità, kif previst fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

    ▼M1

    Artikolu 6

    Detentur tal-awtorizzazzjoni

    Id-dententur tal-awtorizzazzjoni għandu jkun Bayer Agriculture BVBA, il-Belġju, li jirrappreżenta lil Monsanto Company, l-Istati Uniti tal-Amerka.

    ▼B

    Artikolu 7

    Il-validità

    Din id-Deċiżjoni tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.

    ▼M1

    Artikolu 8

    Destinatarju

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.

    ▼B




    ANNESS

    ▼M1

    (a)   Applikant u detentur tal-awtorizzazzjoni:

    Isem: Bayer Agriculture BVBA

    Indirizz: Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju

    F'isem Monsanto Company — 800 N. Lindbergh Boulevard — St. Louis, Missouri 63167 — l-Istati Uniti tal-Amerka.

    ▼B

    (b)    Id-denominazzjoni u l-ispeċifikazzjoni tal-prodotti:

    (1) ikel u ingredjenti tal-ikel li fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum MON-87427-7;

    (2) għalf li jkun fih, li jikkonsisti minn, jew li jkun prodott minn qamħirrum MON-87427-7;

    (3) Il-qamħirrum MON-87427-7 fi prodotti li fihom dan il-qamħirrum jew li huma magħmula minnu għal kull użu ieħor għajr dak stipulat fil-punti (1) u (2), bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni.

    Il-qamħirrum ġenetikament modifikat MON-87427-7, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina CP4 EPSPS li tagħti lil ċerti tessuti t-tolleranza għall-erbiċidi glifosati. L-espressjoni CP4 EPSPS hija nieqsa jew limitata fit-tessuti riproduttivi maskili, li telimina jew tnaqqas il-ħtieġa li jitqaċċat il-berkun tal-qamħirrum meta l-MON-87427-7 jintuża bħala ġenitur femminili fil-produzzjoni taż-żrieragħ tal-qamħirrum ibridu.

    (c)    It-tikkettar:

    (1) Għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u fl-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1830/2003, “l-isem tal-organiżmu” għandu jkun “qamħirrum”.

    (2) Fuq it-tikketta tal-prodotti u fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-prodotti li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu mill-qamħirrum MON-87427-7, bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2, għandu jidher il-kliem “mhux għall-kultivazzjoni”.

    (d)    Il-metodu ta' detezzjoni:

    (1) Metodu fil-ħin reali, speċifiku għall-avveniment, ibbażat fuq il-PCR għall-kwantifikazzjoni ta' MON-87427-7.

    (2) Ivvalidat mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar DNA ġenomika estratta miż-żrieragħ tal-qamħirrum, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/statusofdossiers.aspx);

    (3) Materjal ta' Referenza: AOCS 0512-A u AOCS 0406-A huma aċċessibli fis-sit elettroniku tal-American Oil Chemists Society http://www.aocs.org/LabServices/content.cfm?ItemNumber=19248)

    (e)    L-identifikatur uniku:

    MON-87427-7

    (f)    L-informazzjoni meħtieġa skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:

    [Clearing House tal-Bijosikurezza, Nru tar-Rekord ID: għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati meta jiġi notifikat].

    (g)    Il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq, l-użu jew l-immaniġġjar tal-prodotti:

    Mhux meħtieġa.

    (h)    Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali:

    Il-pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali konformi mal-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE.

    [Link: il-pjan għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati].

    (i)    Ir-rekwiżiti ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem:

    Mhux meħtieġa.

    Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru Komunitarju tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati.

    Top