Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02014R0037-20160728

    Consolidated text: Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/37(1)/2016-07-28

    2014R0037 — MT — 28.07.2016 — 006.001


    Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

    ►B

    REGOLAMENT (UE) Nru 37/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-15 ta' Jannar 2014

    li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri

    (ĠU L 018 21.1.2014, p. 1)

    Emendat bi:

     

     

    Il-Ġurnal Uffiċjali

      Nru

    Paġna

    Data

    ►M1

    REGOLAMENT (UE) 2015/475 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2015

      L 83

    1

    27.3.2015

    ►M2

    REGOLAMENT (UE) 2015/476 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2015

      L 83

    6

    27.3.2015

    ►M3

    REGOLAMENT (UE) 2015/477 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2015

      L 83

    11

    27.3.2015

    ►M4

    REGOLAMENT (UE) 2015/478 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2015

      L 83

    16

    27.3.2015

    ►M5

    REGOLAMENT (UE) 2015/479 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2015

      L 83

    34

    27.3.2015

    ►M6

    REGOLAMENT (UE) 2015/752 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2015

      L 123

    16

    19.5.2015

    ►M7

    REGOLAMENT (UE) 2015/755 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-29 ta' April 2015

      L 123

    33

    19.5.2015

    ►M8

    REGOLAMENT (UE) 2015/938 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Ġunju 2015

      L 160

    57

    25.6.2015

    ►M9

    REGOLAMENT (UE) 2015/939 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Ġunju 2015

      L 160

    62

    25.6.2015

    ►M10

    REGOLAMENT (UE) 2015/940 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Ġunju 2015

      L 160

    69

    25.6.2015

    ►M11

    REGOLAMENT (UE) 2015/941 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tad-9 ta' Ġunju 2015

      L 160

    76

    25.6.2015

    ►M12

    REGOLAMENT (UE) 2015/1145 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta' Lulju 2015

      L 191

    1

    17.7.2015

    ►M13

    REGOLAMENT (UE) 2015/1843 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-6 ta' Ottubru 2015

      L 272

    1

    16.10.2015

    ►M14

    REGOLAMENT (UE) 2016/1036 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta' Ġunju 2016

      L 176

    21

    30.6.2016

    ►M15

    REGOLAMENT (UE) 2016/1037 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta' Ġunju 2016

      L 176

    55

    30.6.2016

    ►M16

    REGOLAMENT (UE) 2016/1076 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-8 ta' Ġunju 2016

      L 185

    1

    8.7.2016




    ▼B

    REGOLAMENT (UE) Nru 37/2014 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-15 ta' Jannar 2014

    li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri



    Artikolu 1

    Ir-Regolamenti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan emendati, f'konformità mal-Anness.

    Artikolu 2

    Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jinftiehmu li huma magħmula għal dawk id-dispożizzjonijiet kif emendati b'dan ir-Regolament.

    Ir-referenzi magħmula għall-ismijiet ta' qabel tal-kumitati għandhom jinftiehmu li huma referenzi għall-ismijiet il-ġodda tal-kumitati kif previst minn dan ir-Regolament.

    Fir-Regolamenti kollha elenkati fl-Anness:

    (a) kwalunkwe referenza għall-kliem 'Komunità Ewropea', 'Komunità', 'Komunitajiet Ewropej' jew 'Komunitajiet' għandha tinftiehem bħala referenza għall-'Unjoni Ewropea' jew l-'Unjoni';

    (b) kwalunkwe referenza għall-kliem 'suq komuni' għandha tinftiehem bħala referenza għas-'suq intern';

    (c) kwalunkwe referenza għall-kliem 'Kumitat previst fl-Artikolu 113', 'Kumitat previst fl-Artikolu 133', 'Kumitat imsemmi fl-Artikolu 113', jew 'Kumitat imsemmi fl-Artikolu 133' għandha tinftiehem bħala referenza għal 'Kumitat previst fl-Artikolu 207';

    (d) kwalunkwe referenza għall-kliem 'Artikolu 113 tat-Trattat' jew 'Artikolu 133 tat-Trattat' għandha tinftiehem bħala referenza għal 'Artikolu 207 tat-Trattat'.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-proċeduri mibdija għall-adozzjoni ta' miżuri previsti fir-Regolamenti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament fejn, mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew qabel:

    (a) il-Kummissjoni tkun adottat att;

    (b) ikun hemm bżonn ta' konsultazzjoni skont wieħed mir-Regolamenti elenkati fl-Anness u tali konsultazzjoni tkun bdiet; jew,

    (c) ikun hemm bżonn ta' proposta skont wieħed mir-Regolamenti elenkati fl-Anness u l-Kummissjoni tkun adottat tali proposta.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tletin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




    ANNESS

    LISTA TA' REGOLAMENTI LI JAQAW TAĦT IL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI U EMENDATI F'ADATTAMENT GĦALL-ARTIKOLU 290 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA JEW GĦAD-DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 182/2011

    ▼M12 —————

    ▼M1 —————

    ▼M8 —————

    ▼M13 —————

    ▼B

    5.    Regolament (KE) Nru 385/96

    Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 385/96, l-implimentazzjoni tal-proċeduri previsti f'dak ir-Regolament titlob kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tiegħu f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 385/96 huwa emendat kif ġej:

    (1) L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "11.  Bla ħsara għall-Artikolu 15(2), fejn ikun jidher lill-Kummissjoni li hemm evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta' proċeduri, hija għandha tagħmel hekk fi żmien 45 ġurnata mid-data li fiha jkun sar l-ilment, jew, fil-każ ta' bidu skont il-paragrafu 8, mhux aktar tard minn sitt xhur miż-żmien li fih il-bejgħ tal-vapur kien magħruf jew kellu jkun magħruf, u għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Fejn ma tkunx ġiet ippreżentata biżżejjed evidenza, min jagħmel l-ilment għandu jkun infurmat dwar dan fi żmien 45 jum mid-data li fiha jkun tressaq l-ilment lill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni lill-Istati Membri ladarba tkun iddeterminat il-ħtieġa li tagħti bidu għal tali proċediment.".

    (2) L-Artikolu 7 huwa emendat b'dan li ġej:

    (a) Il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "2.  Fejn il-miżuri ma jkunux meħtieġa l-investigazzjoni jew il-proċedimenti għandhom jintemmu. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 10(2).";

    (b) Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "4.  Fejn il-fatti kif ġew stabbiliti finalment juru li hemm prezzijiet inġurjużi u dannu kkawżat b'dawn, għandu jiġi impost ħlas għall-prezzijiet inġurjużi fuq il-bennejja tal-bastimenti mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10(2). L-ammont tal-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi għandu jkun daqs il-marġini tal-prezzijiet inġurjużi stabbilit. Il-Kummissjoni, wara li tkun għarrfet lill-Istati Membri, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tagħha, b'mod partikolari l-ġbir tal-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi.".

    (3) Fl-Artikolu 8, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "L-investigazzjoni tista' tintemm mingħajr l-impożizzjoni ta' ħlas għall-prezzijiet inġurjużi jekk il-bennej tal-vapuri definittivament u bla kundizzjoni jxejjen il-bejgħ tal-vapur ipprezzat b'mod inġurjuż jew jikkonforma ma' rimedju ekwivalenti alternattiv aċċettat mill-Kummissjoni.".

    (4) L-Artikolu 9(1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "1.  Jekk il-bennej tal-vapur ikkonċernat ma jħallasx il-ħlas għall-prezzijiet inġurjużi impost skont l-Artikolu 7, miżuri kuntrarji f'forma ta' ċaħda ta' drittijiet ta' tagħbija u ħatt għandhom jiġu imposti mill-Kummissjoni fuq il-vapuri mibnija mill-bennej tal-bastimenti inkwistjoni.

    Il-Kummissjoni għandha tagħti informazzjoni lill-Istati Membri ladarba jkun hemm ir-raġunijiet għall-miżuri kuntrarji msemmijin fl-ewwel subparagrafu.".

    (5) L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "Artikolu 10

    Proċedura ta' kumitat

    1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit mir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1225/2009 ( 1 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

    2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    (6) L-Artikolu 13(5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "5.  Il-Kummissjoni u l-Istati Membri, inkluż l-uffiċjali tagħhom it-tnejn, ma għandhomx jiżvelaw informazzjoni li tkun waslitilhom skont dan ir-Regolament li għaliha jkun intalab trattament kunfidenzjali mill-fornitur tagħha, mingħajr permess speċifiku minn dak il-fornitur. Skambji ta' informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, jew ta' kwalunkwe dokumenti interni preparati mill-awtoritajiet tal-Unjoni jew l-Istati Membri, ma għandhomx jiġu żvelati minbarra kif speċifikament stipulat f'dan ir-Regolament.".

    (7) L-Artikolu 14(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "3.  L-iżvelar għandu jsir bil-miktub. Dan għandu jsir, bl-attenzjoni dovuta għall-ħtieġa biex tiġi protetta l-informazzjoni kunfidenzjali, kemm jista' jkun malajr u, normalment, mhux inqas minn xahar qabel deċiżjoni definittiva. Fejn il-Kummissjoni ma tkunx fil-pożizzjoni li tiżvela xi fatti jew kunsiderazzjonijiet f'dak il-ħin, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista' jkun malajr wara. L-iżvelar ma għandu jippreġudika l-ebda deċiżjoni sussegwenti li tista’ tittieħed mill-Kummissjoni, imma fejn deċiżjoni bħal din tkun ibbażata fuq kwalunkwe fatti u kunsiderazzjonijiet differenti, dawn għandhom jiġu żvelati kemm jista’ jkun malajr.".

    (8) L-Artikolu li ġej huwa mdaħħal:

    "Artikolu 14a

    Rapport

    Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.".

    6.    Regolament (KE) Nru 2271/96

    Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 2271/96, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-għan li temenda l-Anness ta' dak ir-Regolament.

    Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għaż-żieda fil-liġijiet jew it-tħassir tal-liġijiet mill-Anness ta' dak ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    L-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2271/96 titlob li l-kundizzjonijiet uniformi għall-istabbiliment ta' kriterji għall-awtorizzazzjoni ta' persuni jkunu konformi bis-sħiħ jew parzjalment ma' kull rekwiżit jew projbizzjoni, inkluż mat-talbiet tal-qrati barranin, f'każijiet fejn in-nuqqas ta' konformità jista' jkun ta' dannu serju għall-interessi tagħhom jew għal dawk tal-Unjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 2271/96 huwa emendat kif ġej:

    (1) Fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 11a biex iżżid mal-Anness għal dan ir-Regolament liġijiet, regolamenti jew strumenti leġislattivi oħra ta' pajjiżi terzi li għandhom applikazzjoni ekstraterritorjali u li jikkawżaw effetti negattivi fuq l-interessi tal-Unjoni u l-interessi ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi li jeżerċitaw drittijiet taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u biex tħassar liġijiet, regolamenti jew strumenti leġislattivi oħra meta ma jibqax ikollhom effetti bħal dawn.".

    (2) Fl-Artikolu 7, il-punt (c) huwa mħassar.

    (3) L-Artikolu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    "Artikolu 8

    1.  Għall-għan tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7(b), il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat dwar il-Leġislazzjoni Ekstraterritorjali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ).

    2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    (4) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

    "Artikolu 11a

    1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 1 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin minn. 20 ta’ Frar 2014 Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

    3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 1 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha jkollha effett fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.

    4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tagħti notifika dwaru simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 1 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b’erba’ xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

    ▼M2 —————

    ▼M11 —————

    ▼M7 —————

    ▼M3 —————

    ▼B

    11.    Regolament (KE) Nru 673/2005

    Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 673/2005, is-setgħa ta' revoka dak ir-Regolament huwa mogħti lill-Kunsill. Dik is-setgħa għandha titneħħa, u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għar-revoka tar-Regolament (KE) Nru 673/2005.

    Għaldaqstant, l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 673/2005 huwa mħassar.

    12.    Regolament (KE) Nru 1236/2005

    Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1236/2005, il-Kummissjoni għandha tingħatalha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għall-iskop li temenda l-Anness ta' dak ir-Regolament.

    Sabiex jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tar-Regolament KE) Nru 1236/2005, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti f'konformità mal-Artikolu 290 TFUEdwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni għall-emenda tal-Annessi I, II, III u IV għal dan ir-Regolament. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura li d-dokumenti rilevanti jintbagħtu simultanjament, fil-waqt u b'mod xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 huwa emendat kif ġej:

    (1) L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "Artikolu 12

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa, li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 15a, biex temenda l-Annessi I, II, III, IV u V. Id-data fl-Anness I dwar l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandha tiġi emendata abbażi ta' informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.".

    (2) L-Artikolu 15 huwa mtħassar.

    (3) L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

    "Artikolu 15a

    Eżerċizzju tad-delega

    1.  Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.  Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin minn. 20 ta’ Frar 2014. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b’mod taċitu għal perijodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

    3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li huwa diġà fis-seħħ.

    4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.  Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perijodu ta’ xahrejn min-notifika dwar dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn għarrfu lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.".

    (4) L-Artikolu 16 huwa mħassar.

    ▼M9 —————

    ▼M16 —————

    ▼M6 —————

    ▼B

    16.    Regolament (KE) Nru 55/2008

    Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 55/2008, sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' miżuri ta' sorveljanza u provviżorji u għas-sospensjoni temporanja tat-trattament preferenzjali minħabba l-effetti ta' tali miżuri u l-loġika sekwenzjali tagħhom fir-rigward tal-adozzjoni ta' miżuri definittivi ta' salvagwardja. Fejn id-dewmien fl-impożizzjoni tal-miżuri jikkawża dannu li jkun diffiċli li jissewwa, jeħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tadotta miżuri provviżorji applikabbli immedjatament.

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 55/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1) L-Artikolu 3(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "3.  Minkejja dispożizzjonijiet oħra ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-Artikolu 10, jekk l-importazzjonijiet ta’ prodotti agrikoli jikkawżaw tfixkil serju għas-swieq tal-Unjoni u l-mekkaniżmi regolatorji tagħhom, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri adatti permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni. Tali atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5).".

    (2) L-Artikolu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "Artikolu 4

    Implimentazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-prodotti tal-ħalib

    Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kwoti tarriffarji għall-intestaturi 0401 sa 0406 għandhom jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Tali atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5).".

    (3) L-Artikolu 8 huwa mħassar.

    (4) L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

    (a) fil-paragrafu 1, il-formulazzjoni introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    "1.  Fejn il-Kummissjoni ssib li hemm biżżejjed evidenza ta’ frodi, irregolaritajiet jew nuqqas sistematiku mill-Moldova biex tikkonforma, jew biex tiżgura l-konformità, mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom, jew biex tipprovdi kooperazzjoni amministrattiva kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), jew biex tikkonforma ma’ kwalunkwe kundizzjoni oħra definiti fl-Artikolu 2(1), tista’ tieħu l-miżuri f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5) biex tissospendi kompletament jew parti mill-arranġamenti preferenzjali previsti b'dan ir-Regolament għal perijodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur, sakemm l-ewwel tkun:"

    (b) il-paragrafu 2 huwa mħassar;

    (c) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "3.  Mal-għeluq tal-perijodu ta’ sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi jew li ttemm il-miżura ta’ sospensjoni proviżorja jew li testendi l-miżura ta’ sospensjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5).".

    (5) L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a) il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej

    "1.  Meta prodott li joriġina fil-Moldova jkun importat fuq termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għal produttur tal-Unjoni għal prodotti simili jew li jikkompetu direttament, id-dazji tat-Tariffi Doganali Komuni fuq dak il-prodott jistgħu jerġgħu jiġu introdotti f’kull ħin mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5)."

    (b) il-paragrafi 5, 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

    "5.  L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni tista', f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, testendi dak il-perijodu f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 11a(4).

    6.  Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien tliet xhur, f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5). Deċiżjoni bħal din għandha tidħol fis-seħħ fi żmien xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

    7.  Fejn investigazzjoni ma tkunx possibbli minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu azzjoni immedjata għal investigazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tieħu kull miżura preventiva li hija strettament meħtieġa, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 11a(6)."

    (6) L-artikolu li ġej huwa mdaħħal:

    "Artikolu 11a

    Proċedura ta' kumitat

    1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 3(3) u l-Artikoli 11 u 12 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 ( 4 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ).

    2.  Għall-fini tal-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 195 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 ( 6 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    3.  Għall-fini tal-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 184 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    4.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    5.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    6.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu.

    (7) Fl-Artikolu 12, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    "Jekk il-Moldova ma tikkonformax mar-regoli tal-oriġini jew ma tipprovdix kooperazzjoni amministrattiva, kif meħtieġ bl-Artikolu 2, għall-Kapitoli 17, 18, 19 u 21 imsemmija preċedentement, jew jekk l-importazzjonijiet ta’ prodotti skont dawn il-Kapitoli u soġġetti għal arranġamenti preferenzjali mogħtija skont dan ir-Regolament jeċċedu b'mod sinifikanti l-livelli tas-soltu ta’ esportazzjonijiet tal-Moldova, għandhom jittieħdu miżuri xierqa f'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 11a(5).".

    ▼M10 —————

    ▼M15 —————

    ▼M4 —————

    ▼M7 —————

    ▼M5 —————

    ▼M14 —————

    ▼B




    Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009

    Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jqisu li l-inklużjoni tal-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 hi ġustifikata esklużivament abbażi tal-karatteristiċi speċifiċi ta' dawk ir-Regolamenti qabel l-emendament tagħhom minn dan ir-Regolament. Bħala konsegwenza, l-inklużjoni ta' dispożizzjoni, bħal dawk l-Artikoli, hi eċċezzjonali għal dawk iż-żewġ Regolamenti u mhix preċedent għall-abbozzar ta' leġiżlazzjoni futura.

    Għall-finijiet ta' ċarezza, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jifhmu li l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 ma jintroduċux proċeduri deċiżjonali differenti minn jew b'żieda ma' dawk previsti fir-Regolament (UE) Nru 182/2011.




    Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 3(4) u 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 f'konnessjoni mal-proċedimenti ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009

    Meta Stat Membru jissuġġerixxi emenda fir-rigward ta' abbozz ta' miżuri ta' dazju rigward anti-dumping jew kumpensatorju previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009 (ir-"Regolamenti Bażiċi"), konformement mal-Artikolu 3(4) jew l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, huwa għandu:

    (a) jiżgura li l-emenda tiġi proposta fil-waqt, b'mod li jkunu rispettati l-iskadenzi fir-Regolamenti Bażiċi u li jirrifletti n-neċessità għall-Kummissjoni li tingħata żmien suffiċjenti biex twettaq kwalunkwe proċedura neċessarja ta' żvelar, tiskrutinizza sew il-proposta, u biex il-Kumitat jeżamina kwalunkwe abbozz ta' miżura emendata proposta;

    (b) jiżgura li l-emenda proposta hi konsistenti mar-Regolamenti Bażiċi kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali rilevanti;

    (c) jipprovdi ġustifikazzjoni bil-miktub li mill-inqas tkun tindika kif l-emenda ssuġġerita tirrelata mar-Regolamenti Bażiċi u mal-fatti stabbiliti fl-investigazzjoni, iżda jista' wkoll ikun fiha argumenti oħrajn ta' sostenn li l-Istat Membru li jipproponi l-emenda jqis adatti.




    Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni f'konnessjoni mal-proċedimenti ta' dazju anti-dumping jew kumpensatorju skont ir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009

    Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza li l-Istati Membri jirċievu informazzjoni fejn previst fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/2009 u (KE) Nru 597/2009 (ir-"Regolamenti Bażiċi") sabiex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet kompletament informati, u ser taġixxi biex jinkiseb dak l-objettiv.

    * * *

    Sabiex ma jkunx hemm dubju, il-Kummissjoni tifhem li r-referenza għal konsultazzjonijiet fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tirrikjedi li l-Kummissjoni, ħlief f'każijiet ta' urġenza estrema, tfittex il-fehmiet tal-Istati Membri qabel ma tadotta dazji proviżorji rigward l-anti-dumping jew kumpensatorji.

    * * *

    Il-Kummissjoni għandha tiżgura li hi timmaniġġja b'mod effettiv l-aspetti kollha tal-proċeduri ta' dazju anti-dumping jew kumpensatorju previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 1225/ 2009 u (KE) Nru 597/2009, inkluża l-possibbiltà li l-Istati Membri jissuġġerixxu emendi, sabiex ikun żgurat li l-iskadenzi stabbiliti fir-Regolamenti Bażiċi, u l-obbligi lejn il-partijiet interessati maħluqa minnhom, jiġu rispettati u li kwalunkwe miżura finalment imposta tkun konsistenti mal-fatti stabbiliti mill-investigazzjoni u r-Regolamenti Bażiċi kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u f'konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.




    Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-kodifikazzjoni

    L-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill ta' 15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri ser timplika għadd sostanzjali ta' emendi għall-atti kkonċernati. Sabiex titjieb il-leġibbiltà tal-atti kkonċernati, il-Kummissjoni ser tipproponi kodifikazzjoni tal-atti malajr kemm jista' jkun ladarba dawk iż-żewġ Regolamenti jkunu adottati, u mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2014.




    Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-atti ddelegati

    Fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri u r-Regolament (UE) Nru 38/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-għoti ta' setgħat iddelegati u implimentattivi għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri, il-Kummissjoni tfakkar fl-impenn li ntrabtet għalih fil-paragrafu 15 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea sabiex tipprovdi lill-Parlament l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija ta' atti ddelegati.



    ( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (OJ L 343, 22.12.2009, p. 51).

    ( 2 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).".

    ( 3 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).".

    ( 4 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1).

    ( 5 ) Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

    ( 6 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1). (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

    ( 7 ) Regolament (KE) Nru 450/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1).".

    Top