EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0508-20140520

Consolidated text: Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/508/2014-05-20

02014R0508 — MT — 20.05.2014 — 000.006


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT (UE) Nru 508/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Mejju 2014

dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 149 20.5.2014, p. 1)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 088, 31.3.2017, p.  22 (508/2014)




▼B

REGOLAMENT (UE) Nru 508/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Mejju 2014

dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



TITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-miżuri finanzjarji tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’:

(a) il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS);

(b) miżuri rilevanti marbuta mal-Liġi tal-Baħar;

(c) l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura u s-sajd f’ilmijiet interniu

(d) il-Politika Marittima Integrata (PMI).

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku

Dan ir-Regolament japplika għal operazzjonijiet imwettqa fit-territorju tal-Unjoni dment li ma jkunx previst mod ieħor f’dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament u mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013, fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

2.  Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) ‘Ambjent komuni għall-qsim tal-informazzjoni’ (CISE)’ tfisser netwerk ta’ sistemi b’setup deċentralizzat żviluppat għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-utenti sabiex jittejjeb l-għarfien tagħom dwar is-sitwazzjoni tal-attivitajiet fuq il-baħar;

(2) ‘operazzjonijiet transsettorjali’ tfisser dawk l-inizjattivi li minnhom jistgħu jibbenifikaw b’mod reċiproku setturi u/jew politiki settorjali differenti, kif imsemmi fit-TFUE, u li ma jistgħux jitwettqu kompletament permezz ta’ miżuri inklużi fl-oqsma ta’ politika rispettivi;

(3) ‘sistema elettronika ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar’ (ERS) tfisser sistema għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniċi tad-data kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(4) ‘Netwerk Ewropew ta’ data u osservazzjoni dwar il-Baħar’ tfisser netwerk li jintegra l-programmi nazzjonali rilevanti ta’ data u osservazzjoni tal-baħar rilevanti f’riżorsa Ewropea komuni u aċċessibbli;

(5) ‘żona tas-sajd u tal-akkwakultura’ tfisser żona b’xatt tal-baħar, xmara jew lag li tinkludi għadajjar jew baċir ta’ xmara b’livell sinifikanti ta’ impjiegi fis-settur tas-sajd jew tal-akkwakultura, li tkun funzjonalment koerenti f’termini ġeografiċi, ekonomiċi u soċjali u magħżula bħala tali mill-Istat Membru;

(6) ‘sajjied’ tfisser kwalunkwe persuna involuta f’attivitajiet ta’ sajd kummerċjali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru;

(7) ‘sajd fl-ibħra interni’ tfisser attivitajiet tas-sajd imwettqa għal skopijiet kummerċjali fl-ibħra interni minn bastimenti jew ‘mezzi oħra, inklużi dawk użati għas-sajd fis-silġ;

(8) ‘ġestjoni integrata taż-żoni kostali’ tfisser strateġiji u miżuri bħal dawk deskritti fir-Rakkomandazzjoni 2002/413/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(9) ‘tmexxija marittima integrata’ tfisser il-ġestjoni koordinata tal-politiki settorjali kollha fil-livell tal-Unjoni li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra u r-reġjuni kostali;

(10) “Politika Marittima Integrata” (‘PMI’) tfisser politika tal-Unjoni li l-għan tagħha huwa li trawwem teħid ta’ deċiżjonijiet ikkoordinat u konsistenti sabiex jiġi massimizzat l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-Istati Membri, u b’mod partikolari r-reġjuni tal-kosta, insulari u ultraperiferiċi tal-Unjoni, kif ukoll is-setturi marittimi, permezz ta’ politiki konsistenti relatati mas-settur marittimu u kooperazzjoni internazzjonali rilevanti;

(11) ‘Sorveljanza marittima integrata’ (IMS) tfisser inizjattiva tal-Unjoni maħsuba biex issaħħaħ l-effettività u l-effiċjenza fl-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-ibħra Ewropej permezz ta’ skambju ta’ informazzjoni u kollaborazzjoni madwar is-setturi u l-fruntieri;

(12) ‘pjanar spazjali marittimu’ tfisser proċess li permezz tiegħu l-awtoritajiet tal-Istat Membru rilevanti janalizzaw u jorganizzaw l-attivitajiet umani f’żoni tal-baħar sabiex jilħqu objettivi ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali;

(13) ‘miżura’ tfisser sett ta’ operazzjonijiet;

(14) ‘sajd kostali fuq skala żgħira’ tfisser sajd imwettaq minn bastimenti tas-sajd b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx tagħmir irmunkat tas-sajd kif elenkat fit-Tabella 3 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 ( 2 )’;

(15) ‘bastimenti li joperaw esklussivament f’ibħra interni’ tfisser bastimenti involuti f’sajd kummerċjali f’ibħra interni u mhux inklużi fir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.



TITOLU II

QAFAS ĠENERALI



KAPITOLU I

Stabbiliment u objettivi tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd

Artikolu 4

Stabbiliment

Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (FEMS) huwa b’dan stabbilit.

Artikolu 5

Objettivi

Il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi li ġejjin:

(a) il-promozzjoni ta’ sajd u akkwakultura kompetittivi, ambjentalment sostenibbli, ekonomikament vijabbli u soċjalment responsabbli;

(b) it-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS;

(c) il-promozzjoni ta’ żvilupp territorjali bilanċjat u inklużiv taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura;

(d) it-trawwim tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PMI tal-Unjoni b’mod komplimentari għall-politika ta’ koeżjoni u għall-PKS;

Is-segwitu ta’ dawk l-objettivi m’għandhomx jirriżultaw f’żieda fil-kapaċità tas-sajd.

Artikolu 6

Prijoritajiet tal-Unjoni

Il-FEMS għandu jikkontribwixxi għall-istrateġija Ewropa 2020 u għall-implimentazzjoni tal-PKS. Huwa għandu jsegwi l-prijoritajiet li ġejjin tal-Unjoni għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura u ta’ attivitajiet relatati, li jirriflettu l-objettivi tematiċi rilevanti msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013:

(1) Il-promozzjoni ta’ sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a) it-tnaqqis tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, inkluż l-evitar u t-tnaqqis, sa fejn possibbli, ta’ qabdiet mhux mixtieqa;

(b) il-protezzjoni u l-irkuprar tal-bijodiversità u l-ekosistemi akkwatiċi;

(c) l-iżgurar ta’ bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet disponibbli tas-sajd;

(d) it-titjib tal-kompetittività u l-vijabbiltà tal-impriżi tas-sajd, inkluż tal-flotta kostali fuq skala żgħira u t-titjib tas-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;

(e) l-għoti ta’ appoġġ għat-tisħiħ tal-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni, inkluż iż-żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u t-trasferiment tal-għarfien;

(f) l-iżvilupp ta’ taħriġ professjonali, ħiliet professjonali ġodda u tagħlim tul il-ħajja;

(2) It-trawwim ta’ akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a) l-għoti ta’ appoġġ għat-tisħiħ tal-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien;

(b) it-titjib tal-kompetittività u l-vijabbiltà tal-impriżi tal-akkwakultura, inkluż it-titjib tas-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, b’mod partikolari tal-SMEs;

(c) il-protezzjoni u l-irkupru tal-bijodiversità akkwatika u titjib tal-ekosistemi relatati mal-akkwakultura u l-promozzjoni ta’ akkwakultura effiċjenti fl-użu tar-riżorsi;

(d) il-promozzjoni ta’ akkwakultura li għandha ‘livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u tal-promozzjoni tas-saħħa u l-benessri tal-annimali u wkoll tas-saħħa u s-sikurezza tal-pubbliku;

(e) l-iżvilupp ta’ taħriġ professjonali, ħiliet professjonali ġodda u tagħlim tul il-ħajja.

(3) It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a) it-titjib u l-forniment ta’ għarfien xjentifiku u t-titjib u l-ġbir u l-ġestjoni ta’ data;

(b) l-għoti ta’ appoġġ għall-monitoraġġ, il-kontroll u l-infurzar, li jtejjeb il-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv.

(4) Żieda fl-impjiegi u l-koeżjoni territorjali permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin: il-promozzjoni ta’ tkabbir ekonomiku, inklużjoni soċjali, u l-ħolqien ta’ impjiegi u appoġġ għall-impjegabbiltà u l-mobbiltà tal-ħaddiema f’komunitajiet kostali u interni li jiddependu mis-sajd u l-akkwakultura; inklużi: id-diversifikazzjoni tal-attivitajiet fis-settur tas-sajd u f’setturi oħra tal-ekonomija marittima.

(5) It-trawwim tal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar permezz tal-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a) it-titjib tal-organizzazzjoni tas-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(b) l-inkoraġġiment għal investiment fis-setturi tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni.

(6) It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PMI.



KAPITOLU II

Ġestjoni kondiviża u diretta

Artikolu 7

Ġestjoni kondiviża u diretta

1.  Il-miżuri koperti bit-Titolu V għandhom jiġu ffinanzjati mill-FEMS skont il-prinċipju tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Unjoni u l-Istati Membri u r-regoli komuni stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

2.  Il-miżuri koperti bit-Titolu VI għandhom ikunu ffinanzjati mill-FEMS f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni diretta.



KAPITOLU III

Prinċipji Ġenerali tal-Assistenza taħt Ġestjoni Kondiviża

Artikolu 8

Għajnuna mill-Istat

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE għandhom japplikaw għall-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-impriżi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura.

2.  Madankollu, l-Artikoli 107, 108 u 109 TFUE ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti magħmula mill-Istati Membri skont, u f’konformità ma’, dan ir-Regolament li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 TFUE.

3.  Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-finanzjament pubbliku li jmorru lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-pagamenti imsemmija fil-paragrafu 2, għandhom jiġu ttrattati b’mod sħiħ abbażi tal-paragrafu 1.

4.  Għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, elenkati fl-Anness I TFUE, li għalihom japplikaw l-Artikoli 107, 108 u 109 tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza, f’konformità mal-Artikolu 108 TFUE, għajnuna operattiva fir-reġjuni ultraperifiċi msemmijia fl-Artikolu 349 TFUE fis-setturi tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, bl-għan li jittaffew ir-restrizzjonijiet speċifiċi fir-reġjuni ultraperiferiċi li jirriżultaw mill-iżolazzjoni, l-insularità u n-natura estremament remota tagħhom.

Artikolu 9

Kundizzjonalitajiet ex ante speċifiċi

Il-kundizzjonalitajiet ex ante speċifiċi msemmija fl-Anness IV ‘għandhom japplikaw għall-FEMS.



KAPITOLU IV

Ammissibbiltà ta’ applikazzjonijiet u operazzjonijiet ineliġibbli

Artikolu 10

Ammissibbiltà ta’ applikazzjonijiet

1.  Kwalunkwe applikazzjoniji ppreżentata minn operatur għall-appoġġ mill-FEMS għandha tkun inammissibbli għall-perijodu ta’ żmien identifikat stabbilit skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, jekk jiġi ddeterminat mill-awtorità kompetenti li l-operatur kkonċernat:

(a) ikun wettaq ksur serju skont l-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 ( 3 ) jew l-Artikolu 90(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(b) kien involut fl-operazzjoni, il-ġestjoni jew is-sjieda ta’ bastimenti tas-sajd inklużi fil-lista ta’ bastimenti IUU tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 40 (3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jew ta’ bastimenti bil-bandiera ta’ pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li mhux qed jikkooperaw kif stabbilit fl-Artikolu 33 ta’ dak Regolament;

(c) wettaq ksur serju tar-regoli tal-PKS identifikat bħala tali ‘f’atti leġiżlattivi oħrajn adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill;

(d) wettaq kwalunkwe wieħed mir-reati stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ), fejn issir applikazzjoni għal appoġġ skont il-Kapitolu II tat-Titolu V ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-benefiċjarju, wara li jippreżenta l-applikazzjoni, għandu jkompli jikkonforma mal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1, u matul il-perijodu kollu tal-implimentazzjoni ta’ operazzjoni u għal perijodu ta’ ħames snin wara li jkun sar l-aħħar pagament lill-benefiċjarju.

3.  Applikazzjoni ppreżentata minn operatur ma għandhomx ikunu ammissibbli għal perijodu ta’ żmien idenitifikat jekk jiġi determinat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, li operattur ikun ikkommetta frodi, kif definita fl-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji ( 5 ) tal-Komunitajiet Ewropej, fil-kuntest tal-Fond Ewropew għas-Sajd (FES) jew il-FEMS ma għandhomx ikunu ammissibbli għal perijodu ta’ żmien identifikat stipulat skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 126 rigward:

(a) l-identifikazzjoni tal-perijodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu li għandu jkun proporzjonat għan-natura, il-gravità, it-tul u r-ripetizzjoni tal-ksur serju, r-reat jew il-frodi, u għandu jkun ta’ mill-inqas sena;

(b) id-dati rilevanti tal-bidu u t-tmiem tal-perijodu taż-żmien msemmi fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu.

5.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-operaturi li jippreżentaw applikazzjoni taħt il-FEMS jipprovdu lill-awtorità ta’ ġestjoni b’dikjarazzjoni ffirmata li tikkonferma li huma jirrispettaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li tiddikara li ma wettqux frodi taħt il-FES jew il-FEMS kif imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw il-veraċità ta’ dik id-dikjarazzjoni qabel l-approvazzjoni tal-operazzjoni, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fir-reġistru nazzjonali tal-ksur kif imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, jew kwalunkwe data oħra disponibbli.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, Stat Membru għandu jipprovdi, fuq talba minn Stat Membru ieħor, l-informazzjoni li tkun tinsab fir-reġistru nazzjonali tiegħu ta’ ksur imsemmi fl-Artikolu 93 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Artikolu 11

Operazzjonijiet ineliġibbli

L-operazzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli taħt il-FEMS:

(a) operazzjonijiet li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment jew tagħmir li jżid il-kapaċità tal-bastiment biex isib il-ħut;

(b) il-kostruzzjoni ta’ bastimenti tas-sajd ġodda jew l-importazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd;

(c) il-waqfien temporanju jew permanenti ‘tal-attivitajiet tas-sajd, ‘sakemm ma jiġix previst mod ieħor f’dan ir-Regolament;

(d) sajd esploratorju;

(e) it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju;

(f) ripopolazzjoni diretta, dment li dan ma jkunx previst b’mod espliċitu bħala miżura ta’ konservazzjoni minn att legali tal-Unjoni jew fil-każ ta’ ripopolazzjoni sperimentali.



TITOLU III

QAFAS FINANZJARJU

Artikolu 12

Implimentazzjoni tal-baġit

1.  Il-baġit tal-Unjoni allokat għall-FEMS taħt it-Titolu V ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat fil-qafas tal-ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

2.  Il-baġit tal-Unjoni allokat għall-FEMS taħt it-Titolu VI ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat direttament mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament(UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ).

3.  Kwalunkwe kanċellazzjoni tal-impenn baġitarju kollu jew parti minnu taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni għandu jkun skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fejn xieraq skont l-Artikolu 123 ta’ dan ir-Regolament.

4.  Il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba għandu jiġi applikat skont l-Artikoli 30 u 53 tar-Regolament(UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 13

Riżorsi baġitarji taħt ġestjoni kondiviża

1.  Ir-riżorsi disponibbli għal impenji mill-FEMS għall-perijodu li jkopri mill-2014 sal-2020 taħt ġestjoni kondiviża għandhom ikunu EUR 5 749 331 600 fi prezzijiet attwali skont it-tqassim annwali stabbilit fl-Anness II.

▼C1

2.  EUR 4 340 800 000 mir-riżorsi baġitarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-iżvilupp sostenibbli tas-sajd, tal-akkwakultura u taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura, għall-immarketjar u l-miżuri relatati mal-ipproċessar u għall-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri taħt il-Kapitoli I, II, III, IV u VII tat-Titolu V bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 67.

▼B

3.  EUR 580 000 000 tar-riżorsi baġitarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-miżuri ta’ kontroll u infurzar imsemmija fl-Artikolu 76.

4.  EUR 520 000 000 tar-riżorsi baġitarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-miżuri dwar il-ġbir ta’ data msemmija fl-Artikolu 77.

5.  EUR 192 500 000 tar-riżorsi baġitarji imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-kumpens tar-reġjuni ultraperiferiċi taħt il-Kapitolu V tat-Titolu V. Dak il-kumpens m’għandux jisboq, kull sena:

(a) EUR 6 450 000 għall-Ażores u l-Madeira;

(b) EUR 8 700 000 għall-Gżejjer Kanarji;

(c) EUR 12 350 000 għar-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi msemmijin fl-Artikolu 349 TFUE.

6.  EUR 44 976 000 tar-riżorsi baġitarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-miżuri dwar il-ġbir ta’ data msemmija fl-Artikolu 67.

7.  EUR 71 055 600 tar-riżorsi baġitarji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għal miżuri dwar il-PMI msemmija fil-Kapitolu VIII tat-Titolu V.

8.  L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibilita li jużaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-paragrafi 3 u 4 b’alternanza.

Artikolu 14

Riżorsi baġitarji taħt ġestjoni diretta

1.  Ir-riżorsi disponibbli għal impenji mill-FEMS, għall-perijodu mill-2014 sal-2020, dwar miżuri taħt ġestjoni diretta kif speċifikat fil-Kapitoli I sa II tat-Titolu VI għandhom ikunu ta’ EUR 647 275 400 fil-prezzijiet kurrenti.

2.  Għall-finijiet tal-Kapitoli I u II tat-Titolu VI, id-distribuzzjoni indikattiva tal-fondi fost l-objettivi li jinsabu fl-Artikoli 82 u 85, hija stabbilita fl-Anness IIa.

3.  Il-Kummissjoni tista’ tiddevja mill-perċentwali indikattivi msemmija fil-paragrafu 2 iżda mhux b’aktar minn 5 % tal-valur tal-pakkett finanzjarju f’kull każ.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 126, biex taġġusta l-perċentwali indikattivi fl-Anness III.

Artikolu 15

Rieżami ta’ nofs it-terminu

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni tal-Kapitolu I u II tat-Titolu VI, inkluża l-ħtieġa għal aġġustamenti tad-distribuzzjoni indikattiva tal-fondi kif stabbilit fl-Anness III, u għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2017, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksubin u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ‘tal-FEMS’.

Artikolu 16

Distribuzzjoni finanzjarja għall-ġestjoni kondiviża

1.  Ir-riżorsi disponibbli għal impenji mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 13(2) sa (7) għall-perijodu mill-2014 sal-2020 kif stabbilit fit-tabella fl-Anness II huma ddeterminati abbażi tal-kriterji oġġettivi li ġejjin:

(a) fir-rigward tat-Titolu V, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 76 u 77:

(i) il-livell tal-impjiegi fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura tal-baħar u tal-ilma ħelu, inkluż impjiegi fl-ipproċessar relatat;

(ii) il-livell ta’ produzzjoni fis-setturi tas-sajd u l-akkwakultura tal-baħar u tal-ilma ħelu, inkluż l-ipproċessar relatat; u

(iii) is-sehem tal-flotot tas-sajd kostali fuq skala żgħira fil-flotot tas-sajd;

(b) fir-rigward tal-Artikolu 76 u l-Artikolu 77:

(i) il-firxa tal-kompiti ta’ kontroll tal-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li jittieħed kont tad-daqs tal-flotta tas-sajd nazzjonali u d-daqs taż-żona tal-baħar li għandha tiġi kkontrollata, il-volum ta’ żbarki u l-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

(ii) ir-riżorsi ta’ kontroll disponibbli mqabbla mal-firxa tal-kompiti ta’ kontroll tal-Istat Membru, fejn il-mezzi disponibbli huma determinati bili jittieħed kont tal-għadd ta’ kontrolli mwettqa fuq il-baħar u ta’ spezzjonijiet ta’ żbark;

(iii) il-firxa tal-kompiti ta’ ġbir ta’ data tal-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li jittieħed kont tad-daqs tal-flotta tas-sajd nazzjonali, il-volum ta’ żbarki u l-kwantità tal-akkwakultura, l-ammont ta’ attivitajiet ta’ monitoraġġ xjentifiku fil-baħar u l-għadd ta’ stħarriġ li l-Istat Membru jkun qed jieħu sehem fih, u

(iv) ir-riżorsi disponibbli għall-ġbir ta’ data meta mqabbel mal-firxa tal-kompiti għall-ġbir ta’ data tal-Istat Membru, fejn il-mezzi disponibbli jiġu determinati filwaqt li jittieħed kont tar-riżorsi umani u l-mezzi tekniċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programm ta’ kampjunar nazzjonali għall-ġbir ta’ data;

(c) fir-rigward tal-miżuri kollha, l-allokazzjonijiet storiċi tal-fondi skont ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 u l-konsum storiku skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2006.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, “ li jistabbilixxu t-tqassim annwali tar-riżorsi globali għal kull Stat Membru.’



TITOLU IV

PROGRAMMAR



KAPITOLU I

Programmar għal miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża

Artikolu 17

Tħejjija tal-programmi operazzjonali

1.  Kull Stat Membru għandu jħejji programm operazzjonali waħdieni sabiex jimplimenta l-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6 ‘li għandhom jiġu kofinanzjati mill-FEMS.

2.  Il-programm operazzjonali għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru wara kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

3.  Għat-taqsima tal-programm operazzjonali msemmija fil-punt (n) tal-Artikolu 20(1) il-Kummissjoni għandha tadotta’ atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-prijoritajiet attwali tal-Unjoni għall-politika tal-infurzar u l-kontroll sal-‘31 ta’ Mejju 2014. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 127(2).

Artikolu 18

Kontenut tal-programm operazzjonali

1.  Minbarra l-elementi msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-programm operazzjonali għandu jinkludi:

(a) analiżi tas-sitwazzjoni f’termini tal-preġji, id-dgħufijiet, l-opportunitajiet u t-theddid u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet li għandhom jiġu indirizzati fiż-żona ġeografika, inklużi fejn rilevanti, il-baċiri tal-baħar, koperti mill-programm;

L-analiżi għandu jkun strutturat madwar il-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament u, fejn applikabbli, għandu jkun konsistenti mal-pjan strateġiku nazzjonali pluriennali għall-Akkwakultura msemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-progress biex jinkiseb status ambjentali tajjeb permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-baħar imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/56/KE. Il-ħtiġijiet speċifiċi rigward l-impjiegi, l-ambjent, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament, u l-promozzjoni tal-innovazzjoni għandhom jiġu vvalutati f’relazzjoni mal-prijoritajiet tal-Unjoni, bil-ħsieb li jiġu identifikati ir-reazzjonijiet l-aktar rilevanti fil-livell ta’ kull wieħed mill-prijoritajet relatati ma’ dawk l-oqsma;

(b) deskrizzjoni tal-istrateġija fit-tifsira tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li għandha turi li:

(i) għal kull waħda mill-prijoritajiet tal-Unjoni inklużi fil-programm, ikunu ġew stabbiliti miri adatti, abbażi tal-indikaturi ‘komuni msemmija fl-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament;

(ii) l-għażla tal-miżuri rilevanti ssegwi b’mod loġiku minn kull prijorità tal-Unjoni magħżula fil-programm b’kont meħud tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni ex ante u l-analiżi msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu. Fir-rigward tal-miżuri għall-waqfien permanenti tal-attivitajiet ta’ sajd skont l-Artikolu 34 ta’ dan ir-Regolament, id-deskrizzjoni tal-istrateġija għandha tinkludi l-miri u l-miżuri li għandhom jittieħdu għat-tnaqqis tal-kapaċità tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għandha tiġi inkluża wkoll deskrizzjoni tal-metodu għall-kalkolu tal-kumpens li għandu jingħata skont l-Artikoli 33 u 34 ta’ dan ir-Regolament;

(iii) l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji għall-prijoritajiet tal-Unjoni inklużi fil-programm hija ġustifikabbli u adegwata biex jintlaħqu l-miri stabbiliti;

(c) fejn adatt, il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni ta’ Natura 2000, kif stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 7 ), u l-kontribut tal-programm għall-istabbiliment ta’ netwerk koerenti taż-żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet tal-ħut kif stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(d) il-valutazzjoni tal-kundizzjonalitajiet ex ante speċifiċi msemmijin fl-Artikolu 9 u fl-Anness IV għal dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (EU) Nru 1303/2013;

(e) deskrizzjoni tal-qafas tal-prestazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 22 u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(f) lista tal-miżuri magħżula organizzati skont il-prijoritajiet tal-Unjoni;

(g) lista tal-kriterji applikati għall-għażla taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura skont il-Kapitolu III tat-Titolu V;

(h) lista tal-kriterji tal-għażla għall-istrateġiji ta’ żvilupp immexxijA mill-komunità skont il-Kapitolu III tat-Titolu V;

(i) fl-Istati Membri fejn aktar minn 1 000 bastiment jistgħu jitqiesu bħala bastimenti ta’ sajd kostali fuq skala żgħira, pjan ta’ azzjoni għall-iżvilupp, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-sajd kostali fuq skala żgħira;

(j) ir-rekwiżiti tal-evalwazzjoni u l-pjan ta’ evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati;

(k) pjan ta’ finanzjament li għandu jitfassal b’kont meħud tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament, li jikkonsisti minn:

(i) tabella li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni totali tal-FEMS ippjanata għal kull sena;

(ii) tabella li tistabbilixxi r-riżorsi applikabbli tal-FEMS u r-rata ta’ kofinanzjament skont il-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament u għall-assistenza teknika; b’deroga mir-regola ġenerali stipulata fl-Artikolu 94(2) ta’ dan ir-Regolament, dik it-tabella, fejn applikabbli, għandha tindika separatament ir-riżorsi tal-FEMS u r-rati tal-kofinanzjament li japplikaw għall-appoġġ imsemmi fl-Artikoli 33, 34, l-Artikolu 41(2), l-Artikoli 67 u 70, il-punti (a) sa (d) u (f) sa (l) tal-Artikolu 76(2), il-punt (e) tal-Artikolu 76(2) u l-Artikolu 77 ta’ dan ir-Regolament.

(l) informazzjoni dwar il-komplimentarjetà u l-koordinazzjoni mal-Fondi ESI u strumenti oħra rilevanti ta’ finanzjament tal-Unjoni u nazzjonali;

(m) l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, inklużi:

(i) identifikazzjoni tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 123 tar-Regolament Nru 1303/2013 u, għall-informazzjoni, deskrizzjoni fil-qosor tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll;

(ii) deskrizzjoni tar-rwoli rispettivi tal-FLAG (Grupp ta’ Azzjoni Lokali tas-Sajd), l-awtorità ta’ ġestjoni jew il-korp nominat għall-kompiti kollha ta’ implimentazzjoni relatati mal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

(iii) deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, kif ukoll il-kompożizzjoni ġenerali tal-kumitat ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(iv) id-dispożizzjonijiet li jiżguraw li l-programm jingħata pubbliċità f’konformità mal-Artikolu 119 ta’ dan ir-Regolament;

(n) lista tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-riżultati tal-konsultazzjoni ta’ dawk is-sħab;

(o) għall-objettiv li tiġi żgurata” konformità akbar permezz tal-kontroll imsemmi fl-Artikolu 6(3)(b) u f’konformità mal-prijoritajiet attwali adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(3):

(i) lista tal-korpi li jimplimentaw is-sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar u deskrizzjoni qasira tar-riżorsi umani u finanzjarji tagħhom disponibbli għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tas-sajd, u t-tagħmir maġġuri tagħhom disponibbli għall-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar tas-sajd, b’mod partikolari in-numru ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters;

(ii) l-objettivi globali tal-miżuri ta’ kontroll li għandhom jiġu implimentati bl-użu ta’ indikaturi komuni li għandhom ikunu stabbiliti skont l-Artikolu 109;

(iii) l-objettivi speċifiċi li għandhom jinkisbu f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6 u indikazzjoni dettaljata skont il-kategorija għall-perijodu kollu tal-programmazzjoni;

(p) għall-objettiv tal-ġbir ta’ data għall-ġestjoni sostenibbli tas-sajd msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 6(3) u f’konformità mal-programm pluriennali tal-Unjoni msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008:

(i) deskrizzjoni tal-attivitajiet tal-ġbir ta’ data, f’konformità mal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(ii) deskrizzjoni tal-metodi taL-ħżin ta’ data, il-ġestjoni tad-data u l-użu tad-data;

(iii) deskrizzjoni tal-kapaċità li tinkiseb ġestjoni finanzjarja u amministrattiva tajba tad-data miġbura;

It-taqsima tal-programm operazzjonali msemmija fil-punt (p) għandha tiġi ssupplimentata skont l-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament.

2.  Il-programm operazzjonali għandu jinkludi l-metodi għall-kalkolu tal-ispejjeż simplifikati msemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u spejjeż addizzjonali jew dħul mitluf f’konformità mal-Artikolu 96 ta’ dan ir-Regolament, u l-metodu għall-kalkolu tal-kumpens skont il-kriterji rilevanti identifikati għal kull waħda mill-attivitajiet implimentati taħt l-Artikolu 40(1), l-Artikoli 53, 54 u 55 il-punt (f) tal-Artikolu 56(1) u l-Artikolu 67 ta’ dan ir-Regolament. Fejn ikun rilevanti, għandha tiġi inkluża wkoll informazzjoni dwar pagamenti bil-quddiem lill-FLAGs skont l-Artikolu 62 ta’ dan ir-Regolament.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta’ atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-preżentazzjoni tal-elementi deskritti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

Artikolu 19

Approvazzjoni tal-programm operazzjonali

1.  Soġġett għall-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 l-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japprovaw il-programm operazzjonali.

2.  Għall-fini tal-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmijin fill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha teżamina l-probabbiltà li l-miżuri msemmija fil-punt (b)(ii) tal-Artikolu 18(1 ineħħu b’mod effettiv il-kapaċità żejda identifikata.

Artikolu 20

Emendar tal-programm operazzjonali

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japprovaw kwalunkwe emendi għall-programm operazzjonali.

2.  Sabiex tadatta għall-ħtiġijiet ta’ kontroll li dejjem jevolvu, il-Kummissjoni tista’, kull sentejn tadotta ‘atti ta’ implimentazzjoni “‘li jagħtu d-dettalji ta’ kwalunkwe bidla fil-prijoritajiet tal-Unjoni fil-politika ta’ infurzar u kontroll imsemmija fl-Artikolu 17(3) u l-operazzjonijiet eliġibbli korrispondenti li għandhom jiġu prijoritizzati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni ‘għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 127(2).

3.  L-Istati Membri għandhom jippreżentaw emenda għall-programm operazzjonali tagħhom, filwaqt li jieħdu kont tal-prijoritajiet ġodda stabbiliti fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, l-emendi għall-programm operazzjonali għandhom ikunu soġġetti għal proċedura simplifikata adottata f’konformità mal-Artikolu 22(2)4.

Artikolu 21

Pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir ta’ data

1.  Għall-fini tal-applikazzjoni tal-punt (p) tal-Artikolu 18(1) ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni permezz ta’ mezzi elettroniċi pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir ta’ data f’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 sal-31 ta’ Ottubru tas-sena qabel is-sena li minnha għandu japplika l-pjan ta’ ħidma, ħlief jekk ikun għadu japplika pjan eżistenti, f’liema każ huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dan. Il-kontenut ta’ dawk il-pjanijiet għandhom ikunu konsistenti mal-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li japprovaw il-pjanijiet ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Diċembru tas-sena qabel is-sena li minnha għandu japplika l-pjan ta’ ħidma.

Artikolu 22

Regoli dwar proċeduri u skedi ta’ żmien

1.  Il-Kummissjoni tista’ tadotta’ atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar il-proċeduri, il-format u l-iskedi ta’ żmien għal:

(a) l-approvazzjoni ta’ programmi operazzjonali;

(b) il-preżentazzjoni u l-approvazzjoni ta’ emendi fil-programmi operazzjonali, inkluż id-dħul fis-seħħ tagħhom u l-frekwenza tal-preżentazzjoni matul il-perijodu tal-ipprogrammar;

(c) il-preżentazzjoni u l-approvazzjoni ta’ emendi msemmija fl-Artikolu 20(3);

(d) il-preżentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir ta’ data.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

2.  Il-proċeduri u l-iskedi ta’ żmien għandhom jiġu ssimplifikati fil-‘każ ta’:

(a) emendi fil-programmi operazzjonali dwar it-trasferiment tal-fondi bejn il-prijoritajiet tal-Unjoni, kemm-il darba l-forndi trasferiti ma jaqbżux 10 % tal-ammont allokat għall-prijorità tal-Unjoni;

(b) emendi fil-programmi operazzjonali dwar l-introduzzjoni jew l-irtirar ta’ miżuri jew tipi ta’ operazzjonijiet rilevanti u informazzjoni u indikaturi relatati;

(c) emendi fil-programmi operazzjonali dwar bidliet fid-deskrizzjoni tal-miżuri, inklużi bidliet fil-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà;

▼C1

(d) l-emendi msemmija fl-Artikolu 20(3), kif ukoll fil-każ ta’ emendi oħrajn għat-taqsima tal-programm operazzjoni msemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 18(1).

▼B

3.  Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 33a, 33b u l-Artikolu 41(2).



KAPITOLU II

Programmazzjoni għal miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni diretta

Artikolu 23

Programm ta’ ħidma annwali

1.  Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tat-Titolu VI 2, il-Kummissjoni għandha tadotta, ‘atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu programmi ta’ ħidma annwali skont l-objettivi stabbiliti f’il-Kapitoli rispettivi. Għall-Kapitoli I u II tat-Titolu VI, dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

2.  Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jinkludu:

(a) deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati u l-objettivi segwiti għal kull attività li għandhom ikunu konformi mal-objettivi kif stipulati fl-Artikoli 82 u 85. Għandu jinkludi wkoll indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull attività, skeda taż-żmien ta’ implimentazzjoni indikattiva, kif ukoll informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom;

(b) għall-għotjiet u l-miżuri relatati, il-kriterji essenzjali ta’ evalwazzjoni, li għandhom jiġu stabbiliti b’tali mod li jintlaħqu bl-aħjar mod l-objettivi segwiti mill-programm operazzjonali, u r-rata massima ta’ kofinanzjament.



TITOLU V

MIŻURI FFINANZJATI TAĦT ĠESTJONI KONĠUNTA



KAPITOLU I

Żvilupp sostenibbli tas-sajd

Artikolu 24

Objettivi speċifiċi

L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi speċifiċi taħt il-prijorità tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 6(1).

Artikolu 25

Kondizzjonijiet ġenerali

1.  Is-sid ta’ bastiment tas-sajd li jkun irċieva appoġġ taħt dan il-Kapitolu ma għandux jittrasferixxi dak il-bastiment barra mill-Unjoni tal-inqas matul ħames snin wara d-data tal-pagament attwali ta’ dak l-appoġġ lill-benefiċjarju. Jekk bastiment jiġi ttrasferit f’dak il-perijodu ta’ żmien, is-somom imħallsin indebitament fir-rigward tal-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati mill-Istat Membru, f’ammont ‘proporzjonat għall-perijodu li matulu ma tkunx ġiet sodisfatta l-kunidizzjoni stipulata fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu.

2.  L-ispejjeż operattivi m’għandhomx ikunu eliġibbli dment li dan ma jkunx espressament previst b’mod ieħor f’dan il-Kapitolu.

3.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-FEMS għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 33 u 34 u għas-sostituzzjoni jew l-immodernizzar tal-magni prinċipali jew anċillari msemmija fl-Artikolu 41 ma għandhiex taqbeż l-ogħla limitu mit-tnejn li ġejjin:

(a) EUR 6 000 000 , jewż

(b) 15 % tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat mill-Istat Membru għall-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6(1), (2) u (5).

4.  Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mill-FEMS għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 29(4) ma għandhiex taqbeż 5 % mill-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokat għal kull Stat Membru.

5.  L-appoġġ li jirċievu s-sidien ta’ bastimenti skont l-Artikolu 33 għandu jitnaqqas mill-appoġġ mogħti lis-sidien tal-bastimenti skont l-Artikolu 34 għall-istess bastiment.

Artikolu 26

Innovazzjoni

►C1  1.  Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fis-sajd, il-FEMS jista’ jappoġġa operazzjonijiet li għandhom l-għan li ◄ jiżviluppaw jew jintroduċu prodotti u tagħmir ġodda jew sostanzjalment imtejba, proċessi u tekniki ġodda jew imtejba, u sistemi ta’ ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba, inkluż fil-livell tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni.

2.  L-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut mill-Istat Membru jew l-Unjoni. Dak il-korp xjentifiku jew tekniku għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.

3.  Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan l-Artikolu għandhom ikunu rreklamati b’mod adegwat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 119.

Artikolu 27

Servizzi ta’ konsulenza

1.  Sabiex jitjiebu l-prestazzjoni ġenerali u l-kompetittività tal-operaturi u għall-promozzjoni tas-sajd sostenibbli, il-FEMS jista’ jappoġġa:

▼C1

(a) studji dwar il-fattibbiltà u servizzi ta’ konsulenza li jivvalutaw il-vijabbiltà ta’ operazzjonijiet potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ taħt dan il-Kapitolu;

▼B

(b) l-għoti ta’ pariri professjonali dwar is-sostenibbiltà ambjentali, b’enfasi fuq il-limitazzjoni u, meta possibbli, l-eliminazzjoni tal-impatt negattiv tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar, terrestri u tal-ilma ħelu;

(c) l-għoti ta’ pariri professjonali dwar strateġiji ta’ negozju u kummerċjalizzazzjoni.

2.  L-istudji dwar il-fattibbiltà, is-servizzi ta’ konsulenza u l-konsulenza msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti minn korpi xjentifiċi, akkademiċi, professjonali jew tekniċi jew entitajiet li għandhom konsulenza ekonomika bil-kompetenzi meħtieġa.

3.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata lill-operaturi„ l-organizzazzjonijiet tas-sajjieda, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew il-korpi rregolati mid-dritt pubbliku.

4.  Fejn l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 ma jaqbiżx l-ammont ta’ EUR 4 000 , il-benefiċjarju jista’ jintgħażel permezz ta’ proċedura aċċellerata.

Artikolu 28

Sħubiji bejn xjenzjati u sajjieda

1.  Bil-għan tal-promozzjoni tat-trasferiment tal-għarfien bejn ix-xjenzjati u s-sajjieda, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) il-ħolqien ta’ netwerks, ftehimiet ta’ sħubija jew assoċjazzjonijiet bejn korp xjentifiku indipendenti wieħed jew aktar u sajjieda jew organizzazzjoni tas-sajjieda waħda jew aktar, li jistgħu jipparteċipaw fihom korpi tekniċi.

(b) l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tan-netwerks, ftehimiet ta’ sħubija jew assoċjazzjonijiet kif imsemmi fil-punt (a).

2.  L-attivitajiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jistgħu jkopru attivitajiet ta’ ġbir u ġestjoni tad-data, studji, proġetti pilota, id-disseminazzjoni ta’ għarfien u riżultati ta’ riċerka, seminars u l-aħjar prattiki.

3.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata lil korpi rregolati mid-dritt pubbliku, sajjieda, organizzazzjonijiet tas-sajjieda, FLAGs, u organizzazzjonijiet nongovernattivi.

Artikolu 29

Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali

1.  Bil-għan li jippromwovi l-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) taħriġ professjonali, tagħlim tul il-ħajja, proġetti konġunti,id-disseminazzjoni ta’ għarfien ta’ natura ekonomika, teknika, regolatorja jew xjentifika u ta’ prattiki innovattivi, u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda, marbuta b’mod partikolari mal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar, l-iġjene, is-saħħa, is-sikurezza, l-attivitajiet fis-settur marittimu, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija;

(b) netwerking u skambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn il-partijiet interessati, inkluż fost organizzazzjonijiet li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa, li jippromwovu r-rwol tan-nisa fil-komunitajiet tas-sajd u li jippromwovu lil gruppi sottorappreżentati involuti f’sajd kostali fuq skala żgħira jew f’sajd bil-wieqfa;

(c) id-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali jew lokali li jinvolvi s-sajjieda, l-imsieħba soċjali u partijiet interessati rilevanti oħrajn.

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata wkoll lil konjuġi ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashom jew, meta u dment li jkunu rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, is-sħab fil-ħajja ta’ sajjieda li jaħdmu għal rashomtaħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ).

3.  L-appoġġ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jista’ jingħata, għal perjodu massimu ta’ sentejn, għat-taħriġ ta’ persuni ta’ età iżgħar minn 30 sena, rikonoxxuti mill-Istat Membru bħala mingħajr impjieg(“apprendisti”). Tali appoġġ għandu jkun limitat għal taħriġ abbord bastiment tas-sajd kostali żgħir li jkun proprjetà ta’ sajjied professjonali li għandu mill-inqas 50 sena, ifformalizzat b’kuntratt bejn l-apprendist u s-sid tal-bastiment, meta dan ikun rikonoxxut mill-Istat Membru konċernat, inklużi korsijiet dwar il-prattiki tas-sajd sostenibbli u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013. L-apprendist għandu jkun akkumpanjat abbord minn sajjied professjonali li għandu mill-inqas 50 sena.

4.  L-appoġġ skont il-paragrafu 3 għandu jingħata lil sajjieda professjonali biex ikopru s-salarju tal-apprendist u spejjeż relatati, u għandu jiġi kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 57(4) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 b’kont meħud tas-sitwazzjoni ekonomika u l-istandards tal-għajxien tal-Istat Membru konċernat. Dak l-appoġġ ma għandux jaqbeż l-ammont massimu ta’ EUR 40 000 għal kull benefiċjarju matul il-perijodu ta’ programmazzjoni.

Artikolu 30

Diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ dħul

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tad-dħul tas-sajjieda permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplementari, inklużi investimenti abbord, turiżmu tas-sajd bil-qasba, restoranti, servizzi ambjentali marbuta mas-sajd u attivitajiet edukattivi dwar is-sajd.

2.  L-appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jingħata lis-sajjieda li:

(a) jippreżentaw pjan ta’ negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet ġodda tagħhom;

(b) għandhom ħiliet professjonali adegwati li jistgħu jinkisbu permezz ta’ operazzjonijiet iffinanzjati skont il-punt (a) tal-Artikolu 29(1).

3.  L-appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jingħata biss jekk l-attivitajiet komplementari jkunu marbutin man-negozju tas-sajd prinċipali tas-sajieda.

4.  L-ammont ta’ appoġġ mogħti taħt il-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż 50 % tal-baġit previst fil-pjan tan-negozju għal kull operazzjoni u ma għandux jaqbeż ammont massimu ta’ EUR 75 000 għal kull benefiċjarju.

Artikolu 31

Appoġġ għall-bidu (start-up) għal sajjieda żgħażagħ

1.  Il-FEMS jista’ jipprovdi appoġġ għat-tnedija ta’ negozji għal sajjieda żgħażagħ.

2.  L-appoġġ skont dan l-Artikolu jista’ jingħata biss fir-rigward tal-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd:

(a) li t-tul totali tiegħu huwa inqas minn 24 metru;

(b) li huwa attrezzat għas-sajd fuq il-baħar;

(c) li jkollu bejn 5 u 30 sena; u

(d) li jappartjeni għal taqsima mill-flotta li fir-rigward tagħha r-rapport dwar il-kapaċità ta’ sajd, imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013, ikun wera bilanċ ‘mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dik it-taqsima.

3.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-terminu “sajjieda żgħażagħ” jfisser persuna fiżika li trid takkwista bastiment tas-sajd għall-ewwel darba u li, fil-mument meta tippreżenta l-applikazzjoni, ma tkunx għalqet l-40 sena u tkun ilha taħdem tal-inqas ħames snin bħala sajjied jew tkun kisbet taħriġ vokazzjonali ekwivalenti. L-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu aktar il-kriterji objettivi għal sajjieda żgħażagħ sabiex ikunu eliġibbli għal appoġġ skont dan l-Artikolu.

4.  L-appoġġ skont dan l-Artikolu ma għandux ikun aktar minn 25 % tan-nefqa tal-akkwist ta’ bastiment tas-sajd, u fi kwalunkwe każ, ma għandux jaqbeż EUR 75 000 għal kull sajjied żagħżugħ.

Artikolu 32

Saħħa u sikurezza

1.  Sabiex itejjeb l-iġjene, is-saħħa, is-sikurezza u l-kondizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda, il-FEMS jista’ jappoġġa investimenti abbord jew fit-tagħmir individwali dment li dawn l-investimenti jmorru lil hinn mir-rekwiżiti skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

2.  L-appoġġ taħt dan l-Artikolu għandu jingħata lil sajjieda jew lil sidien ta’ bastimenti tas-sajd.

3.  Meta l-operazzjoni tikkonsisti f’investiment abbord, l-appoġġ ma għandux jingħata aktar minn darba għall-istess tip ta’ investiment matul il-perijodu ta’ programmazzjoni għall-istess bastiment tas-sajd. Meta l-operazzjoni tikkonsisti f’investiment f’tagħmir individwali, l-appoġġ ma għandux jingħata aktar minn darba għall-istess tip ta’ tagħmir matul il-perijodu ta’ programmazzjoni għall-istess benefiċjarju.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 126 sabiex tidentifika t-tipi ta’ operazzjonijiet eliġibbli skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 33

Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd

1.  Il-FEMS jista’ ‘jappoġġa miżuri għall-waqfien temporanju ta’ attivitajiet tas-sajd fil-każijiet li ġejjin:

(a) implimentazzjoni tal-miżuri tal-Kummissjoni jew tal-miżuri ta’ emerġenza tal-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 12 u 13 rispettivament tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ta’ miżuri ta’ konservazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, inklużi perijodi ta’ rkupru bijoloġiku;

(b) ftehimiet ta’ sħubiji dwar is-sajd sostenibbli jew protokolli għalihom mhux imġedda;

(c) waqfien temporanju jkun previst minn pjan ta’ ġestjoni adottat f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 ( 9 ) jew pjan pluriennali adottat skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fejn, abbażi ta’ parir xjentifiku, ikun meħtieġ tnaqqis fl-isforzi tas-sajd sabiex jintlaħqu l-objettivi msemmija fl-Artikoli 2(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 2(5) ‘tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata għal perijodu ta’ mhux iktar minn sitt xhur għal kull bastiment matul il-perijodu 2014 sa 2020.

3.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil:

(a) sidien ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd ta’ mill-inqas 120 ġurnata fuq il-baħar matul is-sentejn kalendarji qabel id-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ; jew

(b) sajjieda li jkunu ħadmu fuq il-baħar għal mill-inqas 120 ġurnata matul is-sentejn kalendarji qabel id-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien temporanju.

4.  L-attivitajiet tas-sajd kollha mwettqa mill-bastiment tas-sajd jew mis-sajjieda kkonċernati għandhom ikunu sospiżi b’mod effettiv. L-awtorità kompetenti għandha taċċerta ruħha li l-bastiment tas-sajd ikkonċernat jkun waqqaf kwalunkwe attività ta’ sajd matul il-perijodu kkonċernat mill-waqfien temporanju.

Artikolu 34

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa miżuri għall-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd biss meta dak isir permezz tad-demolizzjoni tal-bastimenti tas-sajd u dment li:

(a) tali demolizzjoni tkun inkluża fil-programm operazzjonali msemmi fl-Artikolu 18; u

(b) il-waqfien permanenti jkun previst bħala għodda ta’ pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 22(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 li jindika li t-taqsima tal-flotta mhijiex ibbilanċjata b’mod effettiv mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dik it-taqsima.

2.  L-appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jingħata lil:

(a) sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni rreġistrati bħala attivi u li jkunu wettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal mill-inqas 90 ġurnata kull sena matul l-aħħar sentejn kalendarji ta’ qabel id-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ; jew

(b) sajjieda li jkunu ħadmu fuq il-baħar abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni kkonċernat mill-waqfien permanenti għal mill-inqas 90 ġurnata kull sena matul l-aħħar sentejn kalendarji qabel id-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ.

3.  Is-sajjieda kkonċernati għandhom iwaqfu b’mod effettiv l-attivitajiet ta’ sajd kollha. Il-benfiċjarju għandu jipprovdi evidenza tal-waqfien effettiv mill-attivitajiet tas-sajd lill-awtorità kompetenti. Il-kumpens għandu jingħata lura fuq bażi pro rata temporis meta sajjied jerġa’ lura għal l-attività tas-sajd f’perijodu ta’ inqas minn sentejn mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ.

4.  L-appoġġ taħt dan l-Artikolu jista’ jingħata sal-31 ta’ Diċembru 2017.

5.  L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jitħallas biss wara li l-kapaċità ekwivalenti tkun tneħħiet permanentement mir-reġistru tal-Unjoni tal-flotta tas-sajd u wara li l-liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd ikunu wkoll irtirati b’mod permanenti. Il-benefiċjarju għandu jġi pprojbit milli jirreġistra bastiment tas-sajd ġdid fi żmien ħames snin wara li jkun wasal tali appoġġ. It-tnaqqis fil-kapaċità li jirriżulta mill-waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd bl- għajnuna pubblika għandu jirriżulta fit-tnaqqis ekwivalenti permanenti tal-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stipulata fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

6.  B’deroga mill-paragrafu 1, jista’ jingħata appoġġ għat-twaqqif permanenti ta’ attivitajiet tas-sajd ‘mingħajr demolizzjoni dment li l-bastimenti jinstallaw tagħmir biex jadattaw għal attivitajiet li mhumiex is-sajd kummerċjali.

B’żieda ma’ dan u bil-ħsieb li jiġi ppreservat il-wirt marittimu, jista’ jingħata appoġġ għat-twaqqif permamenti ta’ attivitajiet tas-saj’d mingħajr demolizzjoni, fil-każ ta’ bastimenti tal-injam tradizzjonali, dment li tali bastimenti jżommu funzjoni ta’ patrimonju fuq l-art.

Artikolu 35

Fondi reċiproċi għal avvenimenti klimatiċi negattivi u inċidenti ambjentali

1.  Il-FEMS jista’ jikkontribwixxi għal fondi reċiproċi biex jitħallas kumpens lil sajjieda għal telf ekonomiku kkawżat minn avvenimenti klimatiċi negattivi jew minn inċidenti ambjentali jew mill-ispejjeż ta’ salvataġġ ‘tas-sajjieda u tal-bastimenti tas-sajd f’każ li jkun hemm inċidenti fuq il-baħar matul l-attivitajiet tas-sajd.

2.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-terminu “fond reċiproku” jfisser skema akkreditata mill-Istat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, li tippermetti lil sajjieda affiljati biex dawn jagħmlu assigurazzjoni fuqhom infushom, fejn il-pagamenti ta’ kumpens isiru lil sajjieda affiljati għal telf ekonomiku kkawżat mill-ġrajjiet stipulati fil-paragrafu 1.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi evitat il-kumpens żejjed b’konsegwenza tal-kombinazzjoni tal-‘appoġġ taħt dan l-Artikolu ma’ strumenti oħra tal-Unjoni jew nazzjonali jew skemi tal-assigurazzjoni privati.

4.  Biex il-fond reċiproku jkun eliġibbli għall-appoġġ skont dan l-Artikolu, huwa għandu:

(a) ikun akkreditat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont il-liġi nazzjonali;

(b) ikollu politika trasparenti rigward id-depożiti fil-fond u l-ġbid minnu; u

(c) ikollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltà għal kwalunkwe dejn sostnut.

5.  L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu r-regoli għall-istabbiliment u l-ġestjoni tal-fondi reċiproċi, b’mod partikolari għall-għoti ta’ pagamenti ta’ kumpens u l-eliġibbiltà tas-sajjieda għal tali kumpens f’każ ta’ avvenimenti klimatiċi negattivi, inċidenti ambjentali jew inċidenti fuq il-baħar imsemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tal-konformità ma’ dawk ir-regoli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti relatati mal-fondi jipprevedu pieni fil-każ ta’ negliġenza min-naħa tas-sajjied.

6.  Avvenimenti klimatiċi negattivi, ‘inċidenti ambjentali jew inċidenti fuq il-baħar imsemmija fil-paragrafu 1 u 2 għandhom ikunu dawk rikonoxxuti formalment mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat bħala li jkunu seħħew.

7.  Il-kontribuzzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jkunu marbuta biss mal-ammonti mħallsa mill-fond reċiproku bħala kumpens finanzjarju lis-sajjieda. L-ispejjeż amministrattivi għall-istabbiliment tal-fondi reċiproċi ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-appoġġ billi japplikaw limiti massimi għal kull fond reċiproku.

8.  Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss biex jiġi kopert it-telf ikkawżat minn avvenimenti klimatiċi, inċidenti ambjentali jew inċidenti fuq il-baħar li jammontaw għal iktar minn 30 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-medja tal-fatturat annwali ta’ dak in-negozju matul it-tliet snin kalendarji preċedenti.

9.  L-ebda kontribuzzjoni mill-FEMS m’għandha ssir lill-kapital azzjonarju inizjali.

10.  Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jillimitaw l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-appoġġ billi jiġu applikati limiti massimi għal kull fond reċiproku, huma għandhom jipprovdu dettalji u ġustifikazzjonijiet fil-programmi operazzjonali tagħhom dwar il-limiti massimi tagħhom.

Artikolu 36

Appoġġ għas-sistemi ta’ allokazzjoni ta’opportunitajiet tas-sajd

1.  Sabiex l-attivitajiet tas-sajd jiġu adattati għall-opportunitajiet tas-sajd, il-FEMS jista’ jappoġġa d-disinn, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tas-‘sistemi li jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd.

2.  L-appoġġ skont dan l-Artikolu għandu jingħata lil awtoritajiet pubbliċi, persuni ġuridiċi jew fiżiċi jew organizzazzjonijiet ta’ sajjieda, rikonoxxuti mill-Istat Membru inkluż organizzazzjonijiet rikonoxxuti ta’ produtturi involuti fil-ġestjoni kollettiva tas-sistemi msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 37

Appoġġ għad-disinn u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u kooperazzjoi reġjonali

1.  Sabiex jiġu żgurati t-tfassil u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-miżuri ta’ konservazzjoni skont l-Artikoli 7, 8 u 11 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 18 ta’ dak ir-Regolament, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) it-tfassil, l-iżvilupp u l-monitoraġġ ta’ mezzi tekniċi u amministrattivi meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u reġjonalizzazzjoni;

(b) il-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u reġjonalizzazzjoni.

2.  Il-FEMS jista jappoġġa r-ripopolazzjoni diretta skont il-paragrafu 1 biss meta din stipulata bħala miżura ta’ konservazzjoni f’ att legali tal-Unjoni.

Artikolu 38

Limitazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-adattament tas-sajd għall-protezzjoni tal-ispeċijiet

1.  Sabiex tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar, tinkoraġġixxi l-eliminazzjoni gradwali tar-rimi u tiffaċilita t-transizzjoni għall-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-FEMS jista’ jappoġġa investimenti:

(a) f’tagħmir li jtejjeb il-kapaċità tal-għażla tad-daqs jew il-kapaċità tal-għażla tal-ispeċijiet tal-irkaptu tas-sajd;

(b) abbord jew f’tagħmir li jelimina r-rimi billi jevita u jnaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali jew li jittratta l-qabdiet mhux mixtieqa li jridu jiġu żbarkati f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(c) f’tagħmir li jillimita u, fejn possibbli, jelimina l-impatti fiżiċi u bijoloġiċi tas-sajd fuq l-ekosistema jew qiegħ il-baħar;

(d) f’tagħmir li jipproteġi l-irkaptu u l-qabdiet minn mammiferi u għasafar protetti bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE jew id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), dment li dan ma jimminax il-kapaċità tal-għażla tal-irkaptu tas-sajd u li jiġu introdotti l-miżuri kollha adatti biex jiġi evitat dannu fiżiku għall-predaturi.

2.  B’deroga mill-punt (a) tal-Artikolu 11, fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jingħata għal mezzi ta’ ġbir tal-ħut ankorati, kemm-il darba tali mezzi jikkontribwixxu għas-sajd sostenibbli u selettiv.

3.  L-appoġġ ma għandux jingħata aktar minn darba matul il-perijodu ta’ programmazzjoni għall-istess tip ta’ tagħmir, fuq l-istess bastiment tas-sajd tal-Unjoni.

4.  L-appoġġ għandu jingħata biss meta l-irkaptu jew tagħmir ieħor imsemmi taħt il-paragrafu 1 ikun juri b’mod ċar għażla ta’ daqs aħjar jew impatt iżgħar ċar fuq l-ekosistema u fuq l-ispeċijiet mhux fil-mira mill-irkaptu standard jew tagħmir ieħor permess skont il-liġi tal-Unjoni jew liġi nazzjonali rilevanti adottata fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni kif previst fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

5.  L-appoġġ għandu jingħata lil:

(a) sidien ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu rreġistrati bħala bastimenti attivi u li jkunu wettqu attività tas-sajd ta’ mill-inqas 60 ġurnata fuq il-baħar matul sentejn kalendarji qabel id-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ

(b) sajjieda li huma sidien tal-irkaptu li għandu jinbidel u dawk li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 ġurnata matul is-sentejn kalendarji qabel id-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ;

(c) organizzazzjonijiet ta’ sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru.

Artikolu 39

Innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar

1.  Sabiex jikkontribwixxi għall-eliminazzjoni gradwali tar-rimi u l-qabdiet mhux mixteqa u jiffaċilita t-transizzjoni għall-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u biex jitnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-impatt tal-predaturi protetti, il-FEMS jista’ jappoġġa operazzjonijiet maħsuba biex jiżviluppaw jew jintroduċu għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jnaqqas l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent, inkluż titjib fit-tekniki u l-kapaċità tal-għażla tal-irkaptu, jew maħsuba biex jinkiseb użu aktar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u koeżistenza mal-predaturi protetti.

2.  Operazzjonijiet iffinanzjati skont dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn jew f’kollaborazzjoni ma’ korp xjentifiku jew tekniku rikonoxxut mill-Istat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.

3.  Ir-riżultati tal-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan l-Artikolu għandhom ikunu rreklamati b’mod adegwat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 119.

4.  Il-bastimenti tas-sajd involuti fi proġetti ffinanzjati skont dan l-Artikolu ma għandhomx jaqbżu l-5 % tal-għadd ta’ bastimenti tal-flotot nazzjonali jew 5 % tat-tunnellaġġ tal-flotot nazzjonali f’tunnellaġġ gross, ikkalkolati fi żmien il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni. Fuq talba ta’ Stat Membru, f’ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq u abbażi ta’ rakkomandazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/629/KE ( 11 ), il-Kummissjoni tista’ tapprova proġetti li jaqbżu l-limitu stabbilit f’dan il-paragrafu.

5.  L-operazzjonijiet li ma jikkwalifikawx bħala relatati mas-sajd għal finijiet xjentifiċi f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u li jikkonsistu fl-ittestjar ta’ rkaptu jew tekniki ġodda għandhom jitwettqu fil-limiti tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istat Membru konċernat.

6.  Id-dħul nett iġġenerat mill-parteċipazzjoni tal-bastiment tas-sajd fl-operazzjoni għandu jitnaqqas mill-infiq eliġibbli tal-operazzjoni f’konformità mal-Artikolu 65(8) tar-Regolament(UE) Nru 1303/2013.

7.  Għall-fini tal-‘paragrafu 6, it-terminu “dħul nett”‘ifisser id-dħul għas-sajjieda mill-ewwel bejgħ tal-ħut jew frott tal-baħar bil-qoxra maqbud matul l-introduzzjoni u l-ittestjar tal-għarfien tekniku jew organizzazzjonali ġdid wara li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-bejgħ, bħat-tariffi tas-sala tal-irkant.

Artikolu 40

Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar u reġimi ta’ kumpens fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli

1.  Sabiex jiġu protetti u rkuprati l-ekosistemi u l-bijodiversità tal-baħar fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli, u fejn rilevanti bil-parteċipazzjoni tas-sajjieda, il-FEMS jista’ jappoġġa l-operazzjonijiet li ġejjin:

(a) il-ġbir mis-sajjieda tal-iskart mill-baħar, bħat-tneħħija ta’ rkaptu tas-sajd li jintilef u skart tal-baħar;

(b) il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora tal-baħar inklużi t-tħejjija xjentifika tagħhom, u l-evalwazzjoni;

(c) il-kontribut għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;

▼C1

(d) it-tħejjija inkluż l-istudji, it-tfassil, il-monitoraġġ u l-aġġornament ta’ pjanijiet ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni għal attivitajiet relatati mas-sajd marbutin mas-siti NATURA 2000 u miżuri ta’ protezzjoni ta’ spazji msemmija fid-Direttiva 2008/56/KE u relatati ma’ ħabitats speċjali oħrajn;

▼B

(e) il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta’ siti NATURA 2000 f’konformità mad-Direttivi 92/43/KEE ’ u 2009/147/KE, f’konformità mal-oqsfa ta’ azzjoni prijoritizzata skont id-Direttiva 92/43/KEE;

(f) il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta’ żoni protetti tal-baħar fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni ta’ spazji msemmija fl-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(g) iż-żieda fl-għarfien ambjentali li jinvolvi lis-sajjieda fir-rigward tal-protezzjoni u l-irkupru tal-bijodiversità fil-baħar.

(h) skemi għall-kumpens għal-ħsara li ssir lill-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttivi 92/43/KEE ‘u 2009/147/KE;

(i) il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi, bħall-irkupru ta’ ħabitats tal-baħar u kostali speċifiċi sabiex tiġi appoġġata s-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-ħut inkluż it-tħejjija xjentifika tagħhom, u l-evalwazzjoni;

2.  L-appoġġ skont il-punt (h) tal-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal rikonoxximent formali ta’ tali skemi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li ma jingħatax kumpens żejjed għad-danni bħala riżultat tal-kombinazzjoni tal-iskemi ta’ kumpens tal-Unjoni, dawk nazzjonali u dawk privati.

3.  L-operazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu implimentati minn korpi rregolati mid-dritt pubbliku ta’ natura xjentifika jew teknika, il-Kunsilli Konsultattivi, sajjieda, jew organizzazzjonijiet ta’ sajjieda li jkunu rikonoxxuti mill-Istat Membru, jew minn organizzazzjonijiet mhux governattivi fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet ta’ sajjieda jew fi sħubija mal-FLAGs.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 126 li jispeċifikaw l-ispejjeż eliġibbli għall-appoġġ skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 41

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.  Sabiex jiġu mitigati l-effetti tat-tibdil fil-klima u titjieb l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) investimenti f’tagħmir jew abbord bil-għan li jnaqqsu l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu jew il-gassijiet b’effett ta’ serra u jżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd. Investimenti fl-irkaptu tas-sajd huma eliġibbli wkoll dment li dawn ma jipperikolawx il-kapaċità tal-għażla marbuta ma’ dak l-irkaptu;

(b) awditi u skemi ta’ effiċjenza enerġetika;

(c) studji li jivvalutaw il-kontribut tas-sistemi ta’ propulsjoni alternattivi u d-disinn tal-buq fuq l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd.

2.  L-appoġġ għas-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magni prinċipali jew anċillari jista’ jingħata biss:

(a) għal bastimenti b’tul totali ta’ mhux iktar minn 12-il metru, dment li l-magna l-ġdida jew modernizzata ma jkollhomx iktar saħħa f’kW mill-magna ta’ bħalissa;

(b) għal bastimenti b’tul totali bejn 12 u 18-il-metru, dment li s-saħħa f’kW tal-magna l-ġdida jew modernizzata tkun tal-inqas 20 % inqas minn dik tal-magna ta’ bħalissa;

(c) għal bastimenti b’tul totali bejn 18 u 24 metru, dment li s-saħħa f’kW tal-magna l-ġdida jew modernizzata tkun tal-inqas 30 % inqas minn dik tal-magna ta’ bħalissa.

3.  L-appoġġ skont il-paragrafu 2 għas-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magni prinċipali jew anċillari jista’ jingħata biss lil bastimenti li jagħmlu parti minn taqsima mill-flotta li fir-rigward tagħha r-rapport dwar il-kapaċità ta’ sajd, imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, ikun wera bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dik it-taqsima.

4.  L-appoġġ skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata biss għas-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magni prinċipali jew anċillari li ġew iċċertifikati uffiċjalment f’konformità mal-Artikolu 40(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Dan għandu jitħallas biss wara li l-kapaċità f’kW li tkun tnaqqset kif meħtieġ, titneħħa permanentement mir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni.

5.  Għal bastimenti tas-sajd li mhumiex soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni tas-saħħa tal-magna, l-appoġġ skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jingħata biss għas-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magni prinċipali jew anċillari li fir-rigward tagħhom il-konsistenza tal-qawwa tal-magna tkun ġiet ivverifikata f’konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u spezzjonata fiżikament biex jiġi żgurat li ls-saħħa tal-magna ma taqbiżx dik stabbilita fil-liċenzji tas-sajd.

6.  It-tnaqqis tas-saħħa ta’ magna msemmi fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 2 jista’ jintlaħaq minn grupp ta’ bastimenti għal kull kategorija ta’ bastimenti ‘f’dawk il-punti.

7.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(3), l-appoġġ mill-FEMS taħt il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż l-ogħla limitu mit-tnejn li ġejjin:

(a) EUR 1.5 miljun jew

(b) 3 % tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni allokaa mill-Istat Membru għall-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6(1), (2) u (5).

8.  L-applikazzjonijiet li jsiru minn operaturi mis-settur tas-sajd kostali fuq skala żgħira għandhom jiġu trattati bħala prijorità sa 60 % tal-appoġġ totali mogħti allokat bil-għan tas-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magni ewlenin jew anċillari msemmi fil-paragrafu 2 fuq il-perijodu kollu ta’ programmazzjoni.

9.  L-appoġġ skont il-paragrafi 1 u 2 għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd u ma għandux jingħata aktar minn darba għall-istess tip ta’ investiment matul il-perijodu ta’ programmazzjoni għall-istess bastiment tas-sajd.

10.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 126 li jispeċifikaw l-ispejjeż li huma eliġibbli għall-appoġġ skont il-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 42

Il-valur miżjud, il-kwalità tal-prodotti u l-użu ta’ qabdiet mhux mixtieqa

1.  Sabiex jitjieb il-valur miżjud jew il-kwalità tal-ħut li jinqabad, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) l-investimenti li jżidu l-valur tal-prodotti tas-sajd, b’mod partikolari billi s-sajjied ikun jista’ jwettaq l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ dirett tal-qabdiet tiegħu stess;

(b) investimenti innovattivi abbord li jtejbu l-kwalità tal-prodotti tas-sajd.

2.  L-appoġġ imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jingħata bil-kondizzjoni li jintużaw irkapti selettivi biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-qabdiet mhux mixtieqa u għandu jingħata biss lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jkunu wettqu attività ta’ sajd għal mill-inqas 60 jum fuq il-baħar matul is-sentejn kalendarji qabel id-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-appoġġ.

Artikolu 43

Portijiet tas-sajd, siti ta’ żbark, swali tal-irkant u postijiet ta’ kenn

1.  Għall-fini li jitjiebu l-kwalità, il-kontroll u t-traċċabbiltà tal-prodotti żbarkati, li jkun hemm iktar effiċjenza enerġetika, li jsir kontribut għall-protezzjoni ambjentali u li jitjiebu l-kondizzjonijiet tas-sigurtà u x-xogħol, il-FEMS jista’ jappoġġa investimenti li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, is-swali tal-irkant jew is-siti ta’ żbark u l-kennijiet, inklużi investimenti f’faċilitajiet għal ġbir ta’ skart u skart fil-baħar.

2.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mal-obbligu tal-iżbark tal-qabdiet kollha skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 kif ukoll sabiex jiżdied il-valur tal-komponenti tal-qabda li mhumiex użati biżżejjed, il-FEMS tista’ tappoġġa investimnti fil-portijiet tas-sajd, is-swali tal-irkant, is-siti tal-iżbark u l-kennijiet.

3.  Sabiex tittejjeb is-sikurezza tas-sajjieda, il-FEMS jista’ jappoġġa investimenti fil-kostruzzjoni jew il-modernizzazzjoni tal-postijiet ta’ kenn.

4.  L-appoġġ ma għandux ikopri l-kostruzzjoni ta’ portijiet ġodda, siti ta’ żbark ġodda jew swali tal-irkant ġodda.

Artikolu 44

Sajd f’ilmijiet interni u fawna u flora akkwatiċi f’ilmijiet interni

1.  Sabiex jitnaqqas l-impatt tas-sajd f’ilmijiet interni fuq l-ambjent, biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika, biex jitjieb il-valur jew il-kwalità tal-ħut żbarkat, jew biex jitjiebu l-kondizzjonijiet tas-saħħa, tas-sikurezza, u tax-xogħol, il-kapital uman u t-taħriġ, il-FEMS jista’ jappoġġa l-investimenti li ġejjin:

(a) il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali kif imsemmi fl-Artikolu 29 u bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(b) abbord jew f’tagħmir individwali msemmi fl-Artikolu 32 u bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(c) f’tagħmir u tipi ta’ operazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikoli 38 u 39 u bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dawk l-Artikoli;

(d) it-titjib tal-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tat-tibdil fil-klima kif imsemmi fl-Artikolu 41 u bl-istess kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;

(e) it-titjib tal-valur jew il-kwalità tal-ħut li jinqabad kif imsemmi fl-Artikolu 42 u bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.

(f) fil-portijiet tas-sajd, postijiet ta’ kenn u siti ta’ żbark kif imsemmi fl-Artikolu 43 u bil-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.

▼C1

2.  l-FEMS jista’ jipprovdi appoġġ għal investimenti relatati mal-bidu (start-up) ta’ negozji għal sajjieda żgħażagħ kif imsemmi fl-Artikolu 31 u bl-istess kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu għajr għar-rekwiżit taħt il-punti (b) u (d) tal-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu.

▼B

3.  Il-FEMS jista’ jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp u l-faċilitazzjoni tal-innovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 26, għas-servizzi konsultattivi f’konformità mal-Artikolu 27 u s-sħubiji bejn ix-xjenzjati u s-sajjieda f’konformità mal-Artikolu 28.

4.  Sabiex tiġi promossa d-diversifikazzjoni mis-sajjieda tal-ilmijiet interni, il-FEMS jista’ jappoġġa d-diversifikazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd f’ilmijiet interni għal attivitajiet komplementari bil-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 30.

5.  Għall-finijiet tal-paragrafu 1:

(a) ir-referenzi fl-Artikoli 30, 32, 38, 39, 41 u 42 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal bastimenti li joperaw b’mod esklużiv f’ilmijiet interni;

(b) ir-referenzi fl-Artikolu 38 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent fejn jopera l-bastiment tas-sajd f’ilmijiet interni.

6.  Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akkwatiċi, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta’ siti NATURA 2000, li huma affettwati mill-attivitajiet ta’ sajd u r-riabilitazzjoni tal-ilmijiet interni f’konformità mad-Direttiva 60/2000/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), inklużi l-postijiet fejn ibid il-ħut u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċijiet migratorji, mingħajr preġudizzju għall-punt (e) tal-Artikolu 40(1) ta’ dan ir-Regolament u, fejn rilevanti bil-parteċipazzjoni tas-sajjieda fl-ilmijiet interni;

(b) il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-installazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora akkwatiċi inklużi t-tħejjija xjentifika, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom.

7.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti li jirċievu appoġġ skont dan l-Artikolu jibqgħu joperaw b’mod esklużiv fl-ilmijiet interni.



KAPITOLU II

Żvilupp sostenibbli tal-akkwakultura

Artikolu 45

Objettivi Speċifiċi

L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi speċifiċi taħt il-prijorità tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 6 (2).

Artikolu 46

Kondizzjonijiet ġenerali

1.  L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jkun limitat għall-impriżi tal-akkwakultura sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f’dan ir-Regolament.

2.  Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, imprendituri li jidħlu fis-settur għandhom jipprovdu pjan ta’ negozju u, meta l-ammont tal-investimenti ikun ta’ aktar minn EUR 50 000 , għandhom jipprovdu studju dwar il-fattibbiltà li jinkludi valutazzjoni ambjentali. L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jingħata biss meta jkun intwera b’mod ċar, f’rapport ta’ kummerċjalizzazzjoni indipendenti, li jeżistu prospetti tas-suq tajbin u sostenibbli għall-prodott.

3.  Fejn l-operazzjonijiet ikunu jikkonsistu minn investimenti f’tagħmir jew infrastruttura li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti futuri relatati mal-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-iġjene jew it-trattament xieraq tal-annimali skont il-liġi tal-Unjoni, l-appoġġ jista’ jingħata sad-data li fiha tali rekwiżiti isiru obbligatorji għall-intrapriżi.

4.  L-appoġġ ma għandux jingħata għat-trobbija ta’ organiżmi ġenetikament modifikati.

5.  Ma għandux jingħata appoġġ għal operazzjonijiet tal-akkwakultura f’żoni tal-baħar protetti, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li l-operazzjoni tiġġenera impatt ambjentali negattiv sinifikanti li ma jistax jittaffa b’mod adegwat.

Artikolu 47

Innovazzjoni

1.  Sabiex tiġi stimolata l-innovazzjoni fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġa operazzjonijiet li għandhom l-għan li:

(a) jiżviluppaw għarfien tekniku, xjentifiku jew organizzattiv f’farms tal-akkwakultura, li jnaqqas, b’mod partikolari, l-impatt fuq l-ambjent,inaqqas id-dipendenza fuq l-għalf u ż-żejt tal-ħut, jinkoraġġixxi użu sostenibbli tar-riżorsi fl-akkwakultura, itejjeb it-trattament xieraq tal-annimali jew jiffaċilita metodi ta’ produzzjoni ġodda sostenibbli;

(b) jiżviluppaw jew jintroduċu fis-suq speċijiet ġodda tal-akkwakultura b’potenzjal tajjeb għas-suq, prodotti ġodda jew li jkunu ttejbu b’mod sostanzjali, proċessi ġodda jew imtejba jew sistemi ta’ ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba;

(c) jesploraw il-fattibbiltà teknika jew ekonomika tal-innovazzjonijiet, il-prodotti jew il-proċessi.

2.  L-operazzjonijiet skont dan l-Artikolu għandhom jitwettqu minn jew f’kollaborazzjoni ma’ korpi xjentifiċi jew tekniċi pubbliċi jew privati, kif rikonoxxuti mill-‘Istat Membru, li għandhom jivvalidaw ir-riżultati ta’ dawn l-operazzjonijiet.

3.  Ir-riżultati tal-operazzjonijiet li jirċievu l-appoġġ għandhom ikunu reklamati b’mod adegwat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 119.

Artikolu 48

Investimenti produttivi fl-akkwakultura

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) l-investimenti produttivi fl-akkwakultura;

(b) id-diversifikazzjoni tal-produzzjoni fl-akkwakultura u l-ispeċijiet ikkultivati;

(c) il-modernizzazzjoni tal-unitajiet tal-akkwakultura inkluż it-titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-sikurezza tal-ħaddiema fis-settur tal-akkwakultura;

(d) it-titjib u l-modernizzazzjoni relatati mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali inkluż ix-xiri ta’ tagħmir li għandu l-għan li jipproteġi lill-farms tal-ħut mill-predaturi selvaġġi;

(e) l-investimenti li jnaqqsu l-impatt negattiv jew isaħħu l-effetti pożittivi fuq l-ambjent u aktar effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;

(f) l-investimenti fit-tisħiħ tal-kwalità ta’, jew fiż-żieda tal-valur għal prodotti tal-akkwakultura;

(g) l-irkupru tal-għadajjar jew il-laguni eżistenti tal-akkwakultura permezz tat-tneħħija tal-ħama, jew investimenti mmirati li jipprevjenu d-depożitu tal-ħama;

(h) id-diversifikazzjoni tad-dħul tal-intrapriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplementari;

(i) l-investimenti li jirriżultaw fi ‘tnaqqis sostanzjali fl-impatt tal-impriżi tal-akkwakultura fuq l-użu u l-kwalità tal-ilma, b’mod partikolari permezz ta’ tnaqqis tal-ammont ta’ ilma jew sustanzi kimiċi, antibijotiċi jew mediċini oħra li jintużaw jew permezz ta’ titjib tal-kwalità tal-ilma prodott, inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi tal-akkwakultura multitrofiċi;

(j) il-promozzjoni ta’ akkwakultura b’sistemi magħluqa fejn il-prodotti akkwatiċi jitrabbew f’sistemi magħluqa ta’ riċirkolazzjoni, sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-użu tal-ilma;

(k) investimenti li jżidu l-effiċjenza enerġetika u l-promozzjoni tal-konverżjoni tal-impriżi tal-akkwakultura għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

2.  L-appoġġ skont il-punt (h) tal-paragrafu 1 għandu jingħata biss lill-intrapriżi tal-akkwakultura jekk l-attivitajiet komplementari jkunu relatati man-negozju prinċipali tal-intrapriża fis-settur tal-akkwakultura, inkluż it-turiżmu tas-sajd bil-qasba, servizzi ambjentali tal-akkwakultura jew attivitajiet edukattivi dwar l-akkwakultura.

3.  L-appoġġ skont il-paragrafu 1 jista’ jingħata biex tiżdied il-produzzjoni u/jew il-modernizzazzjoni tal-impriżi eżistenti fis-settur tal-akkwakultura jew għall-kostruzzjoni ta’ impriżi ġodda dment li l-iżvilupp ikun konsistenti mal-pjan strateġiku nazzjonali pluriennali għall-iżvilupp tal-akkwakultura kif imsemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 49

Servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għal farms fis-settur tal-akkwakultura

1.  Sabiex jittejbu l-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-farms fis-settur tal-akkwakultura u bil-għan li jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-operazzjonijiet tagħhom, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) l-istabbiliment ta’ servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura;

(b) ix-xiri ta’ servizzi ta’ konsulenza għall-farms ta’ natura teknika, xjentifika, legali, ambjentali jew ekonomika.

2.  Is-servizzi ta’ konsulenza msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom ikopru:

(a) il-ħtiġijiet ta’ ġestjoni li jippermettu lill-farms fis-settur tal-akkwakultura jkunu konformi mal-leġislazzjoni ambjentali tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-ippjanar spazjali marittimu;

▼C1

(b) il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali kif imsemmi fid-Direttiva 2001/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ) u d-Direttiva 92/43/KEE;

▼B

(c) il-ħtiġijiet ta’ ġestjoni li jippermettu lill-farms fis-settur tal-akkwakultura sabiex farms tal-akkwakultura jkunu konformi mal-leġislazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali akkwatiċi jew dik dwar is-saħħa pubblika;

(d) l-istandards tas-saħħa u s-sikurezza bbażati fuq il-leġislazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali;

(e) l-istrateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni u n-negozju.

3.  Is-servizzi ta’ konsulenza msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jingħataw minn korpi xjentifiċi jew tekniċi kif ukoll minn entitajiet li jipprovdu konsulenza legali jew ekonomika bil-kompetenza meħtieġa kif rikonoxxuti mill-Istat Membru.

4.  L-appoġġ skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil korpi rregolati mid-dritt pubbliku jew entitajiet oħrajn, magħżula mill-Istat Membru sabiex jistabbilixxu s-servizzi ta’ konsulenza għall-farms. L-appoġġ skont il-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jingħata biss lill-SMEs fis-settur tal-akkwakultura jew lill-organizzazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-akkwakultura u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-akkwakultura.

5.  Meta l-appoġġ ma jaqbiżx EUR 4 000 , il-benefiċjarju jista’ jintgħażel permezz ta’ proċedura aċċelerata.

6.  Il-benfiċjarji ma għandhomx jirċievu appoġġ aktar minn darba fis-sena għal kull kategorija ta’ servizzi ta’ konsulenza msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 50

Promozzjoni tal-kapital uman u netwerking

1.  Sabiex jippromwovi l-kapital uman u n-netwerking fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, id-disseminazzjoni ta’ għarfien xjentifiku u tekniku u l-prattiki innovattivi, il- il-kisba ta’ ħiliet professjonali ġodda fis-settur tal-akkwakultura u fir-rigward tat-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura;

(b) it-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

(c) in-netwerking u l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aqwa prattiki fost l-intrapriżi fis-settur tal-akkwakultura jew l-organizzazzjonijiet professjonali u partijiet interessati oħrajn, inklużi korpi xjentifiċi u tekniċi jew dawk li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.

2.  L-appoġġ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ma għandux jingħata lill-intrapriżi kbar fis-settur tal-akkwakultura dment li dawn ikunu involuti fl-iskambju ta’ għarfien mal-SMEs.

3.  B’deroga mill-Artikolu 46, l-appoġġ taħt dan l-Artikolugħandu jingħata wkoll lill-organizzazzjonijiet pubbliċi jew semi-pubbliċi u organizzazzjonijiet oħrajn rikonoxxuti mill-Istat Membru.

4.  L-appoġġ taħt dan l-Artikolu għandu jingħata wkoll lill-konjuġi ta’ persuni li jaħdmu għal rashom fil-farms fis-settur tal-akkwakultura jew, meta u sakemm ikunu rikonoxxuti mil-liġi nazzjonali, lis-sħab fil-ħajja ta’ akkwakulturisti li jaħdmu għal rashom taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/41/UE.

Artikolu 51

Potenzjal akbar għas-siti tal-akkwakultura

1.  Sabiex jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-siti u l-infrastrutturi tal-akkwakultura, u sabiex inaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-operazzjonijiet, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) l-identifikazzjoni u l-immappjar tal-aktar żoni adatti għall-iżvilupp tal-akkwakultura, u, filwaqt li jiġu kkunsidrati fejn applikabbli l-proċessi tal-ippjanar spazjali, u l-identifikazzjoni u l-immappjar ta’ żoni fejn l-akkwakultura għandha tiġi eskluża sabiex jinżamm ir-rwol ta’ dawn iż-żoni fil-funzjonament tal-ekosistema;

(b) it-titjib u l-iżvilupp ta’ faċilitajiet u infrastrutturi ta’ appoġġ meħtieġa biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura u biex jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-akkwakultura, inkluż investimenti fil-konsolidazzjoni tal-art, il-forniment tal-enerġija jew il-ġestjoni tal-ilma;

(c) l-azzjoni meħuda u implimentata mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/147/KE jew l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43/KEE bil-għan li tipprevjeni dannu serju fis-settur tal-akkwakultura;

(d) l-azzjoni meħuda u implimentata mill-awtoritajiet kompetenti wara li jkun inkixef numru ikbar ta’ mwiet jew mard kif previst fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ( 14 ). Dawk l-azzjonijiet jistgħu jkopru l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni relatati mal-frott tal-baħar bil-qoxra, li għandhom l-għan ta’ protezzjoni, irkupru u ġestjoni, inkluż l-għoti ta’ appoġġ lill-produtturi ta’ frott tal-baħar bil-qoxra għall-manutenzjoni ta’ sikek naturali għall-frott tal-baħar bil-qoxra u żoni ta’ qbid.

2.  Il-benefiċjarji tal-appoġġ skont dan l-Artikolu għandhom ikunu biss korpi rregolati mid-dritt pubbliku jew korpi privati fdati mill-Istat Membru bil-kompiti msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 52

Inħeġġu akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli

1.  Sabiex irawwem l-imprenditorija fl-akkwakultura, il-FEMS jista’ jappoġġa l-istabbiliment ta’ impriżi tal-akkwakultura sostenibbli minn akkwakulturisti ġodda.

2.  L-appoġġ skont il-paragrafu 1 għandu jingħata lill-akkwakulturisti li jidħlu fis-settur dment li dawn:

(a) ikollhom kompetenzi u ħiliet professjonali adegwati;

(b) stabbilixxew għall-ewwel darba impriża mikro jew żgħira fis-settur tal-akkwakultura bħala maniġers ta’ dik l-impriża; u

(c) jippreżentaw pjan tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom fl-akkwakultura.

3.  Sabiex jiksbu ħiliet professjonali adegwati, l-akkwakulturisti li jidħlu fis-settur jistgħu jibbenifikaw mill-appoġġ skont il-punt (a) tal-Artikolu 50(1).

Artikolu 53

Konverżjoni għal skemi tal-immaniġġjar u l-awditjar tal-ambjent u l-akkwakultura organika

1.  Sabiex jiġi promoss l-iżvilupp tal-akkwakultura organika jew l-akkwakultura effiċjenti fl-użu tal-enerġija, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) il-konverżjoni tal-metodi konvenzjonali ta’ produzzjoni fis-settur tal-akkwakultura f’akkwakultura organika fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 ( 15 ) u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 ( 16 );

(b) il-parteċipazzjoni fl-iskemi tal-immaniġġjar u l-awditjar tal-ambjent (EMAS) stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 17 )

2.  L-appoġġ għandu jingħata biss lil benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom li jipparteċipaw fl-EMAS għal mhux inqas minn tliet snin jew li jikkonformaw għal mhux inqas minn ħames snin mar-rekwiżiti tal-produzzjoni organika.

3.  L-appoġġ għandu jieħu l-forma ta’ kumpens għal mhux aktar minn tliet snin matul il-perijodu tal-konverżjoni tal-intrapriża għall-produzzjoni organika jew matul it-tħejjija għall-parteċipazzjoni fl-EMAS. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw dak il-kumpens abbażi ta’:

(a) it-telf tad-dħul jew l-ispejjeż addizzjonali mġarrba matul il-perijodu ta’ transizzjoni mill-produzzjoni konvenzjonali fi produzzjoni organika għall-operazzjonijiet eliġibbli skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 jew

(b) l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-applikazzjoni u t-tħejjija tal-parteċipazzjoni fl-EMAS ‘għal operazzjonijiet eliġibbli skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.

Artikolu 54

Akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali

1.  Sabiex jitrawwem l-iżvilupp ta’ akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) il-metodi ta’ akkwakultura li huma kompatibbli ma’ ħtiġijiet ambjentali speċifiċi u soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi ta’ ġestjoni li jirriżultaw min-nomina ta’ żoni NATURA 2000 f’konformità mad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

(b) il-parteċipazzjoni, f’termini ta’ spejjeż relatati b’mod dirett magħha, fil-konservazzjoni ex-situ u r-riproduzzjoni tal-annimali akkwatiċi, fi ħdan il-qafas tal-programmi ta’ konservazzjoni u l-irkupru tal-bijodiversità żviluppati mill-awtoritajiet pubbliċi, jew taħt is-superviżjoni tagħhom;

(c) l-operazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura inkluż il-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent u tal-bijodiversità u l-ġestjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali taż-żoni tal-akkwakultura.

2.  L-appoġġ skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba u/jew id-dħul mitluf bħala konsegwenza tar-rekwiżiti tal-ġestjoni fiż-żoni kkonċernati, b’rabta mal-implimentazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 92/43/KEE jew 2009/147/KE.

3.  L-appoġġ skont il-punt (c) tal-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil benefiċjarji li jimpenjaw ruħhom għal mhux inqas minn perijodu ta’ ħames snin li jissodisfaw ir-rekwiżiti akkwaambjentali li jmorru lil hinn mis-sempliċi applikazzjoni tal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni. Il-benefiċċji ambjentali tal-operazzjoni għandhom jintwerew permezz ta’ valutazzjoni minn qabel imwettqa minn korpi kompetenti nnominati mill-Istat Membru, sakemm il-benefiċċji ambjentali ta’ dik l-operazzjoni ma jkunux diġà rikonoxxuti.

4.  L-appoġġ skont il-punt (c) tal-paragrafu 1) għandu jieħu l-forma ta’ kumpens annwali għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba u/jew id-dħul mitluf.

5.  Ir-riżultati tal-operazzjonijiet li jirċievu l-appoġġ skont dan l-Artikolu għandhom ikunu rreklamati b’mod adegwat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 119.

Artikolu 55

Miżuri tas-saħħa pubblika

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa l-kumpens lill-persuni li jaħdmu fil-farms tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tar-rakkolta ta’ molluski mrobbija, meta tali sospensjoni sseħħ esklużivament għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.

2.  L-appoġġ jista’ jingħata biss fejn is-sospensjoni tar-rakkolta minħabba l-kontaminazzjoni tal-molluski tkun il-konsegwenza tal-proliferazzjoni ta’ plankton li jipproduċi t-tossina jew tal-preżenza ta’ plankton li fih il-bijotossini, u dment li:

(a) il-kontaminazzjoni ddum għal aktar minn erba’ xhur konsekuttivi; jew

(b) it-telf, li jirriżulta mis-sospensjoni tal-ħsad, jammonta għal aktar minn 25 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-fatturat medju ta’ dak in-negozju matul it-tliet snin qabel is-sena li fiha il-ħsad ikun sospiż.

Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali għall-kalkolu fir-rigward ta’ kumpanniji b’attività ta’ inqas minn tliet snin.

3.  It-tul ta’ żmien li għalih jista’ jingħata l-kumpens għandu jkun ta’ mhux aktar minn 12-il xahar matul il-perijodu kollu ta’ programmazzjoni. F’każijiet debitament iġġustifikati, dan jista’ jiġi estiż darba għal massimu ta’ 12-il xahar, sa massimu f’daqqa ta’ 24 xahar.

Artikolu 56

Miżuri għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali

1.  Bil-għan tal-promozzjoni tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali fl-intrapriżi fis-settur tal-akkwakultura, fost l-oħrajn f’termini ta’ prevenzjoni u bijosigurtà, il-FEMS jista’ jappoġġa:

▼C1

(a) l-ispejjeż għall-kontroll u l-qerda tal-mard fis-settur tal-akkwakultura skont ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 18 ), inkluż l-ispejjeż operazzjonali meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-obbligi fi pjan ta’ qerda tal-mard;

▼B

(b) l-iżvilupp tal-aqwa prattiki ġenerali u speċifiċi għall-ispeċijiet jew kodiċijiet ta’ mġiba dwar il-bijosigurtà jew dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali fis-settur tal-akkwakultura;

(c) l-inizjattivi li għandhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza tal-akkwakultura fuq mediċina veterinarja;

(d) studji veterinarji jew farmaċewtiċi u d-disseminazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki, dwar mard veterinarju fl-akkwakultura bil-għan tal-promozzjoni ta’ użu adatt ta’ mediċina veterinarja;

(e) l-istabbiliment u l-funzjonament tal-gruppi għall-protezzjoni tas-saħħa fis-settur tal-akkwakultura kif rikonoxxuti mill-Istati Membri;

(f) kumpens lill-persuni li jaħdmu fil-farms tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tal-attivitajiet tagħhom minħabba mortalità eċċezzjonali tal-massa, jekk ir-rata tal-mortalità taqbeż l-20 % jew jekk it-telf li jirriżulta mis-sospensjoni tal-attività jammonta għal iktar minn 35 % tal-fatturat annwali ta’ dak in-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-medja tal-fatturat tan-negozju matul it-tliet snin kalendrarji qabel is-sena li fiha l-attivitajiet kienu sospiżi.

2.  L-appoġġ skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 ma għandux ikopri x-xiri ta’ mediċini veterinarji.

3.  Ir-riżultati tal-istudji ffinanzjati skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu rrappurtati u rreklamanti b’mod adegwat mill-Istat Membru skont l-Artikolu 119.

4.  L-appoġġ jista’ jingħata wkoll lill-korpi rregolati mid-dritt pubbliku.

Artikolu 57

Assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura

1.  Sabiex jiġi salvagwardjat id-dħul tal-produtturi fis-settur tal-akkwakultura, il-FEMS jista’ jikkontribwixxi għal assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura li tkopri t-telf ekonomiku dovut għal tal-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) diżastri naturali;

(b) avvenimenti klimatiċi negattivi;

(c) bidliet f’daqqa fil-kwalità u l-kwantità tal-ilma li l-operatur ma jkunx responsabbli għalihom;

(d) mard fis-settur tal-akkwakultura, ħsarat fil-faċilitajiet tal-produzzjoni jew il-qerda tagħhom, li l-operatur ma jkunx responsabbli għalihom.

2.  L-okkorrenza taċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 fl-akkwakultura għandhom jiġu rikonoxxuti formalment bħala tali mill-Istat Membru kkonċernat.

3.  Fejn dan ikun xieraq, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu minn qabel kriterji li abbażi tagħhom għandu jitqies li ngħata ir-rikonoxximent formali imsemmi fil-paragrafu 2.

4.  L-appoġġ għandu jingħata biss għal kuntratti ta’ assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura li jkopru t-telf ekonomiku, kif jingħad fil-paragrafu 1 li jaqbeż it-30 % tal-medja tal-fatturat annwali tal-akkwakulturist’ikkalkulat abbażi tal-fatturat medju annwali ta’ akkwakulturist fuq tliet snin kalendarji qabel is-sena li fiha jkun sar telf ekonomiku.



KAPITOLU III

Żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura



Taqsima 1

Kamp ta’ applikazzjoni u objettivi

Artikolu 58

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-FEMS għandu jappoġġa l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura wara approċċ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità kif stabbilit fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Artikolu 59

Objettivi speċifiċi

L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi speċifiċi tal-prijorità tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6(4)



Taqsima 2

Strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità u gruppi ta’ azzjoni lokali tas-sajd

Artikolu 60

Strateġiji integrati għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità

1.  Sabiex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 59, l-istrateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità għandhom:

(a) jimmassimizzaw il-parteċipazzjoni tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura fl-iżvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd kostali u fl-ilmijiet interni u dawk tal-akkwakultura;

(b) jiżguraw li l-komunitajiet lokali jużaw u jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-opportunitajiet offruti mill-iżvilupp marittimu, kostali u fl-ilmijiet interni u, b’mod partikolari, jgħinu lil portijiet tas-sajd żgħar u li l-attività fihom tkun qed tonqos biex jimmassimizzaw il-potenzjal tagħhom b’rabta mal-baħar permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura diversifikata.

2.  L-istrateġiji għandhom ikunu koerenti mal-opportunitajiet u l-ħtiġijiet identifikati fiż-żona rilevanti u l-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6. L-istrateġiji jistgħu jvarjaw minn dawk li jiffokaw fuq is-sajd għal strateġiji usa’ diretti lejn id-diversifikazzjoni taż-żoni tas-sajd. L-istrateġija għandha tmur lil hinn mis-sempliċi ġbir ta’ operazzjonijiet jew it-tqabbil tal-miżuri settorjali.

Artikolu 61

Gruppi ta’ azzjoni lokali tas-sajd

1.  Għall-finijiet tal-FEMS, il-gruppi ta’ azzjoni lokali msemmija fl-Artikolu 32(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandhom jinħatru bħala gruppi ta’ azzjoni lokali tas-sajd (‘FLAGs)

2.  Il-FLAGs għandhom jipproponu strateġija għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità bbażata mill-inqas fuq l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 60 ta’ dan ir-Regolament u għandu jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni tagħha.

3.  Il-FLAGs għandhom:

(a) jirriflettu b’mod ġenerali l-fokus prinċipali tal-istrateġija tagħhom u l-kompożizzjoni soċjoekonomika taż-żona permezz ta’ rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet interessati ewlenin, inklużi s-settur privat, is-settur pubbliku u s-soċjetà ċivili;

(b) jiżguraw rappreżentanza sinifikanti tas-setturi tas-sajd u/jew tal-akkwakultura.

▼C1

4.  Jekk l-istrateġija għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità tiġi appoġġata minn Fondi oħrajn minbarra l-FEMS, il-korp tal-għażla tal-FLAGs għall-operazzjonijiet appoġġati mill-FEMS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 3.

▼B

5.  Il-FLAGs jistgħu jwettqu wkoll kompiti addizzjonali li jmorru lil hinn mill-kompiti minimi previsti fl-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 meta dawn il-kompiti jkunu ddelegati lilhom mill-awtorità ta’ ġestjoni.



Taqsima 3

Operazzjonijiet eliġibbli

Artikolu 62

Appoġġ mill-FEMS għal żvilupp lokali mmexxi mill-komunità

1.  L-operazzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ taħt din it-Taqsima f’konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013:

(a) appoġġ preparatorju;

(b) implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità;

(c) attivitajiet ta’ kooperazzjoni;

(d) spejjeż operazzjonali u animazzjoni.

2.  Il-FLAGs jistgħu jitolbu li jitħallas pagament bil-quddiem mill-awtorità ta’ ġestjoni jekk tali possibbiltà tkun prevista fil-programm operazzjonali. L-ammont ta’ pagamenti bil-quddiem ma għandux jaqbeż il-50 % tal-appoġġ pubbliku relatat mal-ispejjeż operattivi u l-animazzjoni.

Artikolu 63

Implimentazzjoni ta’ strateġiji għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità

1.  L-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità jista’ jingħata għall-objettivi li ġejjin:

(a) valur miżjud, il-ħolqien tal-impjiegi, li ż-żgħażagħ jiġu mħajra u l-promozzjoni tal-innovazzjoni fl-istadji kollha tal-katina tal-provvista tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;

(b) l-appoġġ għad-diversifikazzjoni fis-sajd kummerċjali jew barra mis-settur, it-tagħlim tul il-ħajja u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura;

(c) it-tisħiħ u l-isfruttament tal-patrimonju ambjentali taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura, inklużi operazzjonijiet sabiex jiġi mitigat it-tibdil fil-klima;

(d) il-promozzjoni tal-benessri soċjali u l-wirt kulturali fiż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż is-sajd, l-akkwakultura u l-wirt kulturali marittimu;

(e) it-tisħiħ tar-rwol tal-komunitajiet tas-sajd fl-iżvilupp lokali u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd lokali u tal-attivitajiet marittimi.

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jinkludi miżuri previsti fil-Kapitoli I, II u IV ta’ dan it-Titolu, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 66 u 67, dment li jkun hemm raġuni ċara għall-ġestjoni tagħhom fil-livell lokali. Meta jingħata appoġġ għall-operazzjonijiet li jikkorrispondu għal dawk il-miżuri, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet rilevanti u l-iskali ta’ kontribuzzjoni għal kull operazzjoni stabbiliti fil-Kapitoli I, II u IV ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 64

Attivitajiet ta’ kooperazzjoni

1.  L-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 35(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jista’ jingħata għal:

(a) proġetti ta’ kooperazzjoni interterritorjali jew transnazzjonali;

(b) appoġġ tekniku preparatorju għal proġetti ta’ kooperazzjoni interterritorjali u transnazzjonali, bil-kondizzjoni li l-‘FLAGs jkunu jistgħu juru li qegħdin iħejju l-implimentazzjoni ta’ proġett.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, it-terminu “kooperazzjoni interterritorjali” jfisser kooperazzjoni fi ħdan Stat Membru u t-terminu “kooperazzjoni transnazzjonali” tfisser kooperazzjoni bejn territorji f’diversi Stati Membri jew kooperazzjoni bejn mill-inqas territorju wieħed ta’ Stat Membru jew ‘territorju wieħed jew iżjed f’pajjiżi terzi.

2.  Għall-fini ta’ dan l-Artikolu, minbarra FLAGs oħrajn, is-sħab ta’ FLAG taħt il-FEMS jistgħu jkunu sħubija pubblika-privata lokali li qiegħda timplimenta strateġija għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità fl-Unjoni jew barra minnha.

3.  F’każijiet fejn il-proġetti ta’ kooperazzjoni ma jintgħażlux mill-FLAGs, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema adatta għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-proġetti ta’ kooperazzjoni. Huma għandhom jippubblikaw il-proċeduri amministrattivi nazzjonali jew reġjonali dwar l-għażla ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u lista tal-ispejjeż eliġibbli sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data tal-approvazzjoni tal-programm operazzjonali tagħhom.

4.  Id-deċiżjonijiet amministrattivi rigward il-proġetti ta’ kooperazzjoni għandhom isiru mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data li fiha jkun ġie ippreżentat il-proġett.

5.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali approvati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 110.



KAPITOLU IV

Miżuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar

Artikolu 65

Objettivi speċifiċi

L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi speċifiċi taħt il-prijorità tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 6(5).

Artikolu 66

Pjani dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni

1.  Il-FEMS għandu jappoġġa t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-pjani ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

2.  L-infiq relatat mal-pjani ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni għandu jkun eliġibbli għal appoġġ mill-FEMS biss wara l-approvazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti f’kull Stat Membru tar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 28(5) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

3.  L-appoġġ mogħti għal kull organizzazzjoni tal-produtturi kull sena skont dan l-Artikolu ma għandux jaqbeż it-3 % tal-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq minn dik l-organizzazzjoni ta’ produtturi matul it-tliet snin kalendarji preċedenti. Għal kwalunkwe organizzazzjoni ta’ produtturi li tkun għadha kif ġiet rikonoxxuta, dak l-appoġġ ma għandux jaqbeż it-3 % tal-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq mill-membri ta’ dik l-organizzazzjoni matul it-tliet snin kalendarji preċedenti.

4.  L-Istat Membru kkonċernat jista’ jagħti pagament bil-quddiem ta’ 50 % tal-appoġġ finanzjarju wara l-approvazzjoni tal-pjan ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013.

5.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi u lil assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi.

Artikolu 67

Appoġġ għall-ħażna

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa l-kumpens li jingħata lil organizzazzjonijiet ta’ produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet ta’ produtturi rikonoxxuti li jaħżnu l-prodotti tas-sajd elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1379/2013(UE), dment li dawk il-prodotti jinħażnu f’konformità mal-Artikoli 30 u 31 ta’ dak ir-Regolament u jkunu suġġett igħall-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-ammont tal-għajnuna għall-ħażna ma jaqbiżx l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji tal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin tal-prodotti inkwistjoni;

(b) il-kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin ma jaqbżux l-15 % tal-kwantitajiet annwali tal-prodotti kkonċernati li jitqiegħdu għall-bejgħ mill-organizzazzjoni tal-produtturi;

(c) l-appoġġ finanzjarju kull sena ma taqbisx it-2 % tal-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li titqiegħed fis-suq mill-membri tal-organizzazzjoni tal-produtturi fil-perijodu 2009-2011.

Għall-iskopijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, meta membru tal-organizzazzjoni tal-produtturi ma kellu l-ebda produzzjoni li tqiegħdet fis-suq fil-perijodu 2009 sal-2011, għandha tiġi kkunsidrata l-medja tal-valur annwali tal-produzzjoni li tkun tqiegħdet fis-suq fl-ewwel tliet snin tal-produzzjoni ta’ dak il-membru.

2.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu ‘jintemm sal-31 ta’ Diċembru 2018.

3.  L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss ladarba l-prodotti jiġu rilaxxati għall-konsum mill-bnedmin.

4.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammont tal-ispejjeż tekniċi u finanzjarji applikabbli fit-territorji tagħhom kif ġej:

(a) l-ispejjeż tekniċi għandhom jiġu kkalkolati kull sena abbażi ta’ spejjeż diretti relatati mal-azzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħżin tal-prodotti inkwistjoni;

(b) l-ispejjeż finanzjarji għandhom jiġu kkalkolati kull sena bl-użu tar-rata tal-imgħax stabbilita kull sena f’kull Stat Membru;

Dawn l-ispejjeż tekniċi u finanzjarji għandhom jitpoġġew għad-disponibbiltà tal-pubbliku.

5.  L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli biex jiżguraw li l-prodotti li jibbenifikaw minn għajnuna għall-ħżin jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. Għall-finijiet ta’ ‘tali kontrolli, il-benefiċjarji tal-għajnuna għall-ħżin għandhom iżommu rekords tal-ħażniet għal kull kategorija ta’ prodotti mdaħħla fil-ħażna u aktar tard introdotti mill-ġdid fis-suq għall-konsum mill-bnedmin.

Artikolu 68

Miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa l-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li għandhom l-għan li:

(a) joħolqu organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet bejn il-fergħat li għandhom ikunu rikonoxxuti skont it-Taqsima II tal-Kapitolu IItar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(b) isibu swieq ġodda u jtejbu l-kondizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż:

(i) speċijiet li għandhom il-potenzjali li jiġu kkummerċjalizzati;

(ii) qabdiet mhux mixtieqa żbarkati minn stokkijiet kummerċjali f’konformità mal-miżuri tekniċi, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament(UE) Nru 1379/2013;

(iii) prodotti tas-sajd u l-akkwakultura miksuba bl-użu ta’ metodi b’impatt baxx fuq l-ambjent jew prodotti tal-akkwakultura organiċi fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(c) jippromwovu l-kwalità u l-valur miżjud permezz tal-faċilitazzjoni ta’:

(i) l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ prodott partikolari u l-adattament tal-operaturi kkonċernati għar-rekwiżiti rilevanti ta’ konformità u ċertifikazzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1151/2012 ( 19 );

(ii) iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli, inklużi prodotti minn sajd kostali fuq skala żgħira, u ta’ metodi ta’ pproċessar li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent;

(iii) il-kummerċjalizzazzjoni diretta ta’ prodotti tas-sajd minn sajjieda kostali jew dawk li jistadu bil-wieqfa;

(iv) il-preżentazzjoni u l-ippakkjar tal-prodotti;

(d) jikkontribwixxu għat-trasparenza tal-produzzjoni u s-swieq u jwettqu stħarriġ tas-suq u studji dwar id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet;

(e) jikkontribwixxu għat-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura u, fejn rilevanti, l-iżvilupp ta’ ekotikketta għall-Unjoni kollha għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013;

(f) ifasslu kuntratti standard għall-SMEs, li jkunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni;

(g) iwettqu kampanji reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali ta’ komunikazzjoni u promozzjoni, biex ikabbru l-għarfien dwar il-prodotti sostenibbli tas-sajd u tal-akkwakultura.

2.  L-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu l-produzzjoni, l-ipproċessar u l-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni matul il-katina tal-provvista.

L-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (g) tal-paragrafu 1 m’għandhomx ikunu mmirati lejn il-banek kummerċjali.

Artikolu 69

Proċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura:

(a) li jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-enerġija jew għat-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent, inkluż it-trattament tal-iskart;

(b) li jtejbu s-sikurezza, l-iġjene, is-saħħa u l-kondizzjonijiet tax-xogħol;

(c) li jappoġġaw l-ipproċessar ta’ qabdiet ta’ ħut kummerċjali li ma jistgħux ikunu maħsuba għall-konsum tal-bniedem;

(d) li jirrelataw mal-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji li jirriżultaw minn attivitajiet ewlenin ta’ proċessar;

(e) li jirrelataw mal-ipproċessar ta’ prodotti tal-akkwakultura organika skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007;

(f) li jwasslu għal prodotti ġodda jew imtejba, proċessi ġodda jew imtejba, jew sistemi ġodda jew imtejba ta’ ġestjoni u ta’ organizzazzjoni.

2.  Fir-rigward tal-intrapriżi li mhumiex SMEs, l-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata biss permezz tal-istrumenti finanzjarji previsti fit-Titolu IV tat-Tieni Parti tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.



KAPITOLU V

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Artikolu 70

Reġim ta’ kumpens

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa l-kumpens ta’ spejjeż addizzjonali mġarrba mill-operaturi fis-sajd, il-farming, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi imsemmija fl-Artikolu 349 TFUE.

2.  Kull Stat Membru kkonċernat għandu jiddetermina, għar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1, il-lista ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-kwantità ta’ dawk il-prodotti eliġibbli għall-kumpens.

3.  Meta jistabbilixxu l-lista u l-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi kollha rilevanti, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiżguraw li l-kumpens ikun kompletament kompatibbli mar-regoli tal-PKS.

4.  Il-kumpens ma għandux jingħata għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura:

(a) li jinqabdu minn bastimenti ta’ pajjiżi terzi, bl-eċċezzjoni tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tal-Venezwela u li joperaw fl-ibħra tal-Unjoni;

(b) li jinqabdu minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li ma jkunux irreġistrati f’port ta’ wieħed mir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1;

(c) li jiġu importati minn pajjiżi terzi.

5.  Il-punt (b) tal-paragrafu 4 ‘ma għandux japplika jekk il-kapaċità eżistenti tal-industrija tal-ipproċessar fir-reġjun ultraperiferiku kkonċernat taqbeż il-kwantità ta’ materja prima fornita skont ‘il-pjan ta’ kumpens tar-reġjun konċernat.

6.  L-operaturi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-kumpens:

(a) kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tuża mezzi tal-produzzjoni biex tikseb il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura bil-ħsieb li tqegħidhom fis-suq;

(b) is-sidien jew l-operaturi ta’ bastimenti rreġistrati fil-portijiet tar-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1 u li joperaw f’dawk ir-reġjuni jew assoċjazzjonijiet ta’ tali sidien jew operaturi;

(c) l-operaturi fis-settur tal-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni jew l-assoċjazzjonijiet ta’ tali operaturi.

Artikolu 71

Kalkolu tal-kumpens

Il-kumpens għandu jitħallas lill-operaturi msemmija fl-Artikolu 70(6) li jwettqu attivitajiet fir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 70(1) u għandu jikkunsidra:

(a) għal kull prodott jew kategorija ta’ prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura, l-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati; u

(b) kwalunkwe tip ieħor ta’ intervent pubbliku li jaffettwa l-livell ta’ spejjeż addizzjonali.

Artikolu 72

Pjan ta’ kumpens

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan ta’ kumpens għal kull reġjun imsemmi fl-Artikolu 70(1). Dak il-pjan għandu jinkludi l-lista l-kwantitajiet ta’ prodotti ta’ sajd u ta’ akkwakultura u t-tipi ta’ operaturi msemmija fl-Artikolu 70, il-livell ta’ kumpens imsemmi fl-Artikolu 71 u l-awtorità ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 97. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw id-deċiżjoni tagħha dwar jekk tapprovax tali pjanijiet ta’ kumpens.

2.  L-Istati Membri jistgħu jemendaw il-kontenut tal-pjan ta’ kumpens imsemmi fil-paragrafu 1. L-Istati Memrbi għandhom jippreżentaw tali emendi lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw id-deċiżjoni tagħha dwar jekk tapprovax dawk l-emendi.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-istruttura tal-pjan ta’ kumpens. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

4.  2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 126, li jistabbilixxu l-kriterji għall-kalkolu tal-ispejjeż addizzjonali li jirriżultaw min-nuqqasijiet speċifiċi tar-reġjuni kkonċernati.

Artikolu 73

Għajnuna mill-Istat għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ kumpens

L-Istati Membri jistgħu jagħtu finanzjament addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-pjani ta’ kumpens imsemmija fl-Artikolu 72. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Kummissjoni tista’ tapprova bħala parti minn dawk il-pjani, f’konformità ma’ dan ir-Regolament. L-għajnuna mill-Istat li tkun ġiet innotifikata b’dan il-mod u għandha titqies innotifikata skont it-tifsira tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE.



KAPITOLU VI

Miżuri ta’ akkumpanjament għall-PKS taħt ġestjoni konġunta

Artikolu 74

Kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku

B’deroga mill-Artikolu 2’, dan il-Kapitolu għandu japplika wkoll għal operazzjonijiet li twettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 75

Objettivi speċifiċi

L-appoġġ f’dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi speċifiċi taħt il-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6(3).

Artikolu 76

Kontroll u infurzar

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u speċifikat ulterjorment fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

2.  B’mod partikolari, għandhom ikunu eliġibbli t-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:

(a) ix-xiri, l-installazzjoni u/jew l-iżvilupp tat-teknoloġija, inklużi hardware u software tal-kompjuter, sistemi ta’ identifikazzjoni tal-bastimenti (VDS), sistemi tat-televiżjoni f’ċirkwit magħluq (CCTV), u netwerks tal-IT li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi, il-ġestjoni tar-riskji, il-preżentazzjoni (permezz ta’ siti tal-Internet relatati mal-kontroll) u l-iskambju ta’ data relatata mas-sajd, u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għall-istess data kif ukoll interkonnessjoni ma’ sistemi transsettorjali ta’ skambju tad-data;

(b) l-iżvilupp, ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti, inkluż hardware u software tal-kompjuter, li huma meħtieġa biex jiżguraw it-trasmissjoni tad-data mill-atturi involuti fis-sajd u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd lill-Istat Membru rilevanti u lill-awtoritajiet tal-Unjoni, inklużi l-komponenti meħtieġa għas-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u ta’ rappurtar (ERS -electronic recording and reporting systems), is-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS - Vessel Monitoring Systems) u s-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika (AIS - Automatic Identification Systems) li jintużaw għal finijiet ta’ kontroll;

(c) l-iżvilupp, ix-xiri u l-installazzjoni tal-komponenti, inklużi l-hardware u s-software tal-kompjuter, li huma meħtieġa sabiex tkun żgurata t-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, kif imsemmi fl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(d) l-implimentazzjoni ta’ programmi għall-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri u għall-analiżi tad-data;

(e) immodernizzar u x-xiri ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta’ sorveljanza, sakemm dawn jintużaw għall-kontroll tas-sajd għal mill-inqas 60 % tal-użu totali tagħhom fis-sena;

(f) ix-xiri ta’ mezzi ta’ kontroll oħrajn, inklużi mezzi li jippermettu l-kejl tas-saħħa tal-magni u apparat tal-użin;

(g) l-iżvilupp ta’ sistemi innovattivi ta’ kontroll u l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota relatati mal-kontroll tas-sajd, inkluż l-analiżi tad-DNA tal-ħut jew l-iżvilupp ta’ siti tal-Internet relatati mal-kontroll;

(h) il-programmi ta’ taħriġ u skambju, inkluż bejn l-Istati Membri, ta’ persunal responsabbli għall-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd;

(i) l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji, u valutazzjoni tal-awditi mwettqa u l-infiq imġarrab mill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza;

(j) l-inizjattivi, inklużi seminars u għodod tal-mezzi tax-xandir, immirati li jtejbu l-għarfien kemm fost is-sajjieda u parteċipanti oħrajn bħal spetturi, prosekuturi pubbliċi u mħallfin, kif ukoll fost il-pubbliku ġenerali dwar il-ħtieġa tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-PKS;

(k) l-ispejjeż operattivi mġarrba fit-twettiq ta’ kontroll aktar strett għal stokkijiet soġġetti għal programmi speċifiċi ta’ kontroll u spezzjoni stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u suġġett għal koordinazzjoni tal-kontroll skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 ( 20 );

(l) programmi marbuta mal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni stabbiliti skont l-Artikolu 102(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, inkluża kull spiża operattiva mġarrba.

▼C1

3.  L-operazzjonijiet elenkati fil-punti (h) sa (l) tal-paragrafu 2 għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ jekk ikunu relatati mal-attivitajiet ta’ kontroll imwettqa minn awtorità pubblika.

4.  Fil-każ tal-operazzjonijiet elenkati fil-punti (d) u (h) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnominaw l-awtoritajiet ta’ ġestjoni responsabbli mill-operazzjoni.

▼B

Artikolu 77

Ġbir tad-data

1.  Il-FEMS għandu jappoġġa l-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data, kif previst fl-Artikolu 25(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u speċifikati ulterjorment fir-Regolament (KE) Nru 199/2008.

2.  B’mod partikolari, għandhom ikunu eliġibbli t-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:

(a) il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għal finijiet ta’ analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS;

(b) programmi nazzjonali, transnazzjonali u sottonazzjonali pluriennali ta’ teħid ta’ kampjuni dment li jirreferu għall-istokkijiet koperti mill-PKS;

(c) il-monitoraġġ fuq il-baħar ta’ sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż il-monitoraġġ ta’ qabdiet mhux mixtieqa ta’ organiżmi tal-baħar bħal mammiferi u għasafar tal-baħar;

(d) l-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar;

(e) il-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-Istati Membri ‘u tal-awtoritajiet reġjonali f’laqgħat ta’ koordinazzjoni reġjonali, f’laqgħat ta’ organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd li tagħhom l-Unjoni hija sieħba kuntrattwali jew osservatur, jew f’laqgħat ta’ korpi internazzjonali responsabbli biex jipprovdu konsulenza xjentifika;

(f) it-titjib fis-sistemi tal-ġbir tad-data u tal-ġestjoni tad-data u l-implimentazzjoni ta’ studji pilota biex jitjiebu s-sistemi eżistenti ta’ ġbir tad-data u ġestjoni tad-data.



KAPITOLU VII

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri

Artikolu 78

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri

1.  Soġġett għal-limitu massimu ta’ 6 % tal-ammont totali tal-programm operattiv, fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru l-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) il-miżuri ta’ assistenza teknika msemmija fl-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b) l-istabbiliment ta’ netwerks nazzjonali li għandhom l-għan li jxerrdu l-informazzjoni, il-bini tal-kapaċità, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn il-FLAGs fit-territorju tal-Istat Membru.

2.  Bħala eċċezzjoni, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, jista’ jinqabeż il-limitu massimu msemmi fil-paragrafu 1.



KAPITOLU VIII

Il-miżuri tal-PMI ffinanzjata taħt ġestjoni konġunta

Artikolu 79

Objettivi sSpeċifiċi

1.  Appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi għall-ilħuq ta’ objettivi speċifiċi taħt il-prijorità tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 6(6) inkluż:

(a) is-sorveljanza marittima integrata (IMS) u b’mod partikolari l-Ambjent komuni għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni (CISE) għas-sorveljanza tal-qasam marittimu tal-Unjoni,

(b) il-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, b’mod partikolari l-bijodiversità tiegħu u ż-żoni protetti tal-baħar bħas-siti Natura 2000, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 37 ta’ dan ir-Regolament, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali u sabiex ikomplu jiġu ddefiniti l-konfini tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-bniedem li jħallu impatt fuq l-ambjent tal-baħar, b’mod partikolari fil-qafas tad-Direttiva 2008/56/KE.

2.  Emendi għall-programm operazzjonali fir-rigward tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhom jirriżultaw f’żieda tal-allokazzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 13(7).

Artikolu 80

Operazzjonijiet eliġibbli

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa operazzjonijiet f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 79, bħal operazzjonijiet li:

(a) jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi tal-IMS u, b’mod partikolari dawk tas-CISE;

(b) jipproteġu l-ambjent tal-baħar, b’mod partikolari l-bijodiversità tiegħu u ż-żoni protetti tal-baħar bħas-siti Natura 2000, f’konformità mal-obbligi stabbiliti fid-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;

(c) itejbu l-għarfien dwar il-qagħda tal-ambjent tal-baħar bil-ħsieb li jiġu stabbiliti programmi ta’ monitoraġġ u programmi ta’ miżuri previsti fid-Direttiva 2008/56/KE f’konformità mal-obbligi stabbiliti f’dik id-Direttiva.

2.  L-ispejjeż tas-salarji tal-persunal tal-amministrazzjonijiet nazzjonali mhux ser jitqiesu bħala spejjez operattivi eliġibbli.



TITOLU VI

MIŻURI FFINANZJATI TAĦT ĠESTJONI DIRETTA



KAPITOLU I

Il-politika marittima integrata

Artikolu 81

Kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku

B’deroga mill-Artikolu 2’, dan il-Kapitolu għandu japplika wkoll għal operazzjonijiet li twettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 82

Kamp ta’ applikazzjoni u objettivi

L-appoġġ taħt dan il-Kapitolu għandu jikkontribwixxi biex itejjeb l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PMI tal-Unjoni. Huwa għandu:

(a) irawwem l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-governanza integrata tal-affarijiet marittimi u kostali, b’mod partikolari billi:

(i) jippromwovi azzjonijiet li jinkoraġġixxu lill-Istati Membri u lir-reġjuni tagħhom biex jiżviluppaw, jintroduċu jew jimplimentaw governanza marittima integrata;

(ii) jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ u fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-partijiet interessati u fosthom fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-baħar u dawk marittimi, inkluż bl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji integrati għall-baċiri tal-baħar b’kont meħud ta’ approċċ ibbilanċjat fil-baċiri kollha tal-baħar kif ukoll il-karatteristiċi speċifiċi tal-baċiri tal-baħar u l-baċiri ta’ taħt il-baħar, u ‘strateġiji makroreġjonali rilevanti, fejn applikabbli;

(iii) jippromwovi l-pjattaformi u n-netwerks ta’ kooperazzjoni transettorjali, inklużi rappreżentanti mill-awtoritajiet pubbliċi, fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, mill-industrija inkluż it-turiżmu, mill-partijiet interessati attivi fir-riċerka, miċ-ċittadini, minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mill-imsieħba soċjali;

(iv) itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet kompetenti tagħhom;

(v) jippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki u d-djalogu fil-livell internazzjonali, inkluż id-djalogu bilaterali mal-pajjiżi terzi, b’kont meħud tal-UNCLOS u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti bbażati fuq l-UNCLOS, mingħajr preġudizzju għal arranġamenti oħra jew arranġamenti li jista’ jkun hemm bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi kkonċernati. Dan id-djalogu għandu jinkludi, kif xieraq, diskussjoni effettiva dwar ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-UNCLOS;

(vi) isaħħaħ il-viżibbiltà tal-awtoritajiet pubbliċi, is-settur privat u l-pubbliku ġenerali u jrawwem għarfien fosthom rigward approċċ integrat fir-rigward tal-affarijiet marittimi;

(b) jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ inizjattivi transettorjali li huma ta’ benefiċċju reċiproku għas-setturi marittimi u/jew il-politiki settorjali differenti, billi jkunu kkunsidrati u jkompli jibni fuq għodod u inizjattivi eżistenti, bħal:

(i) l-IMS għat-tisħiħ tal-użu sigur, mingħajr perikli u sostenibbli tal-ispazju marittimu b’mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-effettività u l-effiċjenza permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni minn settur għall-ieħor u fruntiera għall-oħra filwaqt li jittieħed kont dovut tal-mekkaniżmi u s-sistemi ta’ kooperazzjoni eżistenti u futuri;

(ii) proċessi ta’ ppjanar tal-ispazju marittimu u ġestjoni integrata taż-żoni kostali;

(iii) l-iżvilupp progressiv ta’ data u bażi ta’ għarfien relatati mal-baħar ta’ kwalità għolja, komprensivi u aċċessibbli għall-pubbliku li għandu jiffaċilita l-kondiviżjoni, l-użu millġdid u d-disseminazzjoni ta’ dik id-data u dan l-għarfien fost diversi gruppi ta’ utenti, biex b’hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi; għal dak il-għan, għandu jsir l-aħjar użu mill-programmi eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri;

(c) jappoġġja t-tkabbir ekonomiku sostenibbli, l-impjiegi, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji l-ġodda fi ħdan setturi marittimi emerġenti u prospettivi, kif ukoll f’reġjuni kostali, insulari u l-aktar imbiegħda tal-Unjoni, b’kumplimentarjetà mal-attivitajiet settorjali u nazzjonali stabbiliti;

(d) jippromwovi l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, b’mod partikolari l-bijodiversità tiegħu u ż-żoni protetti tal-baħar bħas-siti Natura 2000, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali u sabiex ikompli jiddefinixxi l-konfini tas-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-bniedem li jħallu impatt fuq l-ambjent tal-baħar, skont l-objettivi tal-kisba u ż-żamma ta’ status ambjentali tajjeb kif meħtieġ mid-Direttiva 2008/56/KE.

Artikolu 83

Operazzjonijiet eliġibbli

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa operazzjonijiet f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 82, bħal:

(a) studji;

(b) proġetti, inkluż proġetti ta’ prova u proġetti ta’ kooperazzjoni;

(c) informazzjoni pubblika u kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u attivitajiet assoċjati ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni, bħal kampanji pubbliċitarji, avvenimenti, l-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-siti tal-Internet u l-pjattaformi tal-partijiet interessati;

(d) konferenzi, seminars, fora u workshops;

(e) attivitajiet ta’ koordinazzjoni, inklużi netwerks ta’ skambju ta’ informazzjoni u appoġġ għall-iżvilupp ta’ strateġiji għall-baċini tal-baħar;

(f) l-iżvilupp, it-tħaddim u l-manutenzjoni tas-sistemi u n-netwerks tal-IT li jippermettu l-ġbir, l-amministrazzjoni, il-validazzjoni, l-analiżi u l-iskambju u l-iżvilupp ta’ metodi ta’ teħid ta’ kampjuni għal data, kif ukoll bħala interkonnessjoni ma’ sistemi ta’ skambju ta’ data transettorjali;

(g) proġetti ta’ taħriġ għall-iżvilupp tal-għarfien, il-kwalifiki professjonali u miżuri bil-għan li jħeġġu l-iżvilupp professjonali fis-settur marittimu.

2.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv speċifiku tal-iżvilupp ta’ operazzjonijiet transkonfinali u transettorjali stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 82, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ għodod tekniċi għall-IMS, b’mod partikolari għall-appoġġ tal-użu, it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-CISE, bil-ħsieb tal-promozzjoni ta’ skambji ta’ informazzjoni għas-sorveljanza transettorjali u transkonfinali li jikkollegaw il-komunitajiet kollha tal-utenti ma’ xulxin, b’kont meħud tal-iżviluppi rilevanti tal-politiki settorjali fir-rigward tas-sorveljanza u biex isir kontribut, kif adatt, għall-evoluzzjoni neċessarja tagħhom;

(b) l-attivitajiet ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jew ir-reġjuni sabiex jiżviluppaw l-ippjanar tal-ispazju marittimu u l-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, inkluż l-infiq relatat mas-sistemi u l-prattiki tal-kondiviżjoni tad-data u l-monitoraġġ, l-attivitajiet ta’ evalwazzjoni, l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ netwerks ta’ esperti, u l-istabbiliment ta’ programm li għandu l-għan li jibni l-kapaċità għall-Istati Membri sabiex jimplimentaw l-ippjanar tal-ispazju marittimu;

(c) inizjattivi biex jikkofinanzjaw, jixtru u jagħmlu manutenzjoni tas-sistemi ta’ osservazzjoni marittima u l-għodod tekniċi għat-tfassil, it-twaqqif u t-tmexxija ta’ sistema ta’ netwerk operazzjonali Ewropea ta’ informazzjoni u osservazzjoni tal-baħar bil-għan li tiffaċilita l-ġbir, l-akkwist, l-assemblaġġ, l-ipproċessar, il-kontroll tal-kwalità, l-użu mill-ġdid u d-distribuzzjoni ta’ data u għarfien dwar il-baħar permezz ta’ kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u/jew dawk internazzjonali kkonċernati.



KAPITOLU II

Miżuri ta’ akkumpanjament għall-PKS u l-PMI taħt ġestjoni diretta

Artikolu 84

Kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku

B’deroga mill-Artikolu 2, dan il-Kapitolu għandu japplika wkoll għal operazzjonijiet li twettqu barra t-territorju tal-Unjoni.

Artikolu 85

Objettivi speċifiċi

Il-miżuri f’dan il-Kapitolu għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-PKS u l-PMI, b’mod partikolari fir-rigward ta’:

(a) il-ġbir, il-ġestjoni u t-tixrid ta’ parir xjentifiku fil-PKS;

(b) miżuri speċifiċi ta’ kontroll u ta’ infurzar fil-kuntest tal-PKS;

(c) kontribuzzjonijiet volontarji għal organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d) Kkunsilli Konsultattivi;

(e) informazzjoni dwar is-suq;

(f) attivitajiet ta’ komunikazzjoni taħt il-PKS u l-PMI.

Artikolu 86

Konsulenza u għarfien xjentifiċi

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa l-provvista ta’ riżultati xjentifiċi, b’mod partikolari proġetti ta’ riċerka applikata marbuta direttament mal-provvista ta’ opinjonijiet u konsulenza xjentifiċi u soċjoekonomiċi, għall-fini li jittieħdu deċiżjonijiet għaqlin u effiċjenti dwar il-ġestjoni tas-sajd fil-kuntest tal-PKS.

2.  B’mod partikolari, għandhom ikunu eliġibbli t-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:

(a) studji u proġetti pilota meħtieġa għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-PKS, inkluż dawk dwar tipi alternattivi ta’ tekniki ta’ ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli, inkluż fi ħdan il-Kunsilli Konsultattivi;

(b) it-tħejjija u l-provvista ta’ opinjonijiet u konsulenza xjentifiċi minn korpi xjentifiċi, inkluż korpi konsultattivi internazzjonali responsabbli għall-valutazzjonijiet tal-ħażniet, minn esperti indipendenti u minn istituzzjonijiet tar-riċerka;

(c) il-parteċipazzjoni ta’ esperti fil-laqgħat ta’ gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet xjentifiċi u tekniċi fil-qasam tas-sajd ‘bħal STECF, kif ukoll f’korpi ta’ konsulenza internazzjonali u f’laqgħat fejn ikun meħtieġ il-kontribut tal-esperti dwar is-sajd u l-akkwakultura;

(d) stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar, kif imsemmi fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008, f’oqsma fejn il-bastimenti tal-Unjoni joperaw skont ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli kif imsemmi fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(e) l-infiq imġarrab mill-Kummissjoni għal servizzi relatati mal-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data, mal-organizzazzjoni u l-ġestjoni tal-laqgħat tal-esperti fis-sajd u l-ġestjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali marbuta mal-għarfien espert xjentifiku u tekniku fil-qasam tas-sajd, mal-ipproċessar tal-biċċiet tad-data u d-datasets, u mal-ħidma preparatorja mmirata biex twassal opinjonijiet u konsulenza xjentifiċi;

(f) l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ġbir tad-data, inklużi dawk bejn id-diversi partijiet interessati reġjonali u inklużi l-ħolqien u t-tmexxija ta’ bażijiet ta’ data reġjonalizzati għall-ħżin, il-ġestjoni u l-użu ta’ data li minnhom tgawdi l-kooperazzjoni reġjonali u li jtejbu l-attivitajiet tal-ġbir u l-ġestjoni tad-data, kif ukoll it-titjib tal-kompetenzi xjentifiċi b’appoġġ għall-ġestjoni tas-sajd;

Artikolu 87

Kontroll u infurzar

1.  Il-FEMS jista’ jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u kif speċifikat ulterjorment fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.  B’mod partikolari, għandhom ikunu eliġibbli t-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin:

(a) ix-xiri u/jew il-kiri konġunt minn bosta Stati Membri li jappartjenu għall-istess żona ġeografika, ta’ bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta’ sorveljanza, sakemm dawn jintużaw għall-kontroll tas-sajd għal mill-inqas 60 % tal-użu totali fis-sena;

(b) in-nefqa marbuta mal-valutazzjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ kontroll ġodda, kif ukoll proċessi għall-iskambju ta’ data;

(c) l-infiq operazzjonali kollu relatat mal-kontroll u l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-PKS, b’mod partikolari dik fir-rigward tal-verifika, missjonijiet ta’ spezzjoni u ta’ awditjar, tagħmir u taħriġ għall-uffiċjali tal-Kummissjoni, l-organizzazzjoni ta’ laqgħat jew is-sehem fihom, fosthom l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki bejn Stati Membri, studji, servizzi u fornituri tal-IT, u l-kiri jew ix-xiri ta’ mezzi ta’ spezzjoni mill-Kummissjoni kif speċifikat fit-Titoli IX u X tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

3.  Bi ħsieb li jissaħħu u jiġu standardizzati l-kontrolli, il-FEMS jista’ jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ proġetti transnazzjonali li jkollhom l-għan li jiżviluppaw u jivverifikaw is-sistemi interstatali ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar previsti fl-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u stipulati ulterjorment fir-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

4.  It-tipi eliġibbli ta’ operazzjonijiet għandhom jinkludu, b’mod partikolari, dawn li ġejjin:

(a) programmi internazzjonali ta’ taħriġ għall-persunal responsabbli minn attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza ta’ attivitajiet tas-sajd;

(b) inizjattivi, fosthom seminars u għodod tal-mezzi tax-xandir, biex tiġi standardizzata l-interpretazzjoni tar-regolamenti u kontrolli marbuta fl-Unjoni.

5.  Fil-każ tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2, wieħed biss mill-Istati Membri ikkonċernati għandu jinħatar bħala benefiċjarju.

Artikolu 88

Kontribuzzjonijiet finanzjarji volontarji għal organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-FEMS jista’ jwettaq t-tipi ta’ operazzjonijiet li ġejjin fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali:

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji pprovduti lin-Nazzjonijiet Uniti, organizzazzjonijiet kif ukoll finanzjament volontarju provdut lil kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali attiva fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar;

(b) il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għat-tħejjijiet għal organizzazzjonijiet internazzjonali ġodda jew għat-tħejjija ta’ trattati internazzjonali ġodda li huma ta’ interess għall-Unjoni;

(c) il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-ħidma jew il-programmi mwettqin minn organizzazzjonijiet internazzjonali li huma ta’ interess speċjali għall-Unjoni;

(d) il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal kwalunkwe attività (inklużi laqgħat ta’ ħidma, informali jew straordinarji tal-partijiet kontraenti) li tiddefendi l-interessi tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u ssaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ sħabha f’dawk l-organizzazzjonijiet. F’dak ir-rigward, meta l-preżenza tar-rappreżentanti ta’ pajjiżi terzi fin-negozjati u l-laqgħat f’fora u organizzazzjonijiet internazzjonali ssir meħtieġa għall-interessi tal-Unjoni, il-FEMS jista’ jħallas l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.

Artikolu 89

Kunsilli Konsultattivi

1.  Il-FEMS għandu jappoġġa l-ispejjeż operattivi tal-Kunsilli konsultattivi stabbiliti skont l-Artikolu 43 tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013.

2.  Kunsill Konsultattiv li jkollu personalità ġuridika jista’ japplika għall-appoġġ tal-Unjoni bħala korp li jsegwi għan ta’ interess Ewropew ġenerali.

Artikolu 90

Informazzjoni dwar is-suq

Il-FEMS jista’ jappoġġa l-iżvilupp u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar is-suq għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru1379/2013.

Artikolu 91

Attivitajiet ta’ komunikazzjoni taħt il-PKS u l-PMI

Il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) l-ispejjeż għall-attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni marbuta mal-PKS u mal-PMI, inklużi:

(i) l-ispejjeż għall-produzzjoni, it-traduzzjoni u d-disseminazzjoni ta’ materjal imfassal għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-gruppi differenti fil-mira f’format bil-miktub, awdjoviżiv u elettroniku;

(ii) l-ispejjeż għat-tħejjija u l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti u laqgħat biex jinformaw jew jiġbru l-opinjonijiet tal-partijiet differenti kkonċernati mill-PKS u mill-PMI;

(b) l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni mġarrba mill-esperti u mir-rappreżentanti tal-partijiet interessati mistiedna mill-Kummissjoni għal-laqgħat;

(c) l-ispejjeż tal-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni dment li jkunu marbutin mal-objettivi ġenerali ta’ dan ir-Regolament.



KAPITOLU III

Assistenza teknika

Artikolu 92

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

Soġġett għal-limitu massimu ta’ 1,1 % tal-FEMS, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-FEMS jista’ jappoġġa:

(a) il-miżuri ta’ assistenza teknika speċifikati fl-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b) it-tħejjija, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta’ ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli u s-sehem tal-Unjoni fl-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd reġjonali. Il-miżuri kkonċernati għandhom ikun magħmula minn studji, laqgħat, involviment tal-esperti, spejjeż tal-persunal temporanju, attivitajiet ta’ informazzjoni u kull spiża amministrattiva oħra li tiġi mill-assistenza xjentifika jew teknika mill-Kummissjoni;

(c) l-istabbiliment ta’ netwerk Ewropew ta’ FLAGs immirat lejn il-bini tal-kapaċità, d-disseminazzjoni tal-informazzjoni, l-iskambju tal-esperjenzi u l-aqwa prattiki u l-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn il-FLAGs. Dak in-netwerk għandu jikkoopera mal-korpi tan-netwerking u l-appoġġ tekniku għall-iżvilupp lokali stabbiliti mill-FEŻR u l-FSE u l-FAEŻR fir-rigward tal-attivitajiet ta’ żvilupp lokali u l-kooperazzjoni transnazzjonali tagħhom.



TITOLU VII

IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI KONĠUNTA



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 93

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan it-Titolu għandu japplika għall-miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni konġunta kif stabbilit fit-Titolu V.



KAPITOLU II

Mekkaniżmu ta’ twassil



Taqsima 1

Appoġġ mill-FEMS

Artikolu 94

Determinazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

1.  Meta tadotta atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 19 li japprovaw programm operazzjonali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kontribuzzjoni massima tal-FEMS għal dak il-programm.

2.  Il-kontribuzzjoni tal-FEMS għandha tiġi kkalkolata abbażi tal-ammont ta’ nfiq pubbliku eliġibbli.

Il-programm operazzjonali għandu jistabbilixxi r-rata tal-kontribuzzjoni tal-FEMS applikabbli għall-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6. Ir-rata massima tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għandha tkun ta’ 75 % u r-rata minima tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għandha tkun ta’ 20 % tal-infiq pubbliku eliġibbli.

3.  B’deroga mill-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni tal-FEMS għandha tkun:

(a) 100 % tal-infiq pubbliku eliġibbli għall-appoġġ taħt l-għajnuna għall-ħżin imsemmija fl-Artikolu 67;

(b) 100 % tal-infiq pubbliku eliġibbli għas-sistema ta’ kumpens imsemmija fl-Artikolu 70;

(c) 50 % tal-infiq pubbliku eliġibbli għall-appoġġ imsemmi fl-Artikoli 33, 34 u l-Artikolu 41(2);

(d) 70 % tal-infiq pubbliku eliġibbli għall-appoġġ imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 76(2);

(e) 90 % tal-infiq pubbliku eliġibbli għall-appoġġ imsemmi fil-punti (a) sa (d) u (f) sa (l) tal-Artikolu 76(2);

(f) 80 % tal-infiq eliġibbli għall-appoġġ imsemmi fl-Artikolu 77.

4.  B’deroga mill-paragrafu 2, ir-rata massima ta’ kontribuzzjoni tal-FEMS applikabbli għall-objettivi speċifiċi taħt prijoritajiet tal-Unjoni għandhom jiżdiedu b’għaxar punti perċentwali, fejn il-prijorità kollha tal-Unjoni stipulata fl-Artikolu 6(4) titwettaq permezz ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità.

Artikolu 95

Intensità tal-għajnuna pubblika

1.  L-Istati Membri għandhom japplikaw intensità massima ta’ għajnuna pubblika ta’ 50 % tal-infiq eliġibbli totali tal-operazzjoni.

2.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw intensità ta’ għajnuna pubblika ta’ 100 % tal-infiq eliġibbli tal-operazzjoni fejn:

(a) il-benefiċjarju jkun korp legali pubbliku jew impriża fdata bit-tħaddim ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif imsemmi fl-Artikolu 106(2) TFUE, fejn l-għajnuna tingħata għat-tħaddim ta’ servizzi bħal dawn;

(b) l-operazzjoni tkun relatata mal-għajnuna għall-ħżin imsemmija fl-Artikolu 67;

(c) l-operazzjoni tkun relatata mas-sistema ta’ kumpens imsemmija fl-Artikolu 70;

(d) l-operazzjoni tkun relatata mal-ġbir tad-data msemmi fl-Artikolu 779;

(e) l-operazzjoni tkun relatata mal-appoġġ skont l-Artikolu 33, jew 34 u l-kumpens skont l-Artikolu 54, 55 jew 56;

(f) l-operazzjoni tkun relatata mal-miżuri dwar il-PMI msemmija fl-Artikolu 80.

3.  B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu japplikaw intensità ta’ għajnuna pubblika ta’ bejn 50 % u 100 % tal-infiq eliġibbli tal-operazzjoni fejn:

(a) l-operazzjoni tkun implimentata skont il-Kapitoli I, II jew IV tat-Titolu V u tissodisfa l-kriterji li ġejjin kollha:

(i) tkun ta’ interess kollettiv;

(ii) tkun ta’ benefiċjarju kollettiv;

(iii) għandu karatteristiċi innovattivi, fejn xieraq, fil-livell lokali.

(b) l-operazzjoni tiġi implimentata skont il-Kapitolu III tat-Titolu V, tissodisfa waħda mill-kriterji msemmija fil-punti (a)(i), (ii) jew (iii) ta’ dan il-paragrafu u tagħti aċċess pubbliku għar-riżultati tagħha.

4.  Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-punti perċentwali addizzjonali ta’ intensità tal-għajnuna pubblika għandhom japplikaw għal tipi speċifiċi ta’ operazzjonijiet kif stipulati fl-Anness I.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabilixxu kif għandhom japplikaw il-punti perċentwali differenti ta’ intensità tal-għajnuna pubblika fil-każ fejn jiġu sodisfatti diversi kondizzjonijiet tal-Anness I. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

Artikolu 96

Kalkolu ta’ spejjeż addizzjonali jew dħul mitluf

Meta l-għajnuna tingħata fuq il-bażi ta’ spejjeż addizzjonali jew dħul mitluf, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kalkoli rilevanti jkunu adegwati, preċiżi u stabbiliti bil-quddiem fuq il-bażi ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli.



KAPITOLU III

Ġestjoni u sistemi ta’ kontroll

Artikolu 97

Awtorità amministrattiva

1.  Minbarra r-regoli ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 125 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:

(a) sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, tipprovdi lill-Kummissjoni” bid-data kumulattiva rilevanti dwar operazzjonijiet li jkunu ntgħażlu għall-finanzjament sa tmiem is-sena kalendarja ta’ qabel, inklużi karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u l-operazzjoni nnifisha;

(b) tiżgura l-pubbliċità għall-programm operazzjonali billi tinforma lil benefiċjarji potenzjali, organizzazzjonijiet professjonali, l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, il-korpi involuti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi kkonċernati, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, dwar il-possibbiltajiet offruti mill-programm u r-regoli sabiex jinkiseb l-aċċess għall-finanzjament tal-programm;

(c) tiżgura pubbliċità għall-programm operazzjonali billi tinforma lill-benefiċjarji tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni u lill-pubbliku ġenerali dwar l-irwol tal-Unjoni fil-programm.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli għall-preżentazzjoni ta’d-data msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 127(2).

Artikolu 98

Trasmissjoni ta’ data finanzjarja

1.  Sal-31 ta’ Jannar u l-31 ta’ Lulju, l-Istati Membri għandhom jibagħtu elettronikament lill-Kummissjoni tbassira tal-ammont li għalih huma jistennew li jitfgħu applikazzjonijiet għal ħlas għas-sena finanzjarja u dik ta’ warajha.

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell li għandu jintuża meta tintbagħat id-data finanzjarja lill-Kummissjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).



KAPITOLU IV

Kontroll mill-Istati Membri

Artikolu 99

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri

1.  Flimkien mal-korrezzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 143 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji jekk il-benefiċjarju ma jħarisx l-obbligi imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament.

2.  F’każijiet ta’ korrezzjonijiet finanzjarji msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-korrezzjoni li għandu jkun proporzjonat billi jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tal-ksur jew ir-reat mill-benefiċjarju u l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju.



KAPITOLU V

Kontroll mill-Kummissjoni



Taqsima 1

Interruzzjoni u sospensjoni

Artikolu 100

Interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-pagament

▼C1

1.  Minbarra l-kriterji li jippermettu l-interruzzjoni mniżżla fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 83(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni permezz ta’ delega fit-tifsira tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jista’ jinterrompi d-data ta’ skadenza għal applikazzjoni għal pagament fil-każ li Stat Membru jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS li x’aktarx jaffettwa l-infiq li jinsab f’applikazzjoni għal pagament li għaliha jintalab il-pagament interim.

▼B

2.  Qabel l-interruzzjoni ta’ skadenza għal pagament interim imsemmija fil-paragrafu 1 il-Kummissjoni għandha, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħrfu li hemm provi biex jiġi suġġerit nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont il-PKS. Qabel ma l-Kummissjoni tadotta tali atti ta’ implimentazzjoni hija għandha tgħarraf immedjatament lill-Istat Membru kkonċernat b’dawn il-provi jew b’informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha u l-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li, f’perijodu raġonevoli ta’ żmien, jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

▼C1

3.  L-interruzzjoni tal-pagamenti interim, kollha jew parti minnhom, relatati mal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1 kopert mill-applikazzjoni għal pagament għandha tkun proporzjonata filwaqt li jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas ta’ konformità.

▼B

Artikolu 101

Sospensjoni ta’ pagamenti

▼C1

1.  Minbarra l-Artikolu 142 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jissospendu “il-pagamenti interim kollha jew parti minnhom taħt il-programm operazzjonali f”każ ta’ nuqqas serju ta’ konformità minn Stat Membru bl-obbligi tiegħu skont il-PKS li tolqot l-infiq li jinsab f’applikazzjoni għal pagament li għalih jintalab il-pagament interim.

▼B

2.  Qabel is-sospensjoni ta’ pagament interim kif imsemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex tagħraf li Stat Membru naqas milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-PKS. Qabel ma l-Kummissjoni tadotta tali att ta’ implimentazzjoni, hija għandha tgħarraf immedjatament lill-Istat Membru kkonċernat b’dawn is-sejbiet jew b’informazzjoni ta’ min joqgħod fuqha u l-Istat Membru għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar il-kwistjoni.

▼C1

3.  Is-sospensjoni tal-ħlasijiet interim, kollha jew parti minnhom, relatati mal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1 kopert mill-applikazzjoni għal pagament għandha tkun proporzjonata filwaqt li jitqiesu n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas serju ta’ konformità.

▼B

Artikolu 102

Setgħat tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 126 li jiddefinixxu dawk il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 100 u l-każijiet ta’ nuqqas serju ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 101(1), li ġejjin mir-regoli rilevanti tal-PKS li huma essenzjali għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.



Taqsima 2

Skambju ta’ informazzjoni u korrezzjonijiet finanzjarji

Artikolu 103

Aċċess għall-informazzjoni

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu adottaw għall-implimentazzjoni tal-atti tal-Unjoni relatati mal-PKS, fejn dawk l-atti jkollhom impatt finanzjarju fuq il-FEMS.

Artikolu 104

Kunfidenzjalità

1.  L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kkomunikata jew miksuba matul il-kontrolli fuq il-post jew fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-kontijiet implimentati skont dan ir-Regolament.

2.  Il-prinċipji msemmija fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 21 ) għandhom japplikaw għall-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 105

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni

1.  Minbarra l-każijiet imsemmija fl-Artikoli 22(7), l-Artikolu 85 u l-Artikolu 144(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, “il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħmlu korrezzjonijiet finanzjarji permezz tal-kanċellazzjoni totali jew parzjali tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programm operazzjonali jekk, wara li twettaq l-eżami meħtieġ, hija tikkonkludi li:

▼C1

(a) in-nefqa inkluża f’applikazzjoni għal pagament hija affettwata minn każijiet li fihom l-benefiċjarju ma jħarisx l-obbligi kif imsemmija fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament u ma jkunx ġie kkoreġut mill-Istat Membru qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ korrezzjoni skont dan il-paragrafu;

(b) in-nefqa inkluża f’applikazzjoni għal pagament hija affettwata minn każijiet ta’ nuqqas serju ta’ konformità mar-regoli tal-PKS mill-Istat Membru li rriżultaw fis-sospensjoni tal-pagament skont l-Artikolu 101 ta’ dan ir-Regolament u meta l-Istat Membru kkonċernat jibqa’ ma jistax juri li ħa l-azzjoni meħtieġa ta’ rimedju biex jiżgura l-konformità mar-regoli applikabbli u l-infurzar tagħhom fil-ġejjieni.

▼B

2.  Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-ammont tal-‘korrezzjoni billi tikkunsidra n-natura, il-gravità, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tan-nuqqas serju ta’ konformità mill-Istat Membru jew il-benefiċjarju mar-regoli tal-PKS u l-importanza tal-kontribuzzjoni tal-FEMS għall-attività ekonomika tal-benefiċjarju kkonċernat.

3.  Meta ma jkunx possibbli li jiġi kkwantifikat preċiżament l-ammont ta’ nfiq marbut man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-PKS mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tapplika rata fissa jew korrezzjoni finanzjarja estrapolata skont il-paragrafu 4.

4.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 126 li jiddeterminaw il-kriterji biex jiġi stabbilit il-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja li għandha tiġi applikata u l-kriterji għall-applikazzjoni ta’ rati fissi jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati.

Artikolu 106

Proċedura

L-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandu japplika mutatis mutandis meta l-Kummissjoni tipproponi korrezzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 105 ta’ dan ir-Regolament.



KAPITOLU VI

Monitoraġġ, evalwazzjoni, informazzjoni u komunikazzjoni



Taqsima 1

Twaqqif u objettivi ta’ sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 107

Sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni

1.  Għandha tiġi stabbilita sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għall-operazzjonijiet tal-FEMS taħt ġestjoni konġunta bil-għan li titkejjel il-prestazzjoni tal-FEMS. Sabiex jiġi żgurat kejl effettiv tal-prestazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 126 li jiddefinixu l-kontenut u l-bini ta’ dik is-sistema.

2.  L-impatt ġenerali tal-FEMS għandu jiġi vvalutatb’rabta mal-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta ‘atti ta’ implimentazzjoni li jistabilixxu is-sett ta’ indikaturi speċifiċi għal dawk il-prijoritajiet tal-Unjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

3.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja sabiex ikunu jistgħu jsiru l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miżuri kkonċernati. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-data, b’mod partikolari l-użu tagħhom għal raġunijiet statistiċi meta dan ikun xieraq. Il-Kummissjoni” għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw regoli dwar l-informazzjoni li trid tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar il-ħtiġijiet tad-data u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-data. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

4.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull erba’ snin. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Artikolu 108

Objettivi

L-objettivi tas-sistema komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni għandhom ikunu:

(a) li jintwera l-progress u l-kisbiet tal-PKS u l-PMI, li jitqies l-impatt ġenerali u li jiġu vvalutati l- effettività, l-effiċjenza u r-rilevanza tal-operazzjonijiet tal-FEMS;

(b) li tikkontribwixxi għal appoġġ immirat aħjar għall-PKS u l-PMI;

(c) li tappoġġa proċess ta’ tagħlim komuni relatat mal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni;

(d) li tipprovdi evalwazzjonijiet robusti bbażati fuq il-provi tal-operazzjonijiet tal-FEMS li jikkontribwixxu għall-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet.



Taqsima 2

Dispożizzjonijiet tekniċi

Artikolu 109

Indikaturi komuni

1.  Għandha tiġi speċifikata lista ta’ indikaturi komuni relatati mas-sitwazzjoni inizjali kif ukoll mal-eżekuzzjoni finanzjarja, ir-rendimenti u r-riżultati tal-programm operazzjonali u applikabbli għal kull programm operazzjonali fis-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni stabbilita fl-Artikolu 107 biex tkun tista’ ssir l-aggregazzjoni tad-data fil-livell tal-Unjoni.

2.  L-indikaturi komuni għandhom ikunu marbuta mal-istadji importanti u l-miri stabbiliti fil-programmi operazzjonali skont il-prijoritajiet tal-Unjoni stipulati fl-Artikolu 6. Dawk l-indikaturi komuni għandhom jintużaw għall-eżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, u għandhom jippermettu li ssir valutazzjoni tal-progress, l-effiċjenza u l-effettività tal-implimentazzjoni tal-politika fl-isfond tal-objettivi u l-miri fil-livell tal-programm tal-Unjoni.

Artikolu 110

Sistema elettronika ta’ informazzjoni

▼C1

1.  L-informazzjoni ewlenija dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, dwar kull operazzjoni magħżula għal finanzjament, kif ukoll dwar l-operazzjonijiet kompluti, meħtieġa għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarju u tal-operazzjoni, għandha tiġi rreġistrata u miżmuma b’mod elettroniku.

▼B

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm sistema elettronika sikura xierqa sabiex tirreġistra, iżżomm u tiġġestixxi l-informazzjoni ewlenija u biex tirrapporta dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

Artikolu 111

Għoti ta’ informazzjoni

Il-benefiċjarji tal-appoġġ taħt il-FEMS, inklużi ‘FLAGs, għandhom jimpenjaw ruħhom li jipprovdu lill-awtorità ta’ ġestjoni u/jew lill-evalwaturi maħtura jew korpi oħrajn delegati li lilhom jiġi ddelegat it-twettiq tal-funzjonijiet f’isimha, id-data u l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jsiru l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm operazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-issodisfar tal-objettivi u l-prijoritajiet speċifiċi.



Taqsima 3

Monitoraġġ

Artikolu 112

Proċeduri ta’ monitoraġġ

1.  L-awtorità ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 97 ta’ dan ir-Regolament u l-kumitat ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandhom jissorveljaw il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-programm.

2.  L-awtorità ta’ ġestjoni u l-kumitat ta’ monitoraġġ għandhom iwettqu l-monitoraġġ tal-programm operazzjonali permezz ta’ indikaturi finanzjarji, indikaturi tar-rendiment u indikaturi tar-riżultat.

Artikolu 113

Funzjonijiet tal-kumitat ta’ monitoraġġ

Minbarra l-funzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, il-kumitat ta’ monitoraġġ jivverifika r-rendiment tal-programm operazzjonali u l-effettività tal-implimentazzjoni tiegħu. Għal dak il-għan, il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu:

(a) jiġi kkonsultat u japprova, fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni li tapprova l-programm, il-kriterji tal-għażla għall-operazzjonijiet iffinanzjati; il-kriterji tal-għażla għandhom jiġu riveduti skont il-ħtiġijiet ta’ programmazzjoni;

(b) jeżamina l-attivitajiet u r-riżultati relatati mal-pjan ta’ evalwazzjoni tal-programm;

(c) jeżamina l-azzjonijiet fil-programm marbuta ma’ li jiġu sodisfatti kondizzjonalitajiet ex ante speċifiċi;

(d) jeżamina u japprova r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali qabel ma jintbagħtu lill-Kummissjoni;

(e) jeżamina l-azzjonijiet għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-opportunitajiet ugwali u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, inkluża l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà.

Il-kumitat ta’ monitoraġġ ma għandux jiġi kkonsultat dwar il-pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir ta’ data msemmija fl-Artikolu 21.

Artikolu 114

Rapport annwali ta’ implimentazzjoni

1.  Sal-31 ta’ Mejju 2016 u sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena sussegwenti sal-2023 b’din is-sena inkluża, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport annwali ta’ implimentazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali fis-sena kalendarja ta’ qabel. Ir-rapport sottomess fl-2016 għandu jkopri s-snin kalendarji tal-2014 u l-2015.

2.  Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni għandhom jinkludu:

(a) informazzjoni dwar l-impenji finanzjarji u l-infiq skont il-kejl;

(b) sommarju tal-attivitajiet imwettqa relatati mal-pjan ta’ evalwazzjoni;

(c) informazzjoni dwar l- azzjonijiet meħuda f’każijiet ta’ ksur serju kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, u ta’ nuqqas ta’ ħarsien tal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll dwar azzjonijiet ta’ rimedju;

▼C1

(d) informazzjoni dwar azzjonijiet meħuda biex ikun hemm konformità mal-Artikolu 41(8) ta’ dan ir-Regolament;

▼B

(e) informazzjoni dwar l-azzjonijiet meħuda biex tiġi żgurata l-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji skont l-Anness V għal dan ir-Regolament, għal persuni naturali skont il-liġi nazzjonali fosthom limitu massimu applikabbli.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli li jikkonċernaw il-format u l-preżentazzjoni tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).



Taqsima 4

Evalwazzjoni

Artikolu 115

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-elementi li għandhom jiddaħħlu fir-rapporti ta’ evalwazzjoni ex ante msemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-pjan ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 127(3) ta’ dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evalwazzjonijiet jikkonformaw mas-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni komuni skont l-Artikolu 107, għandhom jorganizzaw il-produzzjoni u l-ġbir tad-data meħtieġa, u għandhom jipprovdu d-diversi biċċiet ta’ informazzjoni pprovduti mis-sistema ta’ monitoraġġ għall-evalwaturi.

3.  Ir-rapporti ta’ evalwazzjoni għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri fuq l-Internet u mill-Kummissjoni fuq is-sit elettroniku tal-Unjoni.

Artikolu 116

Evalwazzjoni ex ante

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-evalwatur ex ante ikun involut minn istadju bikri tal-proċess ta’ żvilupp tal-programm operazzjonali, inkluż l-iżvilupp tal-analiżi msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 18(1), it-tfassil tal-loġika ta’ intervent tal-programm u t-tfassil tal-miri tal-programm.

Artikolu 117

Evalwazzjoni ex post

F’konformità mal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, għandu jitħejja rapport ta’ evalwazzjoni ex post mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri.

Artikolu 118

Sinteżijiet tal-evalwazzjonijiet

Għandha ssir sinteżi fil-livell tal-Unjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni ex ante taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Is-sinteżi tar-rapporti ta’ evalwazzjoni għandha titlesta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ wara s-sottomissjoni tal-evalwazzjonijiet relevanti.



Taqsima 5

Informazzjoni u komunikazzjoni

Artikolu 119

Informazzjoni u reklamar

1.  L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun responsabbli f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 97(1) għal:

(a) iżgurar tal-ftuħ ta’ sit elettroniku uniku jew portal ta’ sit elettroniku uniku li jipprovdi l-informazzjoni dwar il-programm operazzjonali fl-Istat Membru u aċċess għalih;

(b) informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali bl-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt il-programm operazzjonali;

(c) pubbliċità għaċ-ċittadini tal-Unjoni r-rwol u l-kisbiet tal-FEMS permezz ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni dwar ir-riżultati u l-impatt tal-ftehimiet ta’ sħubija, il-programmi operazzjonali u l-operazzjonijiet.

(d) jiġi żgurat li jiġi magħmul pubbliku sommarju tal-miżuri mfassla biex tkun żgurata konformità mar-regoli tal-PKS fosthom il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mill-Istati Membri jew mill-benefiċjarji kif ukoll l-azzjonijiet ta’ rimedju bħall-korrezzjonijiet finanzjarji meħuda.

2.  Sabiex jiżguraw it-trasparenza rigward l-appoġġ mill-FEMS, l-Istati Membri għandhom iżommu lista ta’ operazzjonijiet fil-format CSV jew XML li għandha tkun aċċessibbli permezz tas-sit elettroniku uniku jew il-portal tas-sit elettroniku uniku, li jipprovdi lista ta’ operazzjonijiet u sommarju tal-programm operazzjonali.

Il-lista ta’ operazzjonijiet għandha tiġi aġġornata mill-inqas kull sitt xhur.

L-informazzjoni minima li għandha tiġi stabbilita fil-lista ta’ operazzjonijiet, inkluża l-informazzjoni speċifika li tikkonċerna l-operazzjonijiet taħt l-Artikoli 26, 39, 47, 54 u 56, hija stabbilita fl-Anness V.

3.  Regoli dettaljati li jikkonċernaw l-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità għall-applikanti u l-benefiċjarji huma stabbiliti fl-Anness V.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità għall-istruzzjonijiet tal-operazzjoni għall-ħolqien ta’ emblema u definizzjoni tal-kuluri standard. Dawk l-‘atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 127(2).



TITOLU VIII

IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI DIRETTA



KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 120

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan it-Titolu għandu japplika għal miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni diretta kif stabbilit fit-Titolu VI.



KAPITOLU II

Kontroll

Artikolu 121

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.  Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati l-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti billi jiġu applikati miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività legali oħra, permezz ta’ verifiki effettivi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa bi żball u, fejn xieraq, permezz ta’ penali proporzjonati u dissważivi effettivi.

2.  Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ awditjar, kemm fuq il-bażi tad-dokumenti kif ukoll fuq verifiki fuq il-post, fuq il-benefiċjarji, il-kuntratturi u s-subkuntratturi kollha li rċevew fondi mill-Unjoni.

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq verifiki u spezzjonijiet fuq il-post fuq operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament mill-finanzjament tal-Unjoni skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 883/2013 ( 22 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, bil-għan li jiġi stabbilit ikunux twettqu frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ ftehim dwar l-għajnuna finanzjarja, deċiżjoni dwar l-għajnuna finanzjarja jew kuntratt li jikkonċernaw il-finanzjament tal-Unjoni.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, ftehimiet dwar l-għajnuna finanzjarja, deċiżjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkollhom dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa b’mod espliċitu lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu awditi, verifiki u spezzjonijiet fuq il-post imsemmija f’dawk il-paragrafi, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom..

Artikolu 122

Awditjar

1.  Uffiċċjali tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri, jew ir-rappreżentanti tagħhom, jistgħu jwettqu awditjar fuq il-post fuq operazzjonijiet iffinanzjati minn dan ir-Regolament fi kwalunkwe mument b’avviż ta’ mill-inqas għaxart ijiem ta’ xogħol, għajr f’każijiet urġenti, għal perijodu sa tliet snin wara l-pagament finali li sar mill-Kummissjoni.

2.  L-Uffiċċjali tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri, jew ir-rappreżentanti tagħhom, debitament mogħtija s-setgħa sabiex iwettqu awditjar fuq il-post, għandu jkollhom aċċess għall-kotba u kull dokument ieħor, inklużi dokumenti u metadata mfassla jew irċivuti u rreġistrati f’format elettroniku relatati mal-infiq iffinanzjat taħt dan ir-Regolament.

3.  Is-setgħat ta’ awditjar imsemmija fil-paragrafu 2 ma għandhomx jaffettwaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżervaw ċerti atti għal aġenti speċifikament maħtura mil-leġislazzjoni nazzjonali. L-Uffiċjali tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri, jew ir-rappreżentanti tagħhom, ma għandhomx jieħdu sehem, fost l-oħrajn, fi żjarat fid-djar jew interrogazzjonijiet formali ta’ persuni fi ħdan il-qafas tal-leġislazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat. Madanakollu, għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni miksuba b’dan il-mod.

4.  Jekk kwalunkwe appoġġ finanzjarju mill-Unjoni mogħti taħt dan ir-Regolament jiġi sussegwentement allokat għal parti terza bħala benefiċjarju aħħari, il-benefiċjarju inizjali, peress li hu r-riċevitur tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni relevanti kollha rigward l-identità ta’ dak il-benefiċjarju aħħari.

Artikolu 123

Sospensjoni tal-pagamenti, tnaqqis u kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.  Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-fondi tal-Unjoni ma ntużawx skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe att legali tal-Unjoni ieħor li huwa applikabbli, din għandha tinnotifika lill-benefiċjarji li għandu jkollhom xahar mid-data ta’ din in-notifika sabiex jagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni.

2.  Jekk il-benefiċjarji ma jwiġbux lura fi żmien il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew jekk l-osservazzjonijiet tagħhom mhumiex ikkunsidrati sodisfaċenti, il-Kummissjoni għandha tnaqqas jew tikkanċella l-kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija jew tissospendi l-pagamenti. Kwalunkwe ammont imħallas bi żball għandu jitħallas lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni. Għandu jiżdied l-imgħax fuq kwalunkwe somma mhux imħallsa fil-ħin taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.



KAPITOLU III

Evalwazzjoni u rappurtar

Artikolu 124

Evalwazzjoni

1.  L-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu ssorveljati b’mod regolari sabiex tiġi segwita l-implimentazzjoni tagħhom.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-evalwazzjoni regolari, indipendenti u esterna tal-operazzjonijiet iffinanzjati.

Artikolu 125

Rappurtar

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill:

►C1  (a) f’konformità mal-Artikolu 15, rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar ◄ ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament;

(b) sal-31 ta’ Awwissu 2018, komunikazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament.



TITOLU IX

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ PROĊEDURA

Artikolu 126

Eżerċizzju ta’ delega

1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati ‘msemmija fl-Artikoli 10, 14, 32, 40, 41, 72, 102, 105, 107 u 129 għandha tingħata sal-31 ta’ Diċembru 2020.

3.  Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikoli 10, 14, 32, 40, 41, 72, 102, 105, 107 u 129 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 10, 14, 32, 40, 41, 72, 102, 105, 107 u 129 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 127

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Fejn il-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni dwar abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni li għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 95(5) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.



TITOLU X

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 128

Revoka

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 129(2), ir-Regolamenti (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006, (KE) Nru 791/2007, (UE) Nru 1255/2011 u l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.

2.  Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 129

Dispożizzjonijiet transizzjonali

1.  Sabiex tiffaċilita t-transizzjoni mill-iskema ta’ appoġġ stabbiliti mir-Regolamenti (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006, (KE) Nru 791/2007 u (KE) Nru 1255/2011 ‘għall-iskema stabbilita minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, b’konformità mal-Artikolu 126, li jistabbilixxu il-kondizzjonijiet li taħthom l-appoġġ approvat mill-Kummissjoni skont dawk ir-Regolamenti jista’ jiġi integrat fl-appoġġ stabbilit skont dan ir-Regolament, inkluż għall-għajnuna teknika u għall-evalwazzjonijiet ex-post.

2.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika, inkluża l-kanċellazzjoni sħiħa jew parzjali, tal-proġetti kkonċernati, sal-għeluq tagħhom, jew tal-għajnuna approvata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-Regolamenti (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006, ’(KE) Nru 791/2007 u (UE) Nru 1255/2011 u l-Artikolu 103 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jew kwalunkwe leġislazzjoni oħra li tapplika għal dik l-għajnuna fil-31 ta’ Diċembru 2013 li għandha tibqa’ tapplika għal tali proġetti jew assistenza.

3.  L-applikazzjonijiet li jsiru taħt ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għandhom jibqgħu validi.

Artikolu 130

Dħul fis-seħħ u data ta’ applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.




ANNESS I



INTENSITÀ TAL-GĦAJNUNA SPEĊIFIKA

Tip ta’ operazzjonijiet

Punti perċentwali

Operazzjonijiet relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira, jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta’

30

Operazzjonijiet li jinsabu fil-Gżejjer Griegi mbiegħda u fil-gżejjer Kroati ta’ Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo jistgħu jibbenefikaw minn żieda ta’’

35

Operazzjonijiet li jinsabu fir-reġjuni l-aktar imbiegħda jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta’

35

Operazzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet ta’ sajjieda jew benefiċjarji kollettivi oħrajn barra l-Kapitolu III tat-Titolu V, jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta’

10

Operazzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet ta’ produtturi, minn assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jibbenefikaw minn żieda ta’

25

Operazzjonijiet skont l-Artikolu 76 dwar il-kontroll u l-infurzar, jistgħu jibbenefikaw minn żieda ta’

30

Operazzjonijiet skont l-Artikolu 76 dwar il-kontroll u l-infurzar relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira, jistgħu jibbenifikaw minn żieda ta’

40

Operazzjonijiet skont l-Artikolu 41(2), dwar is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ magni ewlenin jew anċillari, għandhom jitnaqqsu bi

20

Operazzjonijiet implimentati minn intrapriżi li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ SMEs għandhom jitnaqqsu bi

20




ANNESS II



TQASSIM ANNWALI TAL-APPROPRJAZZJONIJIET TA’ IMPENN GĦALL-2014 SAL-2020

Deskrizzjoni

Perijodu

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Total

Ġestjoni kondiviża tal-FEMS

(2014-2020)

788 060 689

798 128 031

805 423 852

818 478 098

837 523 233

843 250 018

858 467 679

5 749 331 600




ANNESS III

DISTRIBUZZJONI INDIKATTIVA TAL-FONDI TAĦT IL-KAPITOLI I U II TAT-TITOLU VI FOST L-OBJETTIVI, STIPULATI FL-ARTIKOLI 82 U 85 ( 23 )

Objettivi stipulati fl-Artikolu 82:

1. L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-governanza integrata tal-affarijiet marittimi u kostali – 5 %

2. L-Iżvilupp ta’ inizjattivi transettorjali – 33 %

3. Appoġġ għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, l-innovazzjoni u teknoloġiji ġodda – 2 %

4. Il-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar – 5 %

Objettivi kif stipulati fl-Artikolu 85:

1. Il-ġbir, il-ġestjoni u t-tixrid ta’ parir xjentifiku fil-PKS – 11 %

2. Miżuri speċifiċi ta’ kontroll u ta’ infurzar taħt il-PKS – 19 %

3. Kontribuzzjonijiet volontarji għal organizzazzjonijiet internazzjonali – 10 %

4. Kunsilli Konsultattivi u attivitajiet ta’ komunikazzjoni taħt il-PKS u l-PMI – 9 %

5. Informazzjoni dwar is-suq, inkluż l-istabbiliment ta’ swieq elettroniċi – 6 %




ANNESS IV



KONDIZZJONALITAJIET SPEĊIFIĊI EX ANTE

Objettiv speċifiku taħt il-prijorità tal-Unjoni għall-objettiv tematiku tal-FEMS

Kondizzjonalità ex ante

Kriterji li għandhom jiġu sodisfatti

Prijorità tal-FEMS:

1.  Il-promozzjoni ta’ sajd ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiv, kompetittiv u bbażat fuq l-għarfien.

Objettiv speċifiku: (a) - (f)

‘Objettiv Tematiku 3: it-tisħiħ tal-kompetittività ta’ SMEs, is-settur agrikolu (għall-FAEŻR) u s-settur tas-sajd u l-akkwakultura (għall-FEMS);

Objettiv Tematiku 6: il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi;

Objettiv Tematiku 8: il-prmozzjoni tal-impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità u l-appoġġ tal-mobilità tax-xogħol

Ir-rapport dwar il-kapaċità ta’ sajd ġie ppreżentat f’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Ir-rapport isir f’konformità ma’ linji gwida komuni maħruġin mill-Kummissjoni

Il-kapaċità tas-sajd ma taqbiżx il-limitu massimu ta’ kapaċità tas-sajd stipulat fl-Anness II tar- Regolament (UE) Nru 1380/2013

Prijorità tal-FEMS:

2.  It-trawwim ta’ akkwakultura ambjentalment sostenibbli, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, innovattiva, kompetittiva u bbażata fuq l-għarfien

Objettivi speċifiċi: (a), (b) u (c).

Objettiv Tematiku 3: it-tisħiħ tal-kompetittività ta’ SMEs, is-settur agrikolu (għall-FAEŻR) u s-settur tas-sajd u l-akkwakultura (għall-FEMS);

Objettiv Tematiku 6: il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi;

Objettiv Tematiku 8: il-prmozzjoni tal-impjiegi sostenibbli u ta’ kwalità u l-appoġġ tal-mobilità tax-xogħol3

L-istabbiliment ta’ pjan strateġiku nazzjonali pluriennali dwar l-akkwakultura, kif imsemmi fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sal-2014;

Pjan strateġiku nazzjonali pluriennali dwar l-akkwakultura huwa trasmess lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-jum ta’ trasmissjoni tal-rogramm operazzjonali

Il-programm operazzjonali jinkludi l-informazzjoni dwar il-komplimentarjetajiet mal-pjan strateġiku nazzjonali pluriennali dwar l-akkwakultura

Prijorità tal-FEMS:

3.  It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS.

Objettiv speċifiku (a).

Objettiv Tematiku 6: il-preservazzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi.

Kapaċità amministrattiva: tkun disponibbli kapaċità amministrattiva għall- konformità mar-rekwiżiti tad-data għall-ġestjoni tas-sajd kif stabbilit fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.’

Deskrizzjoni tal-kapaċità amministrattiva biex jitħejja u jiġi applikat programm pluriennali għall-ġbir tad-data, li għandu jiġi rivedut mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u aċċettat mill-Kummissjoni

Deskrizzjoni tal-kapaċità amministrattiva biex jitħejja u jiġi implimentat pjanijiet ta’ ħidma għall-ġbir tad-data, li għandu jiġi rivedut mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd u aċċettat mill-Kummissjoni

Deskrizzjoni tal-kapaċità fl-allokazzjoni tar-riżorsi umani biex isiru ftehimiet bilaterali jew multilaterali ma’ Stati Membri oħra jekk tinqasam il-ħidma biex jiġu implimentati l-obbligi ta’ ġbir tad-data

Prijorità tal-FEMS:

3.  It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-PKS.

Objettiv speċifiku (b).

Objettiv Tematiku 6: il-preservazzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi

Kapaċità amministrattiva: tkun disponibbli kapaċità amministrattiva għall-konformità mal-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ spezzjoni u infurzar tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 36 tar-[Regolament (UE) Nru 1380/2013 u speċifikat ulterjorment fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009.

L-azzjonijiet speċifiċi jinkludu:

Deskrizzjoni tal-kapaċità amministrattiva biex titħejja u tiġi implimentata t-taqsima tal-programm operazzjonali li tagħmel parti mill-programm ta’ finanzjament dwar il-kontroll nazzjonali 2014-2020 kif imsemmi fil-punt (o) tal-Artikolu 18(1).

Deskrizzjoni tal-kapaċità amministrattiva biex jitħejja u jiġi implimentat il-programm ta’ azzjoni dwar il-kontroll nazzjonali għall-pjani pluriennali, kif previst fl-Artikolu 46 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

Deskrizzjoni tal-kapaċità amministrattiva biex jitħejja u jiġi implimentat programm komuni ta’ kontroll li jista’ jiġi żviluppat ma’ Stati Membri oħra, kif previst fl-Artikolu 94 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009

 

 

Deskrizzjoni tal-kapaċità amministrattiva biex jitħejjew u jiġu implimentati l-Programmi Speċifiċi dwar il-Kontroll u l-Ispezzjoni kif previst fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Deskrizzjoni tal-kapaċità amministrattiva biex tiġi applikata sistema ta’ sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għal ksur serju kif previst fl-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

Deskrizzjoni tal-kapaċità amministrattiva biex tiġi applikata sistema ta’ punti għal ksur serju kif previst fl-Artikolu 92 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.




ANNESS V

INFORMAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI DWAR L-APPOĠĠ MILL-FEMS

1.   Lista ta’ operazzjonijiet

Il-lista ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 119 għandha tinkludi, mill-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru, l-oqsma tad-data li ġejjin:

 isem il-benefiċjarju (entitajiet legali biss, u persuni fiżiċi skont il-liġi nazzjonali;

 Numru ta’ identifikazzjoni tar-reġistru tal-flotta tal-Komunità kif speċifikat fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 26/2004 ’(din it-taqsima trid timtela’ biss meta l-operazzjoni tkun marbuta ma’ bastiment tas-sajd);

 isem l-operazzjoni;

 sommarju tal-operazzjoni;

 id-data ta’ bidu tal-operazzjoni;

 id-data ta’ tmiem l-operazzjoni (data mistennija għat-tlestija fiżika jew għall-implimentazzjoni sħiħa tal-operazzjoni);

 nefqa eliġibbli totali;

 ammont ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni;

 kodiċi postali tal-operazzjoni;

 pajjiż;

 isem il-prijorità tal-Unjoni;

 data tal-aħħar aġġornament tal-lista ta’ operazzjonijiet.

2.   Miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità għall-pubbliku

1. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-informazzjoni u l-miżuri ta’ pubbliċità jimmiraw lejn l-akbar kopertura medjatika possibbli billi jintużaw diversi forom u metodi ta’ komunikazzjoni fil-livell xieraq.

2. L-Istat Membru għandu jkun responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ tal-inqas il-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità li ġejjin:

(a) attività informattiva kbira li tippubbliċizza t-tnedija tal-programm operazzjonali;

(b) għal tal-inqas darbtejn matul il-perijodu ta’ programmazzjoni, attività informattiva kbira li tippromwovi l-opportunitajiet ta’ finanzjament u l-istrateġiji fil-mira u li tippreżenta l-kisbiet tal-programm operazzjonali;

(c) wiri tal-bandiera jew l-emblema, kif adatt, tal-Unjoni quddiem il-bini ta’ kull awtorità ta’ ġestjoni, jew f’post viżibbli għall-pubbliku;

(d) pubblikazzjoni b’mod elettroniku tal-lista ta’ operazzjonijiet skont it-taqsima 1;

(e) l-għoti ta’ eżempji ta’ operazzjonijiet, skont kull programm operazzjonali, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tas-sit elettroniku uniku; l-eżempji għandhom jingħataw f’lingwa uffiċjali tal- Unjoni mitkellma b’mod mifrux minflok fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;

(f) jiġi żgurat li taqsima speċifika mis-sit elettroniku uniku tkun iddedikata sabiex tagħti sommarju qasir tal-operazzjonijiet ta’ innovazzjoni u ekoinnovazzjoni;

(g) l-aġġornament tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali, inklużi l-kisbiet ewlenin tiegħu, fuq is-sit elettroniku uniku jew fuq is-sit elettroniku tal-programm operazzjonali li huwa aċċessibbli permezz tal-portal tas-sit elettroniku uniku;

(h) jiġi żgurat li jiġi magħmul pubbliku sommarju tal-miżuri mfassla biex jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-PKS fosthom il-każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mill-Istati Membri jew mill-benefiċjarji kif ukoll l-azzjonijiet ta’ rimedju bħall-korrezzjonijiet finanzjarji meħuda.

3. F’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali, fil-miżuri ta’ informazzjoni u pubbliċità, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinvolvi lill-korpi li ġejjin:

(a) l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013;

(b) ċentri ta’ informazzjoni dwar l-Ewropa, kif ukoll l-uffiċċji ta’ rappreżentanza tal-Kummissjoni fl-Istati Membri;

(c) istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka.

Dawk il-korpi għandhom ixerrdu ħafna l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 119(1).

3.   Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali u għall-benefiċjarji

3.1.   Miżuri ta’ informazzjoni għal benefiċjarji potenzjali

1. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-objettivi tal-programm operazzjonali u l-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-FEMS jinxterdu ħafna fost il-benefiċjarji potenzjali u l-partijiet interessati kollha.

2. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarji potenzjali huma informati dwar tal-inqas dan li ġej:

(a) il-kondizzjonijiet ta’ eliġibbiltà tal-infiq li għandhom jintlaħqu sabiex wieħed jikkwalifika għall-appoġġ taħt programm operazzjonali;

(b) deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ ammissibbiltà għall-applikazzjonijiet, il-proċeduri għall-eżami tal-applikazzjonijiet għall-finanzjament u tal-perijodi ta’ żmien involuti;

(c) il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati;

(d) il-kuntatti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar il-programmi operazzjonali;

(e) li l-applikazzjonijiet għandhom jipproponu attivitajiet ta’ komunikazzjoni, proporzjonati għad-daqs tal-operazzjoni, sabiex jinformaw lill-pubbliku dwar il-miri tal-operazzjoni u l-appoġġ tal-Unjoni għall-operazzjoni.

3.2.   Miżuri ta’ informazzjoni għall-benefiċjarji

L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji li l-aċċettazzjoni tal-finanzjament tikkostitwixxi aċċettazzjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ operazzjonijiet ippubblikata skont l-Artikolu 119(2).



( 1 ) Rakkomandazzjoni 2002/413/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2002 dwar l-implimentazzjoni ta’ Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali fl-Ewropa (ĠU L 148, 6.6.2002, p. 24).

( 2 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta’ Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).

( 3 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

( 4 ) Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

( 5 ) Konvenzjoni li saret fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49).

( 6 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

( 7 ) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

( 8 ) Direttiva 2010/41/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE (ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1).

( 9 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).

( 10 ) Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

( 11 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/629/KE tas-26 ta’ Awwissu 2005 li tistabbilixxi Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (ĠU L 225, 31.8.2005, p. 18).

( 12 ) Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

( 13 ) Direttiva 2001/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

( 14 ) Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).

( 15 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

( 16 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 710/2009 tal-5 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007, f’dak li għandu x’jaqsam mal-iffissar ta’ regoli ddettaljati dwar il-produzzjoni organika tal-annimali tal-akkwakultura u l-alka tal-baħar (ĠU L 204, 6.8.2009, p. 15).

( 17 ) Regolament (KE) Nru 761/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 li jippermetti l-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fl-iskema Komunitarja għall-immaniġġjar tal-ambjent u l-verifika (EMAS) (ĠU L 114, 24.4.2001, p. 1).

( 18 ) Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1).

( 19 ) Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1)..

( 20 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1)

( 21 ) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-1 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

( 22 ) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

( 23 ) Il-perċentwali japplikaw għall-ammont stipulat fl-Artikolu 14 minbarra l-allokazzjoni skont l-Artikolu 92

Top