This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02014L0025-20240101
Directive 2014/25/EU of the European Parliament and of the Council of 26 February 2014 on procurement by entities operating in the water, energy, transport and postal services sectors and repealing Directive 2004/17/EC (Text with EEA relevance)Text with EEA relevance
Consolidated text: Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (Test b’relevanza għaż-ŻEE)Test b’relevanza għaż-ŻEE
02014L0025 — MT — 01.01.2024 — 005.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
DIRETTIVA 2014/25/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 094 28.3.2014, p. 243) |
Emendata bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/2171 tal-24 ta' Novembru 2015 |
L 307 |
7 |
25.11.2015 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2364 tat-18 ta' Diċembru 2017 |
L 337 |
17 |
19.12.2017 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1829 tat-30 ta’ Ottubru 2019 |
L 279 |
27 |
31.10.2019 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1953 tal-10 ta’ Novembru 2021 |
L 398 |
25 |
11.11.2021 |
|
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2496 tal-15 ta’ Novembru 2023 |
L |
1 |
16.11.2023 |
Ikkoreġuta bi:
Rettifika, ĠU L , 3.11.2023, p. 1 (tad-Direttiva 2014/25/UE) |
DIRETTIVA 2014/25/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ Frar 2014
dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
TITOLU I: |
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, U PRINĊIPJI ĠENERALI |
KAPITOLU I: |
Suġġett u definizzjonijiet |
Artikolu 1: |
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni |
Artikolu 2: |
Definizzjonijiet |
Artikolu 3: |
Awtoritajiet kontraenti |
Artikolu 4: |
Entitajiet kontraenti |
Artikolu 5: |
Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività |
Artikolu 6; |
Akkwist li jkopri diversi attivitajiet |
KAPITOLU II: |
Attivitajiet |
Artikolu 7: |
Dispożizzjonijiet Komuni |
Artikolu 8: |
Gass u tisħin |
Artikolu 9: |
Elettriku |
Artikolu 10: |
Ilma |
Artikolu 11: |
Servizzi ta’ trasport |
Artikolu 12: |
Portijiet u ajruporti |
Artikolu 13: |
Servizzi postali |
Artikolu 14: |
Estrazzjoni ta’ żejt u gass u esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam jew karburanti solidi oħra |
KAPITOLU III: |
Kamp ta’ applikazzjoni materjali |
TAQSIMA 1: |
LIMITI STABBILITI |
Artikolu 15: |
Limiti stabbiliti |
Artikolu 16: |
Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ akkwist |
Artikolu 17: |
Reviżjoni tal-limiti stabbiliti |
TAQSIMA 2: |
KUNTRATTI ESKLUŻI U KOMPETIZZJONIJIET TA’ DISINN |
Subtaqsima 1: |
Esklużjonijiet applikabbli għall-entitajiet kontraenti kollha u esklużjonijiet speċjali għas-setturi tal-ilma u l-enerġija |
Artikolu 18: |
Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi |
Artikolu 19: |
Kuntratti u kompetizzjonjijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet, għajr it-twettiq ta’ attività koperta jew għat-twettiq ta’ attività bħal din f’pajjiż terz |
Artikolu 20: |
Kuntratti mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali |
Artikolu 21: |
Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi |
Artikolu 22: |
Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv |
Artikolu 23: |
Kuntratti mogħtija minn ċerti entitajiet kontraenti għax-xiri ta’ ilma u għall-provvista ta’ enerġija jew ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija |
Subtaqsima 2: |
Akkwist li jinvolvi aspetti ta’ difiża u sigurtà |
Artikolu 24: |
Difiża u sigurtà |
Artikolu 25: |
Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà |
Artikolu 26: |
Akkwist li jkopri diversi attivitajiet u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà |
Artikolu 27: |
Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali |
Subtaqsima 3: |
Relazzjonijiet speċjali (kooperazzjoni, impriżi assoċjati u impriżi konġunti) |
Artikolu 28: |
Kuntratti bejn awtoritajiet kontraenti |
Artikolu 29: |
Kuntratti mogħtija lil impriża affiljata |
Artikolu 30: |
Kuntratti mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tifforma parti minn impriża konġunta |
Artikolu 31: |
Notifika tal-informazzjoni |
Subtaqsima 4: |
Sitwazzjonijiet speċifiċi |
Artikolu 32: |
Servizzi ta’ riċerka u żvilupp |
Artikolu 33: |
Kuntratti soġġetti għal arranġamenti speċjali |
Subtaqsima 5: |
Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni u dispożizzjonijiet proċedurali relatati magħhom |
Artikolu 34: |
Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni |
Artikolu 35: |
Proċedura għall-istabbiliment dwar jekk l-Artikolu 34 huwiex applikabbli |
KAPITOLU IV: |
Prinċipji ġenerali |
Artikolu 36: |
Prinċipji tal-akkwisti |
Artikolu 37: |
Atturi ekonomiċi |
Artikolu 38: |
Kuntratti riżervati |
Artikolu 39: |
Kunfidenzjalità |
Artikolu 40: |
Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni |
Artikolu 41: |
Nomenklaturi |
Artikolu 42 |
Kunflitti ta’ interess |
TITOLU II: |
REGOLI APPLIKABBLI GĦAL KUNTRATTI |
KAPITOLU I: |
Proċeduri |
Artikolu 43: |
Kundizzjonijiet relatati mal-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u ftehimiet internazzjonali oħra |
Artikolu 44: |
Għażla tal-proċeduri |
Artikolu 45: |
Proċedura miftuħa |
Artikolu 46: |
Proċedura ristretta |
Artikolu 47: |
Proċedura nnegozjata b’sejħa għall-kompetizzjoni minn qabel |
Artikolu 48: |
Djalogu kompetittiv |
Artikolu 49: |
Sħubija għall-innovazzjoni |
Artikolu 50: |
L-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għall-kompetizzjoni minn qabel |
KAPITOLU II: |
Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat |
Artikolu 51: |
Ftehimiet qafas |
Artikolu 52: |
Sistemi dinamiċi ta’ xiri |
Artikolu 53: |
Irkantijiet elettroniċi |
Artikolu 54: |
Katalogi elettroniċi |
Artikolu 55: |
Attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti u korpi ċentrali għall-akkwisti |
Artikolu 56: |
Akkwisti konġunti okkażjonali |
Artikolu 57: |
Akkwisti konġunti bejn entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti |
KAPITOLU III: |
Kondotta tal-proċedura |
TAQSIMA 1: |
TĦEJJIJA |
Artikolu 58: |
Konslutazzjonijiet preliminari mas-suq |
Artikolu 59: |
Involviment minn qabel ta’ kandidati jew offerenti |
Artikolu 60: |
Speċifikazzjonijiet tekniċi |
Artikolu 61: |
Tikketti |
Artikolu 62: |
Rapporti tat-test, ċeritifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova |
Artikolu 63: |
Komunikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi |
Artikolu 64 |
Varjanti |
Artikolu 65: |
Qsim ta’ kuntratti f’lottijiet |
Artikolu 66: |
Tfassil ta’ limiti ta’ żmien |
TAQSIMA 2: |
PUBBLIKAZZJONI U TRASPARENZA |
Artikolu 67: |
Avviżi indikattivi perjodiċi |
Artikolu 68: |
Avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni |
Artikolu 69: |
Avviżi dwar kuntratti |
Artikolu 70: |
Avviżi dwar għoti ta’ kuntratti |
Artikolu 71: |
Mod u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi |
Artikolu 72: |
Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali |
Artikolu 73: |
Disponibilità elettronika tad-dokumenti tal-akkwisti |
Artikolu 74: |
Stediniet lill-kandidati |
Artikolu 75: |
L-informar lill-applikanti għall-kwalifika, kandidati u offerenti |
TAQSIMA 3: |
GĦAŻLA TA’ PARTEĊIPANTI U L-GĦOTI TA’ KUNTRATTI |
Artikolu 76: |
Prinċipji ġenerali |
Subtaqsima 1: |
Kwalifikazzjoni u għażla kwalitattiva |
Artikolu 77: |
Sistemi ta’ kwalifikazzjoni |
Artikolu 78: |
Kriterji għall-għażla kwalitattiva |
Artikolu 79: |
Affidabilità fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra |
Artikolu 80: |
Użu tar-raġunijiet ta’ esklużjoni u l-kritejri tal-għażla speċifikati taħt id-Direttiva 2014/24/UE |
Artikolu 81: |
Standards ta’ garanzija tal-kwalità u standards ta’ ġestjoni ambjentali |
Subtaqsima 2: |
Għoti tal-kuntratt |
Artikolu 82: |
Kriterji ta’ għoti ta’ kuntratti |
Artikolu 83: |
Ċiklu tal-ħajja u l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja |
Artikolu 84: |
Offerti baxxi wisq |
TAQSIMA 4: |
OFFERTI LI JINKLUDU PRODOTTI LI JORIĠINAW F’PAJJIŻI TERZI U RELAZZJONIJIET MA’ DAWK IL-PAJJIŻI |
Artikilu 85: |
Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi |
Artikolu 86: |
Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi rigward kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi |
KAPITOLU IV: |
Twettiq tal-kuntratt |
Artikolu 87: |
Kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt |
Artikolu 88: |
Sottokuntrattar |
Artikolu 89: |
Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom |
Artikolu 90: |
Terminazzjoni ta’ kuntratti |
TITOLU III: |
REĠIMI TA’ AKKWISTI PARTIKOLARI |
KAPITOLU I: |
Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn |
Artikolu 91: |
Għoti ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn |
Artikolu 92: |
Pubblikazzjoni ta’ avviżi |
Artikolu 93: |
Prinċipji għall-għoti ta’ kuntratti |
Artikolu 94: |
Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi |
KAPITOLU II: |
Regoli li jirregolaw il-kompetizzjonijiet ta’ disinn |
Artikolu 95: |
Kamp ta’ applikazzjoni |
Artikolu 96: |
Avviżi |
Artikolu 97: |
Regoli dwar l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn, l-għażla tal-parteċipanti u tal-ġurija |
Artikolu 98: |
Deċiżjonijiet tal-ġurija |
TITOLU IV: |
GOVERNANZA |
Artikolu 99: |
Infurzar |
Artikolu 100: |
Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti |
Artikolu 101: |
Rappurtar nazzjonali u informazzjoni statistika |
Artikolu 102: |
Kooperazzjoni amministrattiva |
TITOLU V: |
SETGĦAT DELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIRT FINALI |
Artikolu 103: |
Eżerċizzju tad-delega |
Artikolu 104: |
Proċedura ta’ urġenza |
Artikolu 105: |
Proċedura tal-kumitat |
Artikolu 106: |
Traspożizzjoni |
Artikolu 107: |
Tħassir |
Artikolu 108: |
Reviżjoni |
Artikolu 109: |
Dħul fis-seħħ |
Artikolu 110: |
Destinatarji |
ANNESSI: |
|
ANNESS I: |
Lista ta’ attivitajiet kif stabbilit fil-punt 2(a) tal-Artikolu 2 |
ANNESS II: |
Lista ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 4(3) |
ANNESS III: |
Lista ta’ leġislazzjoni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 34(3) |
ANNESS IV: |
Dati ta’ skadenza għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 |
ANNESS V: |
Rekwiżiti relatati ma’ strumenti sabiex jaslu b’mod elettroniku offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifikazzjoni kif ukoll pjanijiet u proġetti fil-kompetizzjonijiet |
ANNESS VI Parti A: |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż indikattiv perjodiku (kif stipulat fl-Artikolu 67) |
ANNESS VI Parti B: |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar pubblikazzjoni ta’ avviż indikattiv perjodiku fuq profil ta’ xerrej mhux użat bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni (kif stipulat fl-Artikolu 67(1)) |
ANNESS VII: |
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET FL-IRKANTI ELETTRONIĊI (l-Artikolu 53(4)) |
ANNESS VIII: |
Definizzjoni ta’ ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi |
ANNESS IX: |
Karatteristiċi li jikkonċernaw il-pubblikazzjoni |
ANNESS X: |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni (kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(4) u fl-Artikolu 68) |
ANNESS XI: |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar kuntratti (kif stipulat fl-Artikolu 69) |
ANNESS XII: |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar għoti ta’ kuntratt (kif stipulat fl-Artikolu 70) |
ANNESS XIII: |
Kontenuti tal-istediniet għas-sottomissjoni ta’ offerta, għall-parteċipazzjoni fid-djalogu, għan-negozjar jew għall-konferma tal-interess speċifikati taħt l-Artikolu 74 |
ANNESS XIV: |
Lista ta’ Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol imsemmija fl-Artikolu 36(2) |
ANNESS XV: |
Lista tal-leġislazzjoni tal-UE msemmija fl-Artikolu 83(3) |
ANNESS XVI: |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi dwar modifiki ta’ kuntratt matul it-terminu tiegħu (kif stipulat fl-Artikolu 89(6)) |
ANNESS XVII: |
Servizzi msemmija fl-Artikolu 91 |
ANNESS XVIII: |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviżi li jikkonċernaw kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra (kif stipulat fl-Artikolu 92) |
ANNESS XIX: |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż dwar kompetizzjoni ta’ disinn (kif stipulat fl-Artikolu 96(1)) |
ANNESS XX: |
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-riżultati tal-avviżi dwar kompetizzjoni ta’ disinn (kif stipulat fl-Artikolu 96(1)) |
ANNESS XXI: |
Tabella ta’ korrelazzjoni |
TITOLU I
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, U PRINĊIPJI ĠENERALI
KAPITOLU I
Suġġett u definizzjonijiet
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi” tfisser kuntratti għall-interess finanzjarju konklużi bil-miktub bejn entità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar u li għandhom bħala objettiv l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvista tal-prodotti jew il-provvista tas-servizzi;
“kuntratti ta’ xogħlijiet” tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan wieħed minn dawn li ġejjin:
l-eżekuzzjoni jew, kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet, skont it-tifsira tal-Anness I;
l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni, ta’ xogħol;
it-twettiq bi kwalunkwe mezz ta’ xogħol li jikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-entità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew id-disinn tax-xogħol;
“xogħol” tfisser l-eżitu tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni u inġinerija ċivili meħuda bħala ħaġa waħda li fiha nnifiha hija suffiċjenti biex taqdi funzjoni ekonomika jew teknika;
“kuntratti ta’ provvista” tfisser kuntratti li għandhom bħala objettiv tagħhom ix-xiri, it-twellija, il-keri jew ix-xiri bil-kiri, b’għażla jew mingħajr għażla tal-fakultà tax-xiri, ta’ prodotti. Kuntratti ta’ provvista jistgħu jinkludu, bħala aspett sekondarju, attivitajiet fuq il-post u ta’ installazzjoni;
“kuntratti ta’ servizz” tfisser kuntratti li għandhom bħala għan il-forniment ta’ servizzi, minbarra dawk imsemmija fil-punt 2;
“operatur ekonomiku” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, jew entità kontraenti, jew grupp ta’ persuni u/jew entitajiet bħal dawn, inklużi kwalunkwe assoċjazzjonijiet temporanji ta’ impriżi, li joffri li jagħmel xogħlijiet u/jew biċċa xogħol, li jipprovdi prodotti jew li jforni servizzi fis-suq;
“offerent” tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta;
“kandidat” tfisser operatur ekonomiku li jkun fittex stedina jew li jkun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura ristretta jew innegozjata, fi djalogu kompetittiv jew fi sħubija tal-innovazzjoni;
“dokument tal-akkwist” tfisser kwalunkwe dokument prodott jew imsemmi mill-entità kontraenti sabiex tiddeskrivi jew tiddetermina elementi tal-akkwist jew tal-proċedura, inkluż l-avviż ta’ kuntratt, l-avviż perjodiku indikattiv jew l-avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki fejn dawn jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, id-dokument deskrittiv, il-kondizzjonijiet proposti tal-kuntratt, il-formati għall-preżentazzjoni ta’ dokumenti mill-kandidati u l-offerenti, informazzjoni dwar l-obbligi applikabbli b’mod ġenerali u kwalunkwe dokumenti addizzjonali;
“attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri” tfisser attivitajiet imwettqa fuq bażi permanenti, f’waħda mill-forom li ġejjin:
l-akkwist ta’ provvisti u/jew servizzi maħsuba għall-entitajiet kontraenti,
l-għoti ta’ kuntratti jew il-konklużjoni ta’ ftehimiet qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-entitajiet kontraenti;
“attivitajiet anċillari ta’ xiri” tfisser l-attivitajiet li jikkonsistu fl-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet ta’ xiri, b’mod partikolari fil-forom li ġejjin:
infrastruttura teknika li tippermetti lill-entitajiet kontraenti jagħtu kuntratti ta’ pubbliċi jew jikkonkludu ftehimiet qafas għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi;
pariri dwar it-tmexxija jew it-tfassil tal-proċeduri ta’ akkwist;
tħejjija u ġestjoni ta’ proċeduri ta’ akkwist f’isem u akkont tal-entità kontraenti kkonċernata;
“korp ċentrali ta’ xiri” tfisser entità kontraenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva jew awtorità kontraenti fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE dment li tipprovdi attivitajiet ta’ xiri ċentralizzati u, possibbilment, attivitajiet ta’ xiri anċillari.
L-akkwist imwettaq minn korp ċentrali ta’ xiri sabiex jitwettqu attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri, għandu jitqies bħala akkwist biex titwettaq attività kif deskritt fl-Artikoli 8 sa 14. L-Artikolu 18 ma għandux japplika għal akkwist imwettaq minn korp ċentrali ta’ xiri sabiex jitwettqu attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri;
“fornitur ta’ servizzi ta’ akkwist” tfisser korp pubbliku jew privat li joffri attivitajiet ta’ xiri anċillari fis-suq;
“miktub” jew “bil-miktub” tfisser kwalunkwe espressjoni li tikkonsisti fi kliem jew ċifri li jistgħu jinqraw, jiġu riprodotti jew ikkommunikati wara, inkluża informazzjoni trażmessa u maħżuna permezz ta’ mezzi elettroniċi;
“mezz elettroniku” tfisser mezz li juża tagħmir elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-data, li tiġi trażmessa, imwassla u riċevuta bil-wajers, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra;
“ċiklu tal-ħajja” tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi r-riċerka u l-iżvilupp li għandhom isiru, il-produzzjoni, il-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni, matul l-eżistenza kollha tal-prodott jew ix-xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizz, mix-xiri ta’ materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u t-tmiem is-servizz jew l-użu;
“kompetizzjonijiet ta’ disinn” tfisser dawk il-proċeduri li jgħinu lill-entità kontraenti biex takkwista pjanijiet jew disinni magħżula minn ġurija wara li jkunu nħarġu għal kompetizzjoni bi jew mingħajr l-għoti ta’ premjijiet, prinċipalment fl-oqsma tal-ippjanar tat-territorju, l-arkitettura, l-inġinerija u l-ipproċessar tad-data;
“innovazzjoni” tfisser l-implementazzjoni ta’ prodott, servizz jew proċess ġdid jew imtejjeb b’mod sinifikanti, inkluż iżda mhux limitat għall-proċessi ta’ produzzjoni, bini jew kostruzzjoni, metodu ġdid ta’ kummerċjalizzazzjoni, jew metodu organizzattiv ġdid fil-prattiki tan-negozju, organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew relazzjonijiet esterni li fost l-oħrajn ikollha l-għan li tgħin biex jissolvew l-isfidi tas-soċjetà jew li tappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv;
“tikketta” tfisser kwalunkwe dokument, ċertifikat jew attestazzjoni uffiċjali li tikkonferma li x-xogħolijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri partikolari jilħqu ċerti rekwiżiti;
“rekwiżit(i) tat-tikketti” tfisser ir-rekwiżiti li għandhom jintlaħqu mix-xogħolijiet, il-prodotti, is-servizzi, il-proċessi jew il-proċeduri partikolari sabiex tinkiseb it-tikketta kkonċernata.
Artikolu 3
Awtoritajiet kontraenti
“Korpi rregolati mil-liġi pubblika” tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
huma stabbiliti għall-għan speċifiku li jissodisfaw il-bżonnijiet fl-interess ġenerali, li ma jkollhomx karattru industrijali jew kummerċjali;
għandhom personalità ġuridika, u
huma ffinanzjati, fil-parti l-kbira, mill-awtoritajiet Statali, reġjonali jew lokali, jew korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika; jew soġġetti għal superviżjoni maniġerjali minn dawk il-korpi; jew li għandhom bord amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju, li aktar minn nofs il-membri tiegħu jinħatru mill-Istat, l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, jew minn korpi oħra rregolati mil-liġi pubblika.
Artikolu 4
Entitajiet kontraenti
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, entitajiet kontraenti huma entitajiet li:
huma awtoritajiet kontraenti jew impriżi pubbliċi u li jsegwu waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14;
meta dawn ma jkunux awtoritajiet kontraenti jew impriżi pubbliċi, ikollhom bħala waħda mill-attivitajiet tagħhom xi waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 8 sa 14, jew kwalunkwe taħlita tagħhom u joperaw fuq il-bażi ta’ drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru.
Influwenza dominanti min-naħa tal-awtoritajiet kontraenti għandha ssir fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin li fihom dawk l-awtoritajiet, b’mod dirett jew indirett:
ikollhom il-maġġoranza tal-kapital sottoskritt tal-impriża;
ikunu jikkontrollaw il-maġġoranza tal-voti marbuta ma’ ishma maħruġa mill-impriża,
ikunu jistgħu jaħtru aktar min-nofs il-korp amministrattiv, maniġerjali, superviżorju tal-impriża.
Id-drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi ma għandhomx jikkostitwixxu drittijiet speċjali jew esklużivi fis-sens tal-ewwel subparagrafu.
Proċeduri bħal dawn jinkludu:
proċeduri ta’ akkwist b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, id-Direttiva 2009/81/KE, id-Direttiva 2014/23/UE jew din id-Direttiva;
proċeduri skont atti legali oħra tal-Unjoni elenkati fl-Anness II, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.
Artikolu 5
Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività
Il-paragrafi 13 sa 5 għandhom japplikaw għal kuntratti mħallta li bħala suġġett għandhom l-akkwist kopert minn din id-Direttiva u l-akkwist kopert minn reġimi legali oħra.
Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jikkonsistu parzjalment f’servizzi fis-sens tal-Kapitolu I tat-Titolu III u parzjalment f’servizzi oħra jew f’kuntratti mħallta li jikkonsistu parzjalment f’servizzi u parzjalment fi provvisti, is-suġġett prinċipali għandu jkun determinat skont liema mill-valuri stmati tas-servizzi jew il-provvisti rispettivi jkun l-ogħla.
Fejn parti ta’ kuntratt partikolari tkun koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 25 ta’ din id-Direttiva.
Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, din id-Direttiva għandha, dment li ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 25, tapplika għall-kuntratt imħallat li jirriżulta, irrispettivament mill-valur tal-partijiet li kieku jaqgħu taħt reġim legali differenti u irrispettivament mil-liema reġim legali li dawn il-partijiet kienu jkunu soġġetti għalihom mod ieħor.
Fil-każ ta’ kuntratti mħallta li jkun fihom elementi ta’ kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi u ta’ konċessjonijiet, il-kuntratt imħallat għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, dment li l-valur stmat tal-parti tal-kuntratt li tikkostitwixxi kuntratt kopert b’din id-Direttiva, ikkalkulat f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, huwa daqs jew akbar mil-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 15.
Artikolu 6
Akkwist li jkopri diversi attivitajiet
Minkejja l-paragrafu 5, fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandhom japplikaw il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Madankollu, fejn waħda mill-attivitajiet ikkonċernati tkun koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mid-Direttiva 2009/81/KE, għandu japplika l-Artikolu 26 ta’ din id-Direttiva.
L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jew l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati ma għandhiex, madanakollu, tittieħed bil-għan li jiġi eskluż il-kuntratt jew kuntratti mill-kamp ta’ applikazzjoni jew ta’ din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, Direttiva 2014/24/UE jew id-Direttiva 2014/23/UE.
Fil-każ ta’ kuntratti li għalihom ikun oġġettivament impossibbli li jiġi ddeterminat għal liema attività huwa jkun maħsub prinċipalment, ir-regoli applikabbli għandhom jiġu ddeterminati skont il-punti (a), (b) u (c):
il-kuntratt għandu jingħata f’konformità mad-Direttiva 2014/24/UE, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha hu maħsub il-kuntratt tkun soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra għad-Direttiva 2014/24/UE;
il-kuntratt għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha huwa maħsub il-kuntratt hija soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra għad-Direttiva 2014/23/UE;
il-kuntratt għandu jingħata f’konformità ma’ din id-Direttiva, jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha huwa maħsub il-kuntratt hija soġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra mhija soġġetta la għal din id-Direttiva, la għad-Direttiva 2014/24/UE u lanqas għad-Direttiva 2014/23/UE.
KAPITOLU II
Attivitajiet
Artikolu 7
Dispożizzjonijiet Komuni
Għall-finijiet tal-Artikoli 8, 9 u 10, “provvista” għandha tinkludi l-ġenerazzjoni/produzzjoni, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut.
Madankollu, il-produzzjoni ta’ gass fil-forma ta’ estrazzjoni taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 14.
Artikolu 8
Gass u tisħin
Sa fejn huma kkonċernati l-gass u t-tisħin, din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li ġejjin:
il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ gass jew tisħin;
il-provvista ta’ gass jew tisħin lil dawn in-netwerks.
Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ gass jew tisħin lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku, ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn jiġu sodisfatti kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-produzzjoni ta’ gass jew tisħin minn dik l-awtorità kontraenti hija l-konsegwenza inevitabbli li tirriżulta mit-twettiq ta’ attività, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikoli 9 sa 11;
il-provvista lin-netwerk pubbliku għandha l-għan biss li tisfrutta ekonomikament din il-produzzjoni u tammonta għal mhux aktar minn 20 % tad-dħul tal-entità kontraenti abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.
Artikolu 9
Elettriku
Sa fejn huwa kkonċernat l-elettriku, din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li ġejjin:
il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ elettriku;
il-provvista ta’ elettriku lil dawn in-netwerks.
Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ elettriku lil netwerks li fissi jipprovdu servizz lill-pubbliku ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-produzzjoni ta’ elettriku minn dik l-entità kontraenti ssir peress li l-konsum tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta’ attività, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew fl-Artikoli 8, 10 u 11;
il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraenti stess u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta’ enerġija ta’ dik l-entità kontraenti, fuq il-bażi tal-medja tat-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.
Artikolu 10
Ilma
Għal dak li jirrigwarda l-ilma, din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li ġejjin:
il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba sabiex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb;
il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil netwerks bħal dawn.
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati minn entitajiet kontraenti li jwettqu attività msemmija fil-paragrafu 1 u li huma marbutin ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:
proġetti ta’ inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew drenaġġ tal-art, dment li l-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb ikun jirrappreżenta aktar minn 20 % tal-volum totali ta’ ilma mqiegħed għad-dispożizzjoni minn dawn il-proġetti jew minn installazzjonijiet għall-irrigazzjoni jew id-drenaġġ,
mar-rimi u t-trattament tad-drenaġġ.
Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-produzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb minn dik l-entità kontraenti ssir peress li l-konsum tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta’ attività, minbarra dawk imsemmija fl-Artikoli 8 sa 11;
il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraentistess u ma tkunx qabżet it-30 % tal-produzzjoni totali ta’ ilma tajjeb għax-xorb ta’ dik l-entità kontraenti, fuq il-bażi tal-medja tat-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.
Artikolu 11
Servizzi tat-trasport
Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, b’sistemi awtomatizzati, bit-tramway, bit-trolley bus, bil-karozza tal-linja jew bil-kejbil.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi tat-trasport, għandu jiġi kkunsidrat li hu stabbilit netwerk fejn is-servizz ikun ipprovdut f’kondizzjonijiet ta’ tħaddim preskritti minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, bħal kondizzjonijiet fuq ir-rotot li għandhom jiġu servuti, il-kapaċità li għandha tkun disponibbli jew il-frekwenza tas-servizz.
Artikolu 12
Portijiet u ajruporti
Din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-isfruttar ta’ żona ġeografika għall-finijiet ta’ provvista ta’ ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew faċilitajiet oħra ta’ terminals għal trasportaturi bl-ajru, bil-baħar jew permezz ta’ passaġġi interni fuq l-ilma.
Artikolu 13
Servizzi postali
Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’:
servizzi postali;
servizzi oħra minbarra servizzi postali, bil-kondizzjoni li servizzi bħal dawn ikunu pprovduti minn entità li tipprovdi anke servizzi postali fit-tifsira tal-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u dment li l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(1) mhumiex sodisfatti fir-rigward tas-servizzi li jaqgħu fi ħdan il-punt (b) tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ):
(a) |
“oġġett postali” : tfisser oġġett indirizzat fil-forma finali li fiha għandu jinġarr, irrispettivament mit-toqol. Minbarra l-oġġetti ta’ korrispondenza, dawn l-oġġetti jinkludu wkoll pereżempju kotba, katalgi, gazzetti, perjodiċi u pakketti postali li jkun fihom merkanzija b’valur kummerċjali jew mingħajru, irrispettivament mit-toqol tagħhom; |
(b) |
“servizzi postali” : tfisser servizzi li jikkonsistu fil-ġbir, l-issortjar, il-ħruġ u t-tqassim ta’ oġġetti postali. Dan għandu jinkludi kemm is-servizzi li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni kif ukoll dawk li jaqgħu barra minnu tas-servizz universali stabbiliti f’konformità mad-Direttiva 97/67/KE; |
(c) |
“servizzi oħra għajr servizzi postali” : tfisser servizzi pprovduti fl-oqsma li ġejjin:
(i)
servizzi ta’ ġestjoni tas-servizz tal-posta (servizzi li jseħħu qabel u wara d-dispaċċ, inklużi “servizzi ta’ ġestjoni tal-kamra tal-ittri”);
(ii)
servizzi li jikkonċernaw oġġetti postali li mhux inklużi f’punt (a), bħall-posta diretta mingħajr l-ebda indirizz. |
Artikolu 14
Estrazzjoni ta’ żejt u gass u esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam jew karburanti solidi oħra
Din id-Direttiva għandha tapplika għal attivitajiet relatati mal-isfruttar ta’ żona ġeografika bl-għan ta’:
estrazzjoni ta’ żejt jew gass;
esplorazzjoni għal, jew estrazzjoni ta’, faħam u karburanti solidi oħra.
KAPITOLU III
Kamp ta’ applikazzjoni materjali
Artikolu 15
Limiti massimi
Għajr fejn dawn jiġu preklużi permezz tal-esklużjonijiet fl-Artikoli 18 sa 23 jew skont l-Artikolu 34, rigward it-twettiq tal-attività inkwistjoni, din id-Direttiva għandha tapplika għal akkwisti b’valur mingħajr it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li daqs jew ogħla mil-limiti stabbiliti li ġejjin:
►M5 EUR 443 000 ◄ għal kuntratti ta’ provvista u servizz kif ukoll għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn;
►M5 EUR 5 538 000 ◄ għal kuntratti ta’ xogħlijiet;
EUR 1 000 000 għal kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn elenkati fl-Anness XVII.
Artikolu 16
Metodi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-akkwist
Meta l-entità kontraenti tipprevedi għotjiet jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tikkunsidrahom meta tikkalkula l-valur stmat tal-akkwist.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn unità operazzjonali separata hija indipendentament responsabbli mill-akkwist tagħha jew ċerti kategoriji tagħha, il-valuri jistgħu jkunu stmati fil-livell tal-unità inkwistjoni.
Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 15, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.
Meta l-valur aggregat tal-lottijiet huwa daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 15, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.
Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz u provvista li huma ta’ natura regolari jew li hemm il-ħsieb li jiġġeddu f’perijodu partikolari, il-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jiġi bbażat fuq dan li ġej:
il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-12-il xahar preċedenti jew is-sena finanzjarja aġġustata, fejn possibbli, biex jitqiesu t-tibdiliet fil-kwantità jew il-valur li jistgħu jseħħu matul it-12-il xahar ta’ wara l-kuntratt inizjali;
jew il-valur totali stmat tal-kuntratti suċċessivi mogħtija matul it-12-il xahar wara l-ewwel kunsinna, jew matul is-sena finanzjarja jekk din tkun itwal minn 12-il xahar.
Rigward kuntratti ta’ provvista li għandhom x’jaqsmu ma’ kiri b’self, kiri jew xiri bin-nifs ta’ prodotti, il-valur li jrid jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:
fil-każ ta’ kuntratti fuq terminu fiss, jekk dak it-terminu jkun inqas minn jew daqs 12-il xahar, il-valur totali stmat għat-terminu tal-kuntratt jew, meta t-terminu tal-kuntratt huwa aktar minn 12-il xahar, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat;
fil-każ ta’ kuntratti mingħajr terminu fiss jew li t-terminu tagħhom ma jistax jiġi definit, il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.
Rigward kuntratti ta’ servizzi, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt, fejn xieraq, għandu jkun kif ġej:
servizzi ta’ assigurazzjoni: il-primjum pagabbli, u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;
servizzi bankarji u finanzjarji oħra: il-miżati, il-kummissjonijiet dovuti, l-imgħax u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;
kuntratti ta’ disinn: il-miżati, il-kummissjonijiet pagabbli u forom oħra ta’ rimunerazzjoni.
Rigward kuntratti ta’ servizzi li ma jindikawx prezz totali, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:
fil-każ ta’ kuntratti fuq terminu fiss, jekk dak it-terminu huwa inqas minn jew ugwali għal 48 xahar: il-valur totali għat-terminu sħiħ tagħhom;
fil-każ ta’ kuntratti mingħajr terminu fiss jew b’terminu itwal minn 48 xahar: il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.
Artikolu 17
Reviżjoni tal-livelli
F’konformità mal-kalkolu stabbilit fil-FAP, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-valur ta’ dawn il-limiti fuq il-bażi tal-medja tal-valur ta’ kuljum tal-euro, fit-termini tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs), matul perijodu ta’ 24 xahar li jagħlqu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni li tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar. Il-valur tal-limiti rivedut b’dan il-mod għandu, fejn neċessarju, jitqarreb lejn l-eqreb elf euro sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-limiti fis-seħħ previsti mill-FAP, imfissra f’SDRs.
Fl-istess waqt, il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-valur, fil-muniti nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, tal-limiti stabbiliti msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 15.
B’konformità mal-metodu ta’ kalkolu msemmi fil-FAP, id-determinazzjoni ta’ dawn il-valuri gandha tkun ibbażata fuq il-valuri medji ta’ kuljum ta’ dawk il-muniti, li jikkorrispondu għal-limitu stabbilit applikabbli mogħti f’euro matul l-24 xahar li jintemmu fil-31 ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex tirrevedi l-limiti stabbiliti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 15, meta dan ikun meħtieġ.
Artikolu 18
Kuntratti mogħtija għall-finijiet ta’ bejgħ mill-ġdid jew kiri lill-partijiet terzi
Artikolu 19
Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati għal għanijiet differenti mit-twettiq ta’ attività koperta jew għat-twettiq ta’ attività bħal din f’pajjiż terz
Artikolu 20
Kuntratti mogħtija u kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati skont regoli internazzjonali
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn li l-entità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità ma’ proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbilita bi kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
strument legali li joħloq obbligi legali internazzjonali, bħal ftehim internazzjonali konkluż f’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-isfruttament konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;
organizzazzjoni internazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istrumenti legali kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi msemmi fl-Artikolu 105.
Artikolu 21
Esklużjonijiet speċifiċi għal kuntratti ta’ servizzi
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti ta’ servizz għal:
l-akkwist jew il-kiri, permezz ta’ kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ art, bini eżistenti, jew proprjetà immobbli oħra jew drittijiet konċernati fuqhom;
is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;
kwalunkwe wieħed mis-servizzi legali li ġejjin:
rappreżentanza legali ta’ klijent minn avukat fit-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE ( 3 ) fi:
parir legali mogħti bi tħejjija għal kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti msemmi fil-punt (i) ta’ dan il-punt jew meta jkun hemm indikazzjoni tanġibbli u probabbiltà għolja li l-kwistjoni li dwarha jingħata l-parir issir is-suġġett ta’ tali proċedimenti, dment li l-parir jingħata minn avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;
servizzi ta’ ċertifikazzjoni u awtentikazzjoni ta’ dokumenti li għandhom jingħataw minn nutara;
servizzi legali mogħtija minn trustees jew gwardjani maħturin jew servizzi legali oħrajn li l-fornituri tagħhom huma indikati minn qorti jew tribunal fl-Istat Membru kkonċernat jew minn liġi biex iwettqu kompiti speċifiċi taħt is-superviżjoni ta’ tribunali jew qrati bħal dawn;
servizzi legali oħrajn li fl-Istat Membru kkonċernat huma konnessi, anke b’mod okkażjonali, mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali;
is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 ) u l-operazzjonijiet imwettqa bil-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà;
self, irrispettivament jekk huwiex marbut mal-kwistjoni, bejgħ, xiri jew trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra;
kuntratti ta’ impjieg;
is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija jew metro;
difiża ċivili, protezzjoni ċivili, u ta’ prevenzjoni ta’ perikolu li huma fornuti minn organizzazzjonijiet jew assoċjazzjonijiet mingħajr skop ta’ profitt, u li huma koperti mill-kodiċi CPV: 75250000-3, 75251000-0, 75251100-1, 75251110-4, 75251120-7, 75252000-7, 75222000-8; 98113100-9 u 85143000-3 minbarra servizzi tal-ambulanza għat-trasport ta’ pazjenti;
kuntratti għal ħin ta’ xandir jew il-forniment ta’ programm li huma mogħtija lil fornituri ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva jew tar-radju.Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “fornituri ta’ servizzi tal-media” għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik skont il-punt (d) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) ( 5 ). “Programm” għandu jkollha l-istess tifsira bħal dik skont il-punt (b) tal-Artikolu 1(1) ta’ dik id-Direttiva, iżda għandha wkoll tinkludi programmi tar-radju u materjali tal-programmi. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, “programm materjali” għandu jkollha l-istess tifsira bħal “programm”.
Artikolu 22
Kuntratti ta’ servizzi assenjati fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti ta’ servizz mogħtija lil entità li hija fiha nnifisha awtorità kontraenti jew lil assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti fuq il-bażi ta’ dritt esklużiv li huma jgawdu skont liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva pubblikata li tkun kompatibbli mat-TFUE.
Artikolu 23
Kuntratti mogħtija minn ċerti entitajiet kontraenti għax-xiri ta’ ilma u għall-provvista ta’ enerġija jew ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika:
għal kuntratti għax-xiri ta’ ilma jekk dawn ikunu ngħataw minn entitajiet kontraenti involuti f’waħda jew fiż-żewġ attivitajiet relatati mal-ilma tajjeb għax-xorb imsemmija fl-Artikolu 10(1);
għal kuntratti mogħtija minn awtoritajiet kontraenti nfushom li jkunu attivi fis-settur tal-enerġija billi dawn ikunu involuti f’attività msemmija fl-Artikolu 8 (1), l-Artikolu 9 (1) jew l-Artikolu 14 għall-provvista:
ta’ enerġija;
ta’ karburanti għall-produzzjoni ta’ enerġija.
Artikolu 24
Difiża u sigurtà
Fir-rigward tal-kuntratti mogħtija u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal:
kuntratti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE;
kuntratti li għalihom id-Direttiva 2009/81/KE ma tapplikax skont l-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha.
Barra minn hekk, u f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 346(1) tat-TFUE, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li mhumiex eżentati mod ieħor skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sa fejn l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva tobbliga lill-Istat Membru biex jagħti informazzjoni li huwa jqis l-iżvelar tagħha bħala kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu.
Artikolu 25
Akkwist imħallat li jkopri l-istess attività u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà
Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati lil partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema sistema legali għandha tapplika għal kwalunkwe wieħed minn dawn il-kuntratti separati, għandha tittieħed fuq il-bażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.
Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw biex jiddeterminaw ir-reġim legali applikabbli:
fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku huwa ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi;
fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 2009/81/KE, il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità ma’ dik id-Direttiva, dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku jkun ġustifikat b’raġunijiet oġġettivi. Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi u l-esklużjonijiet previsti minn dik id-Direttiva.
Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma għandiex, madankollu, tittieħed bl-għan li l-kuntratti jiġu esklużi mill-applikazzjoni jew ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.
Artikolu 26
Akkwist li jkopri diversi attivitajiet u li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà
Fejn l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt waħdieni, għandu japplika l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. L-għażla bejn l-għoti ta’ kuntratt waħdieni u l-għoti ta’ għadd ta’ kuntratti separati ma għandhiex issir bl-għan li kuntratt jew il-kuntratti jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva 2009/81/KE.
Fil-każ ta’ kuntratti maħsubin biex ikopru attività li hija soġġetta għal din id-Direttiva u oħra li hija:
soġġetta għad-Direttiva 2009/81/KE, jew
koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE,
il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità mad-Direttiva 2009/81/KE fil-każijiet imniżżlin taħt punt (a) u jistgħu jingħataw mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva fil-każijiet imniżżlin taħt il-punt (b). Dan is-subparagrafu huwa mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi u l-esklużjonijiet previsti bid-Direttiva 2009/81/KE.
Il-kuntratti mniżżlin taħt il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, li barra minn hekk jinkludu akkwist jew elementi oħra li huma koperti mill-Artikolu 346 tat-TFUE, jistgħu jingħataw mingħajr ma tiġi applikata din id-Direttiva.
Madankollu, l-ewwel u t-tieni subparagrafi japplikaw bil-kondizzjoni li l-għoti ta’ kuntratt waħdieni jkun iġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi u d-deċiżjoni li jingħata kuntratt waħdieni ma titteħidx bl-għan li kuntratt jiġi eskluż mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 27
Kuntratti u kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża jew sigurtà li jingħataw jew organizzati skont ir-regoli internazzjonali
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti jew il-kompetizzjonijiet ta’ disinn li jinvolvu aspetti ta’ difiża u sigurtà li l-entità kontraenti hija obbligata li tagħti jew torganizza f’konformità mal-proċeduri ta’ akkwist differenti minn dawk stipulati f’din id-Direttiva stabbiliti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż f’konformità mat-Trattati bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar jew subdiviżjonijiet tiegħu jew tagħhom u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi maħsuba għall-implimentazzjoni jew l-użu konġunt ta’ proġett mill-firmatarji tagħhom;
ftehim jew arranġament internazzjonali konkluż dwar l-istazzjonar ta’ truppi u li jikkonċerna l-impriżi ta’ Stat Membru jew pajjiż terz;
organizzazzjoni internazzjonali.
Il-ftehimiet jew l-arranġamenti kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċimsemmi fl-Artikolu 105.
Artikolu 28
Kuntratti bejn awtoritajiet kontraenti
Kuntratt mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika oħra rregolata mid-dritt privat jew mid-dritt pubbliku għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess;
aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika kkontrollata jitwettqu fit-twettiq tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;
mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, rikjesti minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.
Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq entità ġuridika li huwa simili għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza deċiżiva fuq iż-żewġ objettivi strateġiċi u deċiżjonijiet sinifikanti tal-entità ġuridika kkontrollata. Tali kontroll jista’ jkun ukoll eżerċitat minn persuna ġuridika oħra, li hija stess tkun ikkontrollata bl-istess mod mill-awtorità kontraenti.
Awtorità kontraenti, li ma teżerċitax kontroll fis-sens tal-paragrafu 1, fuq persuna ġuridika rregolata minn dritt privat jew pubbliku, tista’ madankollu tagħti kuntratt għal dik il-persuna ġuridika mingħajr ma tapplika din id-Direttiva, fejn huma sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-awtorità kontraenti teżerċita b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħrajn kontroll fuq dik il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess.
aktar minn 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu fit-twettiq tal-kompiti fdati lilha mill-awtorità kontraenti ta’ kontroll jew minn persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti; u
mhemm l-ebda parteċipazzjoni diretta ta’ kapital privat fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni ta’ forom ta’ parteċipazzjoni ta’ kapital privat li ma jkollhomx dritt ta’ kontroll jew ta’ mblokkar, rikjesti minn dispożizzjonijet leġislattivi nazzjonali, f’konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitawx influwenza deċiżiva fuq il-persuna ġuridika kkontrollata.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li jeżerċitaw kontroll konġunt fuq persuna ġuridika meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma magħmula minn rappreżentanti ta’ kull awtorità kontraenti parteċipanti. Rappreżentanti individwali jistgħu jirrappreżentaw l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti kollha, jew ħafna minnhom;
dawk l-awtoritajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw flimkien influwenza deċiżiva fuq l-objettivi strateġiċi u d-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata; u
il-persuna ġuridika kkontrollata ma ssegwi l-ebda interess li jmur kontra dak tal-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll,
Kuntratt konkluż esklużivament bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta jintlaħqu l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-kuntratt jistabbilixxi jew jimplimenta kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti bl-għan li jiġi żgurat li s-servizzi pubbliċi li huma għandhom iwettqu jkunu pprovduti bil-ħsieb li jiksbu l-għanijiet li għandhom komuni;
l-implimentazzjoni ta’ dik il-kooperazzjoni hija rregolata biss minn kunsiderazzjonijiet relatati mal-interess pubbliku; u
l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti jwettqu fis-suq miftuħ inqas minn 20 % tal-attivitajiet ikkonċernati mill-kooperazzjoni.
Meta, minħabba d-data li fiha nħolqot dik il-persuna ġuridika jew ta’ meta bdew l-attivitajiet jew minħabba riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, il-fatturat, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva bħall-ispejjeż, mhijiex disponibbli għat-tliet snin preċedenti jew ma għadhiex rilevanti, għandu jkun biżżejjed li jintwera li d-daqs tal-attività huwa kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.
Artikolu 29
Kuntratti mogħtija lil impriża affiljata
Fil-każ ta’ entitajiet, li mhumiex soġġetti għad-Direttiva 2013/34/UE, “impriża affiljata” għandha tfisser kwalunkwe impriża li:
tista’ tkun, direttament jew indirettament, soġġetta għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti;
tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti; jew
bħall-entità kontraenti, hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra permezz ta’ sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, in-nozzjoni ta’ “influwenza dominanti” għandu jkollha l-istess tifsira bħal fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2).
Minkejja l-Artikolu 28 u jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet fil-paragrafu 4, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti mogħtija:
minn entità kontraenti lil impriża affiljata, jew
minn impriża konġunta, esklużivament ifformata minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bl-iskop li jwettqu attivitajiet deskritti fl-Artikoli 8 sa 14, lil impriża li hija affiljata ma’ waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti.
Il-paragrafu 3 għandu japplika għal:
kuntratti ta’ servizzi dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata fuq it-tliet snin preċedenti, b’kont meħud tas-servizzi kollha pprovduti minn dik l-impriża, jkun ġej mill-forniment ta’ servizzi lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom;
kuntratti ta’ provvista dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, b’kont meħud tal-provvisti kollha pprovduti minn dik l-impriża, fit-tliet snin preċedenti jkun ġej mill-forniment ta’ provvisti lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom;
għal kuntratti ta’ xogħol dment li tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, b’kont meħud tax-xogħlijiet kollha pprovduti minn dik l-impriża, fit-tliet snin preċedenti jkun ġej mill-forniment ta’ xogħlijiet lill-entità kontraenti jew impriżi oħra li hija affiljata magħhom.
Artikolu 30
Kuntratti mogħtija lil impriża konġunta jew lil entità kontraenti li tifforma parti minn impriża konġunta
Minkejja l-Artikolu 28, u jekk l-impriża konġunta twaqqfet sabiex twettaq l-attività kkonċernata fuq perijodu minimu ta’ tliet snin u li l-istrument li jwaqqaf l-impriża konġunta jistipula li l-entitajiet kontraenti li jifformawha ser ikunu parti minnha għal tal-inqas l-istess perijodu, din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall–kuntratti mogħtija minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
impriża konġunta, iffurmata esklużivament minn għadd ta’ entitajiet kontraenti bl-għan li jitwettqu attivitajiet skont it-tifsira tal-Artikoli 8 sa 14, lil waħda minn dawk l-entitajiet kontraenti; jew
entità kontraenti lil tali impriża konġunta li tifforma parti minnha.
Artikolu 31
Notifika ta’ informazzjoni
L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jekk jintalbu jagħmlu dan, bl-informazzjoni li ġejja rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 29(2) u (3) u l-Artikolu 30:
l-ismijiet tal-impriżi jew tal-impriżi konġunti kkonċernati,
in-natura u l-valur tal-kuntratti involuti,
provi meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni li juru li r-relazzjoni bejn l-impriża jew l-impriża konġunta li ngħataw il-kuntratti u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikoli 29 jew 30.
Artikolu 32
Servizzi ta’ riċerka u żvilupp
Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal kuntratti ta’ servizzi għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp, li huma koperti mill-kodiċi 73000000-2 sa 73120000-9, 73300000-5, 73420000-2 u 73430000-5 dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
il-benefiċċji jkunu dovuti esklużivament lill-entità kontraenti għall-użu tagħhom fit-twettiq tan-negozju proprju tagħha, u
is-servizz ipprovdut huwa kompletament remunerat mill-entità kontraenti.
Artikolu 33
Kuntratti soġġetti għal arranġamenti speċjali
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 ta’ din id-Direttiva, ir-Repubblika tal-Awstrija u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandhom jiżguraw, permezz tal-kondizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni u miżuri xierqa oħrajn, li kwalunkwe entità li topera fis-setturi msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/205/KE ( 6 ) u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/73/KE ( 7 ):
tosserva l-prinċipji għal kontra d-diskriminazzjoni u l-akkwist kompetittiv fir-rigward tal-għoti ta’ kuntratti ta’ provvisti, xogħlijiet u servizzi, b’mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni li l-entità tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-operaturi ekonomiċi rigward l-intenzjonijiet ta’ akkwist tagħha;
tikkomunika lill-Kummissjoni, taħt il-kondizzjonijiet definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/327/KEE ( 8 ), informazzjoni relatata mal-kuntratti li tagħti.
Artikolu 34
Attivitajiet direttament esposti għall-kompetizzjoni
Is-suq ġeografiku ta’ referenza, li fuq il-bażi tiegħu hija valutata l-espożizzjoni għall-kompetizzjoni, għandu jikkonsisti f’żona li fiha l-impriżi kkonċernati huma involuti fil-provvista u d-domanda ta’ prodotti jew servizzi, li fihom il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma omoġeni biżżejjed u li jistgħu jiġu distinti minn żoni tal-viċinat għax, b’mod partikolari, il-kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni huma apprezzabilment differenti f’dawk iż-żoni. Dik il-valutazzjoni għandha tieħu kont b’mod partikolari tan-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi kkonċernati, tal-eżistenza ta’ ostakli għad-dħul jew ta’ preferenzi tal-konsumaturi, ta’ differenzi apprezzabbli tas-sehem mis-suq tal-impriżi bejn iż-żona kkonċernata u ż-żoni tal-viċinat jew ta’ differenzi sostanzjali fil-prezz.
Jekk ma jkunx jista’ jiġi supponut aċċess ħieles għal suq partikolari fuq il-bażi tal-ewwel subparagrafu, għandu jintwera li l-aċċess għas-suq inkwistjoni huwa ħieles de facto u de jure.
Artikolu 35
Proċedura biex jiġi stabbilit jekk l-Artikolu 34 huwiex applikabbli
Fit-talba, l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernata għandha tinfurma lill-Kummissjoni dwar il-fatti rilevanti kollha, u b’mod partikolari dwar kwalunkwe liġi, regolament, dispożizzjoni amministrattiva jew ftehim dwar konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 34(1).
Kuntratti intenzjonati biex jippermettu t-twettiq tal-attività kkonċernata u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn li huma organizzati għas-segwitu ta’ attività bħal din, ma għandhomx jibqgħu suġġetti għal din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:
Il-Kummissjoni tkun adottat l-att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-applikabbiltà tal-Artikolu 34(1) fil-perjodu previst fl-Anness IV;
ma tkunx adottat l-att ta’ implimentazzjoni fil-perjodu previst fl-Anness IV.
Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jinkludi tal-inqas ir-regoli relatati ma’:
il-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għall-informazzjoni, tad-data li fiha jibda u jintemm il-perjodu stipulat fil-paragrafu 1 tal-Anness IV, inklużi kwalunkwe prolungamenti jew sospensjonijiet ta’ dawk il-perjodi, kif previst f’dak l-Anness;
il-pubblikazzjoni tal-applikabbiltà possibbli tal-Artikolu 34(1) f’konformità mal-punt b tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu;
id-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-forma, il-kontenut u dettalji oħra skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 105(2).
KAPITOLU IV
Prinċipji ġenerali
Artikolu 36
Prinċipji ta’ akkwist
It-tfassil tal-akkwist ma għandux isir bil-ħsieb li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew biex b’mod artifiċjali jnaqqas il-kompetizzjoni. Il-kompetizzjoni għandha titqies bħala artifiċjalment imnaqqsa meta d-disinn tal-akkwist isir bl-intenzjoni li jagħti vantaġġ jew żvantaġġ mhux mistħoqq lil ċerti operaturi ekonomiċi.
Artikolu 37
Operaturi ekonomiċi
Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi u xogħlijiet kif ukoll kuntratti ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ bini u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.
Fejn meħtieġ, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiċċaraw fid-dokumenti tal-akkwist kif il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu l-kriterji u r-rekwiżiti għas-selezzjoni kwalitattiva u kwantitattiva msemmija fl-Artikoli 77 sa 81 dment li dan ikun ġustifikat b’ raġunijiet oġġettivi u proporzjonat. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu termini standard dwar kif grupp ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu dawk ir-rekwiżiti.
Kwalunkwe kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u għandhom ikunu proporzjonati.
Artikolu 38
Kuntratti riżervati
Artikolu 39
Kunfidenzjalità
Artikolu 40
Regoli applikabbli għall-komunikazzjoni
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-entitajiet kontraenti m’għandhomx ikunu obbligati jitolbu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
minħabba n-natura speċjalizzata tal-akkwist, l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi jitlob għodod, mezzi jew formati ta’ fajl speċifiċi li ġeneralment mhumiex disponibbli jew aċċettati minn applikazzjonijiet li jkunu ġeneralment disponibbli;
l-applikazzjonijiet li jaċċettaw il-formati ta’ fajl li huma adatti għad-deskrizzjoni tal-offerti jużaw formati ta’ fajl li ma jistgħux jinqraw minn ebda applikazzjoni oħra miftuħa jew ġeneralment disponibbli jew li huma taħt skema ta’ liċenzjar proprjetarju u ma jistgħux isiru disponibbli għat-tniżżil jew għall-użu mill-bogħod mill-entità kontraenti;
l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettronika tkun titlob tagħmir ta’ uffiċċju speċjalizzat li ma jkunx ġeneralment disponibbli għall-entitajiet kontraenti;
id-dokumenti tal-akkwist jirrikjedu s-sottomissjoni ta’ mudelli fiżiċi jew fuq skala li ma jkunux jistgħu jintbagħtu bl-użu ta’ mezzi elettroniċi.
Fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet li għalihom ma jintużawx mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni skont it-tieni subparagrafu, il-komunikazzjoni għandha ssir permezz tal-posta jew b’mezz ta’ ġarr adatt ieħor jew b’taħlita ta’ posta jew mezz ta’ ġarr adatt ieħor u mezzi elettroniċi.
Minkejja l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-entitajiet kontraenti mhumiex obbligati li jesiġu mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni elettronika sa fejn l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex elettroniċi jkun meħtieġ minħabba ksur ta’ sigurtà ta’ dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni jew għall-protezzjoni ta’ informazzjoni ta’ natura partikolarment sensittiva li titlob livell għoli ta’ protezzjoni li ma jistax ikun żgurat kif suppost bl-użu ta’ għodod u apparat elettroniċi li jkunu ġeneralment disponibbli għall-operaturi ekonomiċi jew li jistgħu jsiru disponibbli għalihom permezz ta’ mezzi alternattivi ta’ aċċess fis-sens tal-paragrafu 5.
Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-entitajiet kontraenti li titlob, f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex mezzi elettroniċi fil-proċess ta’ sottomissjoni biex tindika fir-rapporti individwali msemmija fl-Artikolu 100 ir-raġunijiet għal dan ir-rekwiżit. Fejn applikabbli, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fir-rapport individwali r-raġunijiet għaliex l-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni li mhumiex elettroniċi ġew ikkunsidrati neċessarji fl-applikazzjoni tar’raba’ subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.
L-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li joffru mezzi alternattivi adatti ta’ aċċess fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin, meta huma:
joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal dawk l-għodod u l-apparat mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Anness IX jew mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż jew tal-istedina għall-konferma tal-interess għandu jispeċifika l-indirizz elettroniku li fuqu dawk l-għodod u l-apparat huma aċċessibbli;
jiżguraw li l-offerenti li ma jkollhomx aċċess għall-għodod u l-mezzi kkonċernati, jew ma jkollhom l-ebda possibbiltà li jiksbuhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess ma jkunx attribwibbli għall-offerent ikkonċernat, ikollhom aċċess għall-proċedura tal-akkwist permezz tal-użu ta’ tokens proviżorji li jkunu disponibbli mingħajr ħlas online; jew
jappoġġaw kanal alternattiv għall-preżentazzjoni elettronika tal-offerti.
Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin għal għodod u mezzi għat-trasmissjoni elettronika u r-riċevuta ta’ offerti u għar-riċevuta b’mezzi elettroniċi ta’ talbiet għal parteċipazzjoni:
informazzjoni dwar speċifikazzjonijiet għas-sottomissjoni elettronika tal-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni, inklużi l-qlib ta’ data f’kodiċi u l-istampar tal-ħin, għandha tkun għad-dispożizzjoni ta’ partijiet interessati;
L-Istati Membri, jew l-entitajiet kontraenti li jaġixxu f’qafas ġenerali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, għandhom jispeċifikaw il-livell ta’ sigurtà meħtieġ għall-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni li għandhom jintużaw fid-diversi stadji tal-proċedura tal-akkwist speċifika; il-livell għandu jkun proporzjonat għar-riskji involuti;
fejn l-Istati Membri, jew l-entitajiet kontraenti li jaġixxu f’qafas ġenerali stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat, jikkonkludu li l-livell tar-riskji, ivvalutat taħt il-punt b ta’ dan il-paragrafu, ikun tali li jkunu meħtieġa Firem Elettroniċi avvanzati kif definiti mid-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw firem elettroniċi avvanzati appoġġati minn ċertifikat elettroniku kwalifikat, filwaqt li jieħdu kont ta’ jekk dawk iċ-ċertifikati humiex ipprovduti minn fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni li jinsab f’lista ta’ fiduċja kif previst fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE ( 10 ), maħluqa jew le bi strument ta’ ħolqien ta’ firma sigura, soġġetti għall-konformità mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
l-entitajiet kontraeti għandhom jistabbilixxu l-format tal-firma avvanzata meħtieġa fuq il-bażi tal-formati stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE ( 11 ) u għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex dawk il-formati jkunu jistgħu jiġu pproċessati b’mod tekniku; fil-każ fejn ikun intuża format differenti tal-firma elettronika, il-fima elettronika jew it-trasportatur tad-dokument elettroniku għandu jinkludi informazzjoni dwar possibbiltajiet ta’ validazzjoni eżistenti, li jkunu fir-responsabbiltà tal-Istat Membru. Il-possibbiltajiet ta’ validazzjoni għandhom jippermettu lill-entità kontraenti tivvalida online, mingħajr ħlas u b’mod li jinftiehem minn dawk b’lingwa materna differenti l-firem elettroniċi li jkunu rċevew bħala firma elettronika avvanzata bl-appoġġ ta’ ċertifikat kwalifikat. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw informazzjoni dwar il-fornitur tas-servizzi ta’ validazzjoni lill-Kummissjoni, li għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet l-informazzjoni li tkun irċeviet mill-Istat Membru;
fejn offerta tkun iffirmata bl-appoġġ ta’ ċertifikat kwalifikat li huwa inkluż f’lista ta’ fiduċja, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx japplikaw rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jxekklu l-użu ta’ dawk il-firem mill-offerenti.
Rigward dokumenti li jintużaw fi proċedura ta’ akkwist li jkunu ffirmati minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru jew entità emittenti oħra, l-awtorità jew entità emittenti kompetenti tista’ tistabbilixxi l-format avvanzat dwar il-firma rikjest skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2011/130/UE. Huma għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex ikunu jistgħu jipproċessaw dak il-format teknikament billi jinkludu l-informazzjoni meħtieġa għall-fini tal-ipproċessar tal-firma fid-dokument ikkonċernat. Tali dokumenti għandu jkun fihom, fil-firma elettronika jew fid-dokument elettroniku, informazzjoni tat-trasportatur dwar possibbiltajiet ta’ validazzjoni eżistenti li jippermettu l-validazzjoni online tal-firma elettronika rċevuta, mingħajr ħlas u b’mod li jinftiehem minn dawk b’lingwa materna differenti.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 103 sabiex temenda l-lista mniżżla fil-punti (a) sa (d) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu fejn l-iżviluppi teknoloġiċi jirriżultaw f’eċċezzjonijiet kontinwi mill-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi mhux adegwati jew, eċċezzjonalment, fejn għandhom ikunu pprovduti eċċezzjonijiet ġodda minħabba żviluppi teknoloġiċi.
Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-formats tekniċi kif ukoll tal-istandards tal-ipproċessar u tal-messaġġi, b’mod partikolari fil-kuntest transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 103 sabiex tistabbilixxi l-użu obbligatorju ta’ tali standards tekniċi speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-preżentazzjoni elettronika, katalogi elettroniċi u mezzi għal awtentikazzjoni elettronika, biss fejn l-istandards tekniċi ġew ittestjati bir-reqqa u l-ulilità tagħhom ġiet ippruvata fil-prattika. Qabel ma jsir użu minn kwalunkwe standard tekniku obbligatorju, il-Kummissjoni għandha wkoll tikkunsidra b’attenzjoni l-ispejjeż li dan jista’ jinvolvi, b’mod partikolari f’termini ta’ adattamenti għal soluzzjonijiet eżistenti għall-akkwist elettroniku, inklużi l-infrastruttura, il-proċessi jew is-software.
Artikolu 41
Nomenklaturi
Artikolu 42
Konflitt ta’ interess
L-Istati Membri għandhom, jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu miżuri adatti biex b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw konflitti ta’ interess li jirriżultaw fit-twettiq ta’ proċeduri tal-akkwist sabiex jiġi evitat kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u jiġi żgurat trattament ugwali għall-operaturi ekonomiċi kollha.
Il-kunċett ta’ konflitti ta’ interess għandu tal-inqas ikopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti jew ta’ fornitur ta’ servizzi tal-akkwisti li jaġixxi f’isem l-awtorità kontraenti li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura tal-akkwist jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta’ dik il-proċedura jkollhom, direttament jew indirettament, interess finanzjarju, ekonomiku, jew personali ieħor li jista’ jiġi kkunsidrat li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fil-kuntest tal-proċedura tal-akkwist.
TITOLU II
REGOLI APPLIKABBLI GĦAL KUNTRATTI
KAPITOLU I
Proċeduri
Artikolu 43
Kondizzjonijiet relatati mal-FAP u ftehimiet internazzjonali oħra
Sa fejn huma koperti mill-Annessi 3, 4, u 5 u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi I tal-Unjoni Ewropea għall-FAP u minn ftehimiet internazzjonali oħrajn li l-Unjoni Ewropea hija marbuta bihom, l-entitajiet kontraenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a) għandhom jagħtu trattament lix-xogħlijiet, il-provvisti, s-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet li ma jkunx inqas favorevoli mit-trattament mogħti lix-xogħlijiet, il-provvisti, is-servizzi u l-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni.
Artikolu 44
Għażla tal-proċeduri
Is-sejħa għal kompetizzjoni tista’ ssir b’wieħed mill-mezzi li ġejjin:
avviż perjodiku indikattiv skont l-Artikolu 67 fejn il-kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata;
avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki skont l-Artikolu 68 fejn il-kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata jew permezz ta’ djalogu kompetittiv jew ta’ sħubija għall-innovazzjoni;
permezz ta’ avviż ta’ kuntratt skont l-Artikolu 69.
Fil-każ imsemmi fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, l-operaturi ekonomiċi li esprimew l-interess tagħhom wara l-pubblikazzjoni tal-avviż perjodiku indikattiv għandhom sussegwentement jiġu mistiedna sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom bil-miktub permezz ta’ “stedina għall-konferma tal-interess” f’konformità mal-Artikolu 74.
Artikolu 45
Proċedura miftuħa
Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti għandu jkun ta’ 35 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.
L-offerta għandha tkun akkumpanjata mill- informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li tkun mitluba mill-entità kontraenti.
Meta l-entitajiet kontraenti jkunu ppubblikaw avviż perjodiku indikattiv li ma ntużax huwa stess bħala mezz ta’ sejħa għalkompetizzjoni, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti, kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jista’ jitqassar għal 15-il jum, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:
l-avviż perjodiku indikattiv inkluda, minbarra l-informazzjoni meħtieġa mit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness VI, l-informazzjoni kollha meħtieġa mit-Taqsima II tal-Parti A tal-Anness VI, sa fejn din l-informazzjoni msemmija l-aħħar kienet disponibbli fiż-żmien meta ġie ppubblikat l-avviż perjodiku indikattiv;
l-avviż perjodiku indikattiv intbagħat għall-pubblikazzjoni bejn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt.
Artikolu 46
Proċedura ristretta
Bħala regola ġenerali, il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn 15-il jum.
Il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti jista’ jitfassal permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-entità kontraenti u l-kandidati magħżula, bil-kondizzjoni li l-kandidati magħżula kollha jkollhom l-istess żmien sabiex iħejju u jippreżentaw l-offerti tagħhom.
Fin-nuqqas ta’ ftehim dwar il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti, il- limitu ta’ żmien għandu jkun tal-inqas għaxart ijiem mid-data li fiha l-istedina għall-offerta tkun intbagħtet.
Artikolu 47
Proċedura nnegozjata b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel
Bħala regola ġenerali, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għalkompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun ta’ inqas minn 15-il jum.
Il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti jista’ jiġi stabbilit permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-entità kontraenti u l-kandidati magħżula, bil-kondizzjoni li dawn kollha jkollhom l-istess żmien sabiex iħejju u jippreżentaw l-offerti tagħhom.
Fin-nuqqas ta’ qbil dwar il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti, il- limitu ta’ żmien għandu jkun tal-inqas għaxart ijiem mid-data li fiha l-istedina għall-offerta tkun intbagħtet.
Artikolu 48
Djalogu kompetittiv
Bħala regola ġenerali, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn 15-il jum.
Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jipparteċipaw fid-djalogu. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti li għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 78(2). Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju tal-għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont l-Artikolu 82(2).
Matul id-djalogu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw ugwaljanza tat-trattament fost il-parteċipanti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi parteċipanti fuq oħrajn.
F’konformità mal-Artikolu 39, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra kkomunikata minn kandidat jew offerent li qed jipparteċipa fid-djalogu mingħajr il-qbil tiegħu. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.
Fuq talba tal-entità kontraenti, dawk l-offerti jistgħu jkunu ċċarati, ippreċiżati u pperfezzjonati. Madankollu, tali kjarifika, preċiżazzjoni u perfezzjonament jew informazzjoni addizzjonali ma tistax tinvolvi bidliet fl-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inkluż il-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stipulati fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv, fejn varjazzjonijiet għal dawk l-aspetti, ħtiġijiet u rekwiżiti x’aktarx joħolqu tgħawwiġ tal-kompetizzjoni jew ikollhom effett diskriminatorju.
Fuq talba tal-entità kontraenti, in-negozjati mal-offerent identifikat bħala dak li ssottometta l-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità skont l-Artikolu 82(2) jistgħu jsiru biex jiġu kkonfermati impenji finanzjarji jew termini oħra li jkunu fl-offerta billi jiġu ffinalizzati t-termini tal-kuntratt dment li tali negozjati ma jkollhomx l-effett li materjalment jimmodifikaw l-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inklużi l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokument deskrittiv u ma jirriskjax li jgħawweġ il-kompetizzjoni jew li jikkawża diskriminazzjoni.
Artikolu 49
Sħubija għall-innovazzjoni
Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tidentifika l-ħtieġa għal prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi li ma tistax tintlaħaq bix-xiri ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet li huma diġà disponibbli fis-suq. Hija għandha tindika liema elementi ta’ din id-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha. L-indikazzjonijiet għandhom ikunu preċiżi biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tas-soluzzjoni meħtieġa u jiddeċiedu jekk jitolbux li jipparteċipaw fil-proċedura.
L-entità kontraenti tista’ tiddeċiedi li tistabbilixxi sħubija għall-innovazzjoni ma’ sieħeb wieħed jew ma’ diversi sħab li jwettqu attivitajiet separati ta’ riċerka u żvilupp.
Bħala regola ġenerali, il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun stabbilit għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn 15-il jum. Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni mogħtija li jistgħu jipparteċipaw fil-proċedura. L-entitajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adatti biex jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-proċedura f’konformità mal-Artikolu 78(2). Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi unika tal-kriterju tal-għoti tal-offerta li tippreżenta l-aqwa bilanċ bejn il-prezz u l-kwalità f’konformità mal-Artikolu 82(2).
Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tiġi strutturata f’fażijiet suċċessivi li jsegwu s-sekwenza ta’ passi fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, li tista’ tinkludi l-manifattura tal-provvista, il-forniment tas-servizzi jew it-tlestija tax-xogħlijiet. Is-sħubija għall-innovazzjoni għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sħab u tipprovdi għall-ħlas tar-remunerazzjoni f’pagamenti parzjali adatti.
Abbażi ta’ dawk il-miri, l-entità kontraenti tista’ tiddeċiedi wara kull fażi li ttemm is-sħubija għall-innovazzjoni jew, f’każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni b’diversi sħab, li tnaqqas in-numru ta’ sħab billi ttemm kuntratti individwali, dment li l-entità kontraenti tkun indikat fid-dokumenti tal-akkwist dawk il-possibiltajiet u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom.
Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji tal-għoti ma għandhomx ikunu soġġetti għal negozjati.
F’konformità mal-Artikolu 39, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lill-parteċipanti l-oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat jew offerent li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil tiegħu. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.
Huma biss dawk l-operaturi ekonomiċi mistiedna mill-entità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-entità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti bis-soluzzjonijiet eżistenti.
Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tiddefinixxi l-arranġamenti applikabbli għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali. Fil-każ ta’ sħubija għall-innovazzjoni ma’ diversi sħab, l-entità kontraenti ma għandhiex, f’konformità mal-Artikolu 39, tiżvela lill-isħab l-oħra s-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni konfidenzjali oħra kkomunikata minn sieħeb fil-qafas tas-sħubija mingħajr il-qbil ta’ dak is-sieħeb. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ eżenzjoni ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni intenzjonata ta’ informazzjoni speċifika.
Artikolu 50
L-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel
L-entitajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel fil-każijiet li ġejjin:
fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni jew l-ebda talba adatta għall-parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bi tweġiba għal proċedura b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, dejjem jekk il-kondizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex sostanzjalment modifikati;
Offerta għandha tkun meqjusa bħala mhux adatta meta hija irrilevanti għall-kuntratt, minħabba li b’mod ċar mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist. Talba għall-parteċipazzjoni għandha tiġi meqjusa mhux adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista’ jkun eskluż f’konformità mal-Artikoli 78(1) jew 80(1), jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla stipulati mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikoli 78 jew 80;
meta kuntratt ikun purament għall-fini ta’ riċerka, esperiment, studju jew żvilupp, u mhux għall-fini li jiġi assigurat profitt jew bl-iskop ta’ rkupru tal-ispejjeż ta’ riċerka u żvilupp, u sa fejn l-għoti ta’ tali kuntratt ma jippreġudikax l-għoti b’mod kompetittiv ta’ kuntratti sussegwenti li, b’mod partikolari, ikollhom dawk l-iskopijiet;
fejn ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jiġu forniti biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba waħda mir-raġunijiet li ġejjin:
l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew l-akkwist ta’ xogħol artistiku uniku jew ta’ rappreżentazzjoni artistika unika;
hemm nuqqas ta’ kompetizzjoni minħabba raġunijiet tekniċi;
il-protezzjoni ta’ drittijiet esklużivi, inkluż drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.
L-eċċezzjonijiet deskritti fil-punti (ii) u (iii) għandhom japplikaw biss meta ma teżistix alternattiva jew sostitut raġonevoli u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhijiex ir-riżultat ta’ limitazzjonijiet artifiċjali fil-parametri tal-akkwist;
sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżata minn avvenimenti mhux prevedibbli mill-entità kontraenti, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien stabbiliti għal proċeduri miftuħa, proċeduri ristretti u proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel. Iċ-ċirkostanzi invokati sabiex jiġġustifikaw l-urġenza kbira qatt ma għandhom ikunu attribwibbli lill-entità kontraenti;
fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista għal konsenji addizzjonali mill-fornitur oriġinali li huma maħsuba jew bħala sostituzzjoni parzjali tal-provvisti jew installazzjonijiet jew inkella bħala l-estensjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet eżistenti, fejn bidla fil-fornitur tkun tobbliga lill-entità kontraenti sabiex tikseb provvisti li għandhom karatteristiċi tekniċi differenti li jirriżultaw f’inkompatibbiltà jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fit-tħaddim u l-manutenzjoni;
għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu mir-repetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili assenjati lill-kuntrattur li l-istess entitajiet kontraenti tawh kuntratt preċedenti, dejjem jekk dawn ix-xogħlijiet jew servizzi jikkonformaw ma’ proġett bażiku li għalih ingħata l-ewwel kuntratt skont proċedura f’konformità mal-Artikolu 44(1).
Il-proġett bażiku għandu jindika sa liema punt jistgħu jaslu x-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali possibbli u l-kondizzjonijiet li fihom ser jingħataw. Hekk kif l-ewwel proġett jinħareġ għall-offerti, l-użu possibbli ta’ din il-proċedura għandu jiġi divulgat u l-entitajiet kontraenti għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-istima tal-ispiża totali tax-xogħlijiet jew is-servizzi sussegwenti meta japplikaw l-Artikoli 15 u 16;
għal provvisti kkwotati u mixtrija f’suq tal-prodotti bażiċi;
għal xiri bl-irħis, fejn ikun possibbli li jiġu akkwistati provvisti billi jittieħed vantaġġ minn opportunità partikolarment vantaġġuża disponibbli għal żmien qasir ħafna bi prezz konsiderevolment aktar baxx mill-prezzijiet normali tas-suq;
għal xiri ta’ provvisti jew servizzi b’kondizzjonijiet partikolarment vantaġġużi, jew mingħand fornitur li qed jagħmel stralċ definittiv tal-attivitajiet ta’ negozju tiegħu jew mil-likwidatur fi proċedura ta’ insolvenza, arranġament mal-kredituri jew proċedura simili taħt il-liġijiet jew ir-regolamenti nazzjonali;
fejn il-kuntratt ta’ servizz ikkonċernat jiġi wara kompetizzjoni ta’ disinn organizzata skont din id-Direttiva u ser tingħata, skont ir-regoli provduti fil-kompetizzjoni ta’ disinn, lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa ta’ dik il-kompetizzjoni; fil-każ imsemmi l-aħħar, ir-rebbieħa kollha għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fin-negozjati.
KAPITOLU II
Tekniki u strumenti għall-akkwist elettroniku u aggregat
Artikolu 51
Ftehimiet qafas
Ftehim qafas ifisser ftehim bejn entità kontraenti waħda jew aktar u operatur ekonomiku wieħed jew aktar, li l-għan tiegħu huwa li jistabbilixxi t-termini li jirregolaw il-kuntratti li għandhom jingħataw matul perijodu speċifikat, b’mod partikolari fir-rigward tal-prezz u, fejn adatt, il-kwantitajiet previsti.
It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż it-tmien snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali debitament iġġustifikati, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas.
Ir-regoli u l-kriterji oġġettivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiżguraw trattament ugwali tal-operaturi ekonomiċi li huma partijiet għall-ftehim. Fejn huwa inkluż ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom jiffissaw limitu ta’ żmien li huwa twil biżżejjed sabiex ikunu jistgħu jiġu sottomessi offerti għal kull kuntratt speċifiku u l-entitajiet kontraenti għandhom jagħtu kull kuntratt lill-offerent li ssottometta l-aħjar offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ftehim qafas.
L-entitajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-ftehimiet qafas b’mod skorrett jew b’tali mod li jipprevjenu, jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni.
Artikolu 52
Sistemi dinamiċi ta’ xiri
Minkejja l-Artikolu 46, għandhom japplikaw il-limiti ta’ żmien li ġejjin:
Bħala regola ġenerali, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż ta’ kuntratt jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, tintbagħat l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma tista’ tkun inqas minn 15-il jum. L-ebda limitu ta’ żmien ulterjuri għar-riċevuta ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni ma għandu japplika ladarba tkun intbagħtet l-istedina għal offerta għall-ewwel akkwist speċifiku skont is-sistema dinamika ta’ xiri.
Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun tal-inqas għaxart ijiem mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta. It-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 46(2) għandhom japplikaw.
Għall-finijiet tal-għoti ta’ kuntratti taħt sistema dinamika ta’ xiri, l-entitajiet kontraenti għandhom:
jippubblikaw sejħa għal kompetizzjoni billi jagħmluha ċara li hemm sistema dinamika ta’ xiri involuta;
jindikaw fid-dokumenti ta’ akkwist, mill-inqas in-natura u l-kwantità stmata tax-xiri previst, kif ukoll l-informazzjoni kollha meħtieġa li tikkonċerna s-sistema dinamika ta’ xiri inklużi kif joperaw is-sistema dinamika ta’ xiri, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi;
jindikaw kwalunkwe diviżjoni f’kategoriji ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi u l-karatteristiċi li jiddefinixxuhom;
joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, sakemm is-sistema tkun valida, għad-dokumenti tal-akkwist f’konformità mal-Artikolu 73.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, sakemm ma tkunx intbagħatet l-istedina għall-offerti għall-ewwel akkwist speċifiku taħt is-sistema dinamika ta’ xiri, l-entitajiet kontraenti jistgħu jestendu l-perijodu ta’ evalwazzjoni sakemm ma tkun ħarġet l-ebda stedina għall-offerti matul il-perijodu estiż ta’ evalwazzjoni. L-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist it-tul tal-perijodu estiż li huma bi ħsiebhom japplikaw.
L-entitajiet kontraenti għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat malajr kemm jista’ jkun dwar jekk ġiex ammess fis-sistema dinamika ta’ xiri jew le.
Huma għandhom jagħtu l-kuntratt lill-offerent li ppreżenta l-aqwa offerta fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fl-avviż ta’ kuntratt għas-sistema dinamika ta’ xiri, fl-istedina għall-konferma tal-interess, jew, fejn il-mezz għas-sejħa għal kompetizzjoni huwa avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fl-istedina għall-offerti. Fejn adatt, dawn il-kriterji jistgħu jiġu fformulati bi preċiżjoni akbar fl-istedina għall-offerti.
Il-paragrafi (2) sa (4) tal-Artikolu 59 għandhom japplikaw matul il-perijodu kollu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri.
L-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw il-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri fis-sejħa għal kompetizzjoni. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla fil-perijodu ta’ validità, billi jużaw il-formoli standard li ġejjin:
fejn il-perijodu ta’ validità jinbidel mingħajr ma tiġi mwaqqfa s-sistema, il-formola użata iniżjalment għas-sejħa għal kompetizzjoni għas-sistema dinamika ta’ xiri;
fejn is-sistema tiġi tterminata, avviż dwar għoti ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 70.
Artikolu 53
Irkantijiet elettroniċi
Għal dan il-fini, l-entitajiet kontraenti għandhom jistrutturaw l-irkant elettroniku bħala proċess elettroniku ripetittiv, li jseħħ wara evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti, li jippermetti li dawn jiġu kklassifikati bl-użu ta’ metodi ta’ evalwazzjoni awtomatiċi.
Ċerti kuntratti ta’ servizzi u ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet li għandhom prestazzjonijiet intellettwali bħala s-suġġett tagħhom, bħad-disinn ta’ xogħlijiet, li ma jistgħux jiġu kklassifikati bl-użu ta’ metodi awtomatiċi ta’ evalwazzjoni, ma għandhomx ikunu s-suġġett ta’ rkanti elettroniċi.
Fl-istess ċirkostanzi, irkant elettroniku jista’ jsir fil-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni fost il-partijiet għal ftehim qafas kif previst fl-Artikolu 51(2) u dwar il-ftuħ għal kompetizzjoni ta’ kuntratti li għandhom jingħataw taħt is-sistema dinamika ta’ xiri msemmija fl-Artikolu 52.
L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat fuq wieħed mill-elementi tal-offerti li ġejjin:
biss fuq prezzijiet fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-prezz biss,
fuq prezzijiet u/jew il-valuri l-ġodda tal-karatteristiċi tal-offerti indikati fid-dokumenti tal-akkwist, fejn il-kuntratt jingħata abbażi tal-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità jew lill-offerta bl-aktar prezz baxx meta jintuża approċċ tal-kosteffikaċja.
Offerta għandha tkun meqjusa ammissibbli meta tkun ġiet sottomessa minn offerent, li ma kienx ġie eskluż skont l-Artikolu 78(1) jew 80(1) u li jissodisfa l-kriterji tal-għażla stipulati mill-Artikoli 78 u 80, u li l-offerta tiegħu tkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mingħajr ma tkun irregolari jew mhux aċċettabbli jew mhux adatta.
B’mod partikolari, offerti li ma jikkonformawx mad-dokumenti ta’ akkwist, li jkunu waslu tard, meta jkun hemm prova ta’ kollużjoni jew korruzzjoni, jew li jkunu nstabu mill-awtorità kontraenti bħala anormalment baxxi, għandhom jitqiesu irregolari. B’mod partikolari, offerti ppreżentati minn offerenti li ma għandhomx il-kwalifiki mitluba, u offerti li l-prezz tagħhom jeċċedi l-baġit tal-awtorità kontraenti kif determinat u dokumentat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-akkwist għandhom jitqiesu inaċċettabbli.
Offerta għandha tkun meqjusa bħala mhux adatta meta hija irrilevanti għall-kuntratt, minħabba li b’mod ċar mhijiex kapaċi, mingħajr bidliet sostanzjali, li tissodisfa l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti tal-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-akkwist. Talba għall-parteċipazzjoni għandha tiġi meqjusa mhux adatta meta l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista’ jkun eskluż f’konformità mal-Artikoli 78(1) jew 80(1), jew ma jissodisfax il-kriterji tal-għażla stipulati mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikoli 78 jew 80.
L-offerenti kollha li jkunu ppreżentaw offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b’mod simultanju b’mezzi elettroniċi sabiex jipparteċipaw fl-irkant elettroniku billi jintużaw, mid-data u l-ħin speċifikati, il-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-istedina. L-irkant elettroniku jista’ jseħħ f’għadd ta’ fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma għandux jibda qabel jumejn ta’ xogħol wara d-data li fiha ntbagħtu l-istediniet.
L-istedina għandha tiddikjara wkoll l-istat tal-formula matematika li għandha tintuża fl-irkant elettroniku sabiex jiġu determinati l-klassifikazzjonijiet awtomatiċi l-ġodda fuq il-bażi tal-prezzijiet il-ġodda u/jew il-valuri l-ġodda sottomessi. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, dik il-formula għandha tinkorpora l-ippeżar tal-kriterji kollha stabbiliti sabiex tiġi determinata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, kif indikat fl-avviż użat bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokumenti tal-akkiwst l-oħra. Madanakollu, għal dak il-fini, kwalunkwe medda għandha titnaqqas minn qabel għal valur speċifikat.
Fejn huma awtorizzati varjanti, għandha tingħata formula separata għal kull varjant.
L-entitajiet kontraenti għandhom jagħlqu irkant elettroniku b’wieħed jew aktar mill-modi li ġejjin:
fid-data u l-ħin indikati preċedentement;
meta ma jirċevux aktar prezzijiet jew valuri ġodda li jilħqu r-rekwiżiti rigward id-differenzi minimi, jekk qabel dawn iddikjaraw iż-żmien li huma jħallu li jgħaddi wara li jirċievu l-aħħar preżentazzjoni qabel ma jagħlqu l-irkant elettroniku; jew
meta jkun tlesta n-numru ta’ fażijiet tal-irkant identifikati preċedentement.
Meta l-entitajiet kontraenti ikollhom l-intenzjoni li jagħlqu irkant elettroniku skont il-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, possibbilment flimkien mal-arranġamenti stabbiliti fil-punt (b) tiegħu, l-istedina għal parteċipazzjoni fl-irkant għandha tindika l-iskeda ta’ żmien għal kull fażi tal-irkant.
Artikolu 54
Katalogi elettroniċi
L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-użu ta’ katalogi elettroniċi obbligatorju b’rabta ma’ ċerti tipi ta’ akkwist.
L-offerti ppreżentati fil-forma ta’ katalogu elettroniku jistgħu jkunu akkumpanjati minn dokumenti oħra, li jikkompletaw l-offerta.
Barra minn hekk, il-katalogi elettroniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-għodod ta’ komunikazzjoni elettronika kif ukoll ma’ kwalunkwe rekwiżit addizzjonali stabbilit mill-entità kontraenti f’konformità mal-Artikolu 40.
Fejn il-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi hija aċċettata jew meħtieġa, l-entitajiet kontraenti għandhom:
jiddikjaraw dan fl-avviż ta’ kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, jew, fejn il-mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jkun avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar;
jindikaw fid-dokumenti tal-akkwist l-informazzjoni kollha meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 40(6) rigward il-format, it-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ konnessjonijiet tekniċi għall-katalogu.
Fejn ġie konkluż ftehim qafas ma’ aktar minn operatur ekonomiku wieħed wara l-preżentazzjoni ta’ offerti fil-forma ta’ katalogi elettroniċi, l-entitajiet kontraenti jistgħu jipprovdu li l-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni għal kuntratti speċifiċi jseħħ fuq il-bażi ta’ katalogi aġġornati. F’dak il-każ, l-entitajiet kontraenti għandhom jużaw wieħed mill-metodi li ġejjin:
jistiedu lill-offerenti sabiex jippreżentaw mill-ġdid il-katalogi elettroniċi tagħhom, adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt inkwistjoni; jew
jinnotifikaw lill-offerenti li għandhom il-ħsieb li jiġbru mill-katalogi elettroniċi li diġà ġew ppreżentati l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu kostitwiti offerti adattati għar-rekwiżiti tal-kuntratt speċifiku inkwistjoni, dejjem jekk l-użu ta’ dan il-metodu jkun ġie mħabbar fid-dokumenti tal-akkwist tal-ftehim qafas.
L-entitajiet kontraenti għandhom jipprovdu perijodu adegwat bejn in-notifika u l-istess ġbir tal-informazzjoni.
Qabel ma jagħtu l-kuntratt, l-entitajiet kontraenti għandhom jippreżentaw l-informazzjoni miġbura lill-offerent ikkonċernat, sabiex b’hekk jagħtuh l-opportunità li jikkontesta jew jikkonferma li l-offerta hekk ikkostitwita ma fiha l-ebda żball materjali.
L-entitajiet kontraenti jistgħu wkoll jagħtu kuntratti bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5 dejjem jekk it-talba għal parteċipazzjoni fis-sistema dinamika ta’ xiri tkun akkumpanjata minn katalogu elettroniku skont l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-format stabbiliti mill-entità kontraenti. Sussegwentement, dak il-katalogu għandu jimtela’ mill-kandidati, meta dawn ikunu ġew mgħarrfa bl-intenzjoni tal-entità kontraenti li tikkostitwixxi l-offerti permezz tal-proċedura stabbilita fil-punt (b) tal-paragrafu 4.
Artikolu 55
Attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri u korpi ċentrali tax-xiri
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu wkoll li l-entitajiet kontraenti jistgħu jakkwistaw xogħlijiet, provvisti u servizzi billi jużaw kuntratti mogħtija minn korp ċentrali tax-xiri, bl-użu ta’ sistemi dinamiċi tax-xiri operati minn korp ċentrali tax-xiri jew bl-użu ta’ ftehim qafas konkluż minn korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tal-akkwisti msemmija fil-punt (b) tal-punt (10) tal-Artikolu 2. Fejn sistema dinamika ta’ xiri li tkun operata minn korp ċentrali tax-xiri tista’ tintuża minn entitajiet kontraenti oħrajn, dan għandu jiġi indikat fis-sejħa għal kompetizzjoni li tistabbilixxi dik is-sistema dinamika ta’ xiri.
Fir-rigward tal-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ċerti akkwisti għandhom isiru permezz tal-korpi ċentrali tax-xiri jew permezz ta’ korp ċentrali speċifiku tax-xiri wieħed jew aktar.
Barra minn hekk, entità kontraenti tissodisfa wkoll l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta takkwista xogħlijiet, provvisti jew servizzi billi tuża kuntratti mogħtija mill-korp ċentrali tax-xiri, bl-użu ta’ sistemi dinamiċi ta’ xiri operati mill-korp ċentrali tax-xiri jew billi jużaw ftehim qafas konkluż mill-korp ċentrali tax-xiri li joffri l-attività ċentralizzata tax-xiri msemmija fil-punt (b) tal-punt (10) tal-Artikolu 2.
Madankollu, l-entità kontraenti kkonċernata għandha tkun responsabbli li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-partijiet li tmexxi hija stess, bħal:
l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika ta’ xiri, li tkun operata minn korp ċentrali tax-xiri; jew
it-twettiq tal-ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas li jkun ġie konkluż minn korp ċentrali tax-xiri.
Tali kuntratti ta’ servizzi jistgħu jinkludu wkoll il-provvista ta’ attivitajiet anċillari ta’ xiri.
Artikolu 56
Akkwisti konġunti okkażjonali
Fejn it-twettiq ta’ proċedura tal-akkwist ma tkunx kollha kemm hi mwettqa f’isem u għan-nom tal-entitajiet kontraenti kkonċernati, huma għandhom ikunu responsabbli b’mod konġunt biss għal dawk il-partijiet imwettqin b’mod konġunt. Kull entità kontraenti għandu jkollha r-responsabbiltà unika li tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva fir-rigward tal-partijiet li hija twettaq f’isimha u għan-nom tagħha stess.
Artikolu 57
Akkwist li jinvolvi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti
L-entitajiet kontraenti ma għandhomx jużaw il-mezzi previsti f’dan l-Artikolu għall-fini li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji tad-dritt pubbliku f’konformità mad-dritt tal-Unjoni li huma soġġetti għalih fl-Istat Membru tagħhom.
Madankollu, fir-rigward ta’ attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri offruti minn korpi ċentrali tax-xiri li jinsabu fi Stat Membru ieħor li mhuwiex tal-entità kontraenti, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jispeċifikaw li l-entitajiet kontraenti tagħhom jistgħu jużaw biss l-attivitajiet ċentralizzati ta’ xiri kif definiti jew fil-punt (a) jew fil-punt (b) tal-punt (10) tal-Artikolu 2.
Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn jinsab il-korp ċentrali tax-xiri għandhom japplikaw ukoll għal dan li ġej:
l-għoti ta’ kuntratt taħt sistema dinamika ta’ xiri;
it-twettiq ta’ ftuħ mill-ġdid ta’ kompetizzjoni taħt ftehim qafas.
Diversi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jagħtu kuntratt pubbliku, jikkonkludu ftehim qafas jew joperaw sistema dinamika ta’ xiri b’mod konġunt. Huma jistgħu wkoll jagħtu kuntratti fuq il-bażi tal-ftehim qafas jew tas-sistema dinamika ta’ xiri. Sakemm l-elementi neċessarji ma jkunux ġew irregolati minn ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Istati Membri kkonċernati, l-entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom jikkonkludu ftehim li jiddetermina:
ir-responsabbiltajiet tal-partijiet u d-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli relevanti;
l-organizzazzjoni interna tal-proċedura tal-akkwist, inklużi l-ġestjoni tal-proċedura, id-distribuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvisti jew servizzi li ser jiġu akkwistati, u l-konklużjoni tal-kuntratti.
Entità kontraenti parteċipanti tissodisfa l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta tixtri xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn entità kontraenti li hija responsabbli għall-proċedura tal-akkwist. Meta jiġu determinati r-responsabbiltajiet u l-liġi nazzjonali applikabbli kif imsemmija fil-punt (a), l-entitajiet kontraenti parteċipanti jistgħu jallokaw responsabbiltajiet speċifiċi bejniethom u jiddeterminaw id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali applikabbli ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri rispettivi. L-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u l-liġi nazzjonali applikabbli li tirriżulta għandhom jissemmew fid-dokumenti tal-akkwist għal kuntratti mogħtija b’mod konġunt.
Fejn diversi entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti waqqfu entità legali konġunta, inklużi r-Raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ) jew entitajiet oħra stabbiliti skont id-dritt tal-Unjoni, permezz ta’ deċiżjoni tal-korp kompetenti tal-entità konġunta, l-entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom jaqblu dwar ir-regoli tal-akkwist nazzjonali applikabbli ta’ wieħed mill-Istati Membri li ġejjin:
id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha;
id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità konġunta qed twettaq l-attivitajiet tagħha.
Il-ftehim imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jew japplika għal perijodu indeterminat, fejn dan ikun stabbilit fl-att kostituttiv tal-entità konġunta, jew jista’ jiġi limitat għal ċertu perijodu ta’ żmien, għal ċerti tipi ta’ kuntratti jew għal għotja ta’ kuntratt individwali waħda jew aktar.
KAPITOLU III
Kondotta tal-proċedura
Artikolu 58
Konsultazzjonijiet preliminari tas-suq
Qabel ma jniedu proċedura ta’ akkwist, l-entitajiet kontraenti jistgħu jorganizzaw konslutazzjonijiet mas-suq bil-ħsieb tat-tħejjija tal-akkwist u biex jgħarrfu lill-operaturi ekonomiċi bil-pjanijiet u r-rekwiżiti ta’ akkwist tagħhom.
Għal dan il-għan, l-entitajiet kontraenti jistgħu pereżempju jfittxu jew jaċċettaw parir minn esperti jew awtoritajiet indipendenti jew minn parteċipanti tas-suq. Dak il-parir jista’ jintuża fl-ippjanar u t-twettiq tal-proċedura tal-akkwist, sakemm dan il-parir ma jkollux l-effett ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ta’ trasparenza.
Artikolu 59
Involviment minn qabel ta’ kandidati jew offerenti
Fejn kandidat jew offerent jew impriża relatata ma’ kandidat jew offerent ta parir lill-entità kontraenti, sew jekk fil-kuntest tal-Artikolu 58 u sew jekk le, jew kien involut b’xi mod ieħor fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist, l-entità kontraenti għandha tieħu l-miżuri adatti sabiex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix mgħawġa mill-parteċipazzjoni ta’ dak il-kandidat jew l-offerent.
Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-komunikazzjoni lill-kandidati u l-offerenti l-oħra ta’ informazzjoni rilevanti skambjata fil-kuntest ta’ jew li tirriżulta mill-involviment tal-kandidat jew l-offerent fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist u l-iffissar ta’ limiti ta’ żmien adegwati għar-riċevuta ta’ offerti. Il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi eskluż biss minn dik il-proċedura fejn ma hemm l-ebda mod ieħor sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dmir ta’ osservazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.
Qabel kull esklużjoni bħal din, il-kandidati jew l-offerenti għandhom jingħataw l-opportuntià li juru li l-involviment tagħhom fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist ma jistax jgħawweġ il-kompetizzjoni. Il-miżuri meħuda għandhom jiġu dokumentati fir-rapport individwali meħtieġ mill-Artikolu 100.
Artikolu 60
Speċifikazzjonijiet tekniċi
Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall-proċess jew metodu speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mitluba jew għal proċess speċifiku għal stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu anke fejn tali fatturi ma jiffurmawx parti mis-sustanza materjali tagħhom, dment li huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u proporzjonali għall-valur u l-objettivi tiegħu.
L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jispeċifikaw ukoll jekk hux ser ikun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.
Għall-akkwisti kollha li huma maħsubin għall-użu minn persuni fiżiċi, kemm jekk il-pubbliku ġenerali kif ukoll jekk il-persunal tal-entità kontraenti, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, minbarra f’każijiet debitament ġustifikati, għandhom jitfasslu b’mod li jieħdu kont tal-kriterji ta’ aċċessibbiltà għal persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha.
Fejn ir-rekwiżiti obbligatorji ta’ aċċessibbiltà huma adottati permezz ta’ att legali tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibilità għal persuni b’diżabbiltà jew ta’ disinn għall-utenti kollha, jiġu definiti b’referenza għalihom.
Mingħajr preġudizzju għar-regoli tekniċi nazzjonali obbligatorji, sa fejn ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu formulati b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:
f’termini tar-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali, inklużi l-karatteristiċi ambjentali, dejjem jekk il-parametri jkunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lill-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u l-entitajiet kontraenti jitħallew jagħtu l-kuntratt;
permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, fl-ordni ta’ preferenza, għall-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, il-Valutazzjonijiet Tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew - fejn xi waħda minn dawk ma teżistix - l-istandards nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u l-użu tal-provvisti;
f’termini ta’ rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali msemmija fil-punt (a), b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) bħala mezz ta’ suppożizzjoni ta’ konformità ma’ tali rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali;
permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) għal ċerti karatteristiċi, u permezz ta’ referenza għar-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali msemmija fil-punt (a) għal karatteristiċi oħrajn.
Fl-offerta tiegħu, l-offerent għandu juri bi kwalunkwe mezz adatt, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 62, li l-provvisti, is-servizz jew ix-xogħol konformi mal-istandard jilħqu r-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali tal-entità kontraenti.
Artikolu 61
Tikketti
Fejn entitajiet kontraenti jkollhom l-intenzjoni jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi speċifiċi ambjentali, soċjali jew oħrajn huma jistgħu, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew fil-kondizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt, jitolbu tikketta speċifika bħala mezz ta’ prova li x-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti jikkorrispondu għall-karatteristiċi meħtieġa, dment li l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:
ir-rekwiżiti tat-tikketta jikkonċernaw biss kriterji li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma adegwati sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;
ir-rekwiżiti tat-tikketta huma bbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji;
it-tikketti huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-korpi pubbliċi, il-konsumaturi, is-sħab soċjali, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi;
it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;
ir-rekwiżiti tat-tikketta huma stipulati minn parti terza li fuqha l-operatur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta ma jistax jeżerċita influwenza deċiżiva.
Fejn l-entitajiet kontraenti ma jeħtiġux li x-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tat-tikketta, huma għandhom jindikaw ir-rekwiżiti tat-tikketta li qed issir referenza għalihom.
L-entitajiet kontraenti li jirrikjedu tikketta speċifika għandhom jaċċettaw it-tikketti kollha li jikkonfermaw li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jissodisfaw rekwiżiti tat-tikketta ekwivalenti.
Fejn operatur ekonomiku jkun wera li ma għandux il-possibbiltà li jikseb it-tikketta speċifika indikata mill-entità kontraenti jew tikketta ekwivalenti fil-limiti taż-żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-entità kontraenti għandha taċċetta mezzi adatti oħrajn ta’ prova, li jistgħu jinkludu dossier tekniku mill-manifattur, dment li l-operatur ekonomiku konċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li huwa għandu jipprovdi jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-tikketta speċifika jew ir-rekwiżiti speċifiċi indikati mill-entità kontraenti.
Artikolu 62
Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova
Fejn l-entitajiet kontraenti jirrikjedu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati mfasslin minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità speċifiku, l-entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll ċertifikati minn korpi għall-valutazzjoni tal-konformità ekwivalenti oħrajn.
Għall-iskop ta’ dan il-paragrafu, korp għall-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp li jwettaq attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità inkluż l-ikkalibrar, l-ittestjar, iċ-ċertifikazzjoni u l-ispezzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ).
Artikolu 63
Komunikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi
Madankollu, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu trasmessi permezz ta’ mezzi oħra li mhux mezzi elettroniċi fejn aċċess mingħajr restrizzjonijiet sħiħ, dirett u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist ma jistax jiġi offrut għal waħda mir-raġunijiet imniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1) jew fejn l-aċċess mhux ristrett, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist ma jistx jiġi offrut minħabba li l-entitajiet kontraenti beħsiebhom japplikaw l-Artikolu 39(2).
Artikolu 64
Varjanti
Fid-dokumenti tal-akkwist, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk jawtorizzawx jew jesiġux varjanti u, jekk iva, ir-rekwiżiti minimi li għandhom jiġu milħuqa mill-varjanti u kwalunkwe rekwiżit speċifiku għall-preżentazzjoni tagħhom, b’mod partikolari jekk il-varjanti jistgħux jiġu ppreżentati biss fejn offerta, li ma tkunx varjant, tkun ġiet ippreżentata wkoll. Fejn ikunu awtorizzati jew rikjesti varjanti, dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-kriterji tal-għoti magħżula jistgħu jiġu applikati għall-varjanti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti minimi kif ukoll għal offerti li jikkonformaw li mhumiex varjanti.
Artikolu 65
Tqassim ta’ kuntratti f’lottijiet
Fl-avviż ta’ kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, jew, fejn il-mezzi għas-sejħa għal kompetizzjoni hija avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar, l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk l-offerti jistgħux jiġu ppreżentati biss għal lott wieħed, għal diversi lottijiet jew għal-lottijiet kollha.
Artikolu 66
Determinazzjoni tal-limiti taż-żmien
L-entitajiet kontraenti għandhom jestendu l-limiti taż-żmien għar-riċevuta ta’ offerti sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha kkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jinħolqu l-offerti fil-każijiet li ġejjin:
fejn, għal kwalunkwe raġuni, l-informazzjoni addizzjonali, għalkemm mitluba mill-operatur ekonomiku fi żmien adegwat, ma tiġix ipprovduta tal-anqas sitt ijiem qabel l-iskadenza ffissata għar-riċevuta tal-offerti. Fil-każ ta’ proċedura miftuħa aċċelerata kif imsemmi fl-Artikolu 45(3), dak il-perijodu għandu jkun ta’ erbat ijiem;
fejn isiru bidliet sinifikanti lid-dokumenti tal-akkwist.
It-tul tal-estensjoni għandu jkun proporzjonat mal-importanza tal-informazzjoni jew tal-bidla.
Fejn l-informazzjoni addizzjonali ma ġietx mitluba fi żmien adegwat jew l-importanza tagħha mhix sinifikanti fid-dawl tat-tħejjija ta’ offerti reattivi,l-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu meħtieġa li jestendu l-limiti ta’ żmien.
Artikolu 67
Avviżi perjodiċi indikattivi
Meta sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta’ avviż perjodiku indikattiv fir-rigward ta’ proċeduri ristretti jew proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, l-avviż għandu jissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:
jirreferi b’mod speċifiku għall-provvisti, ix-xogħlijiet jew is-servizzi li se jkunu s-suġġett tal-kuntratt li għandu jingħata;
jindika li l-kuntratt ser jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew innegozjata mingħajr pubblikazzjoni ulterjuri ta’ sejħa għal kompetizzjoni u li jistieden lill-operaturi ekonomiċi interessati sabiex jesprimu l-interess tagħhom;
jkun fih, minbarra l-informazzjoni stabbilita fil-parti A, taqsima I tal-Anness VI, l-informazzjoni stabbilita fil-parti A, taqsima II tal-Anness VI;
ikun intbagħat għall-pubblikazzjoni mhux aktar minn 35 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħtet l-istedina għall-konferma tal-interess.
Dawn l-avviżi ma għandhomx jiġu ppubbblikati fuq profil ta’ xerrej. Madankollu, il-pubblikazzjoni addizzjonali fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 72, jekk ikun hemm, tista’ ssir fuq profil ta’ xerrej.
Il-perijodu kopert mill-avviż perjodiku indikattiv għandu bħala massimu jkun ta’ 12-il xahar mid-data li fiha l-avviż jkun intbagħat għall-pubblikazzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra, l-avviż perjodiku indikattiv imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) jista’ jkopri perijodu li jkun itwal minn 12-il xahar.
Artikolu 68
Avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki
L-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw il-perijodu ta’ validità tas-sistema ta’ kwalifiki fl-avviż dwar l-eżistenza tas-sistema. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar kwalunkwe bidla fil-perijodu ta’ validità, billi jużaw il-formoli standard li ġejjin:
fejn il-perijodu ta’ validità jinbidel mingħajr ma tiġi tterminata s-sistema, il-formola għall-avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistemi ta’ kwalifiki;
fejn is-sistema tiġi tterminata, avviż dwar għoti ta’ kuntratt imsemmi fl-Artikolu 70.
Artikolu 69
Avviżi dwar kuntratti
L-avviżi dwar kuntratti jistgħu jintużaw bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni fir-rigward tal-proċeduri kollha. Dawn għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fil-parti rilevanti tal-Anness XI u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 71.
Artikolu 70
Avviżi dwar l-għoti ta’ kuntratt
Dan l-avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness XII u għandu jiġi ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 71.
Fil-każ ta’ ftehimiet qafas konklużi f’konformità mal-Artikolu 51, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx ikunu marbutin li jibagħtu avviż bir-riżultati tal-proċedura tal-akkwist għal kull kuntratt ibbażat fuq dak il-ftehim. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet kontraenti għandhom jiġbru l-avviżi tar-riżultati tal-proċedura tal-akkwist għal kuntratti bbażati fuq il-ftehim qafas fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, l-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 30 jum minn tmiem kull trimestru.
L-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż dwar għoti ta’ kuntratt fi żmien 30 jum mill-għoti ta’ kull kuntratt fuq il-bażi ta’ sistema dinamika ta’ xiri. Madankollu huma jistgħu jiġbru dawn l-avviżi fi gruppi fuq bażi trimestrali. F’dak il-każ, għandhom jibagħtu l-avviżi raggruppati fi żmien 30 jum minn tmiem kull trimestru.
Fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi ta’ riċerka u żvilupp (“servizzi R&Ż”), l-informazzjoni li tikkonċerna n-natura u l-kwantità tas-servizzi tista’ rispettivament tkun limitata għal:
l-indikazzjoni “servizzi R&Ż” fejn il-kuntratt ingħata permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni f’konformità mal-Artikolu 50(b);
informazzjoni li tal-inqas hija dettaljata hekk kif kien indikat fl-avviż li ntuża bħala mezz għal sejħa għal kompetizzjoni.
Artikolu 71
Forma u manjiera ta’ pubblikazzjoni tal-avviżi
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawk il-formoli standard permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 105.
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jiżgura li t-test sħiħ u s-sommarju tal-avviżi perjodiċi indikattivi msemmija fl-Artikolu 67(2), sejħiet għal kompetizzjoni li jistabbilixxu sistema dinamika ta’ xiri kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 52(3) u l-avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki użata bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 44(2) għandhom jibqgħu jiġu ppubblikati:
fil-każ ta’ avviżi perjodiċi indikattivi għal 12-il xahar jew sakemm jiġi riċevut avviż dwar għoti ta’ kuntratt kif previst fl-Artikolu 70(2) li jindika li l-ebda kuntratti ulterjuri ma huma se jingħataw matul il-perijodu ta’ 12-il xahar kopert mis-sejħa għalkompetizzjoni. Madankollu, fil-każ ta’ kuntratti għal servizzi soċjali jew servizzi oħra speċifiċi, l-avviż perjodiku informattiv imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 92(1) għandu jibqa’ jiġi ppubblikat sa tmiem il-perijodu ta’ validità indikat oriġinarjament jew sakemm avviż ta’ għoti ta’ kuntratt jiġi riċevut kif previst fl-Artikolu 70 b’indikazzjoni li mhux ser jingħataw aktar kuntratti matul il-perijodu kopert bis-sejħa għal kompetizzjoni;
fil-każ ta’ sejħiet għal kompetizzjoni li jistabbilixxu sistema dinamika ta’ xiri, għall-perijodu ta’ validità tas-sistema dinamika ta’ xiri;
fil-każ ta’ avviżi dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki għall-perijodu ta’ validità tagħha.
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandu jagħti konferma lill-entità kontraenti dwar ir-riċevuta tal-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta, li fiha tindika d-data ta’ dik il-pubblikazzjoni. Din il-konferma għandha tikkostitwixxi prova tal-pubblikazzjoni.
Artikolu 72
Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali
Artikolu 73
Disponibbiltà elettronika tad-dokumenti tal-akkwist
Fejn il-mezzi għas-sejħa għal kompetizzjoni jkun avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, dan l-aċċess għandu jiġi offrut malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard minn meta tintbagħat l-istedina għall-offerti jew għan-negozjar. It-test tal-avviż jew ta’ dawk l-istediniet għandu jispeċifika l-indirizz fuq l-Internet li fih ikunu aċċessibbli d-dokumenti tal-offerta.
Fejn ma jistax jiġu offrut l-aċċess dirett mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist minħabba waħda mir-raġunijiet stiplulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 40(1), l-entitajiet kontraenti jistgħu jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma ta’ interess li d-dokumenti tal-akkwist ikkonċernati ser jintbagħtu b’mezzi oħra mhux mezzi elettroniċi skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. F’każ bħal dan, il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għandu jiġi mtawwal b’ħamest ijiem, għajr fil-każijiet ta’ urġenza debitament sostanzjata msemmija fl-Artikolu 45(3) u fejn il-limitu ta’ żmien ikun stabbilit bi qbil reċiproku skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2).
Fejn ma jistax jiġu offrut aċċessdirett mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist minħabba l-fatt li l-entitajiet kontraenti jkollhom l-intenzjoni li japplikaw l-Artikolu 39(2), huma għandhom jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-konferma ta’ interess jew, fejn il-mezzi tas-sejħa għal kompetizzjoni tkun avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifiki, fid-dokumenti tal-akkwist liema miżuri maħsuba għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni huma jesiġu u kif għandu jinkiseb l-aċċess għad-dokumenti kkonċernati. F’dan il-każ, il-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-offerti għandu jiġi mtawwal b’ħamest ijiem, għajr fil-każijiet ta’ urġenza debitament sostanzjata msemmija fl-Artikolu 45(3) u fejn il-limitu ta’ żmien ikun stabbilit bi qbil reċiproku skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 46(2) jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 47(2).
Artikolu 74
Stediniet lill-kandidati
Fejn avviż perjodiku indikattiv jintuża bħala sejħa għal kompetizzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 44(4), b’mod simultanju u bil-miktub, l-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-operaturi ekonomiċi li jkunu wrew l-interess tagħhom sabiex jikkonfermaw l-interess kontinwat tagħhom.
Artikolu 75
L-infurmar lill-applikanti għall-kwalifika, kandidati u offerenti
Fuq talba minn kwalunkwe kandidat jew offerent ikkonċernat, malajr kemm jista’ jkun, u f’kull eventwalità fi żmien 15-il jum minn meta tasal talba bil-miktub, l-entitajiet kontraenti għandhom jinfurmaw:
lil kull kandidat li ma ġiex aċċettat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talba tiegħu għal parteċipazzjoni;
lil kull offerent li ma ġiex aċċettat bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu, inklużi, għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 60(5) u (6), ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta’ nuqqas ta’ ekwivalenza jew għad-deċiżjoni tagħha li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jew dawk funzjonali;
lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bil-karatteritsiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula, kif ukoll l-isem tal-offerenti jew il-partijiet għall-ftehim qafas li ntagħżlu;
lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bit-twettiq u l-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti.
Jekk id-deċiżjoni ma tkunx ser tieħu aktar minn erba’ xhur mill-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, l-entità kontraenti għandha tinforma lill-applikant, fi żmien xahrejn mill-applikazzjoni, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-perijodu itwal u sad-data massima li fiha l-applikazzjoni tiegħu ser tiġi aċċettata jew miċħuda.
Artikolu 76
Prinċipji ġenerali
Għall-finijiet tal-għażla ta’ parteċipanti fil-proċeduri tal-akkwist tagħhom, għandhom japplikaw ir-regoli kollha ġejjin:
l-entitajiet kontraenti jkunu pprovdew ir-regoli u l-kriterji ta’ esklużjoni tal-offerti jew tal-kandidati f’konformità mal-Artikolu 78(1) jew l-Artikolu 80(1) għandhom jeskludu operaturi ekonomiċi identifikati skont dawn ir-regoli u li jissodisfaw dawn il-kriterji;
għandhom jagħżlu offerenti u kandidati skont ir-regoli u l-kriterji oġġettivi stabbiliti f’konformità mal-Artikoli 78 u 80;
fi proċeduri ristretti, fi proċeduri nnegozjati b’sejħa għal kompetizzjoni, fi djalogi kompetittivi u fi sħubijiet għall-innovazzjoni, fejn dan ikun adatt, dawn għandhom inaqqsu l-għadd ta’ kandidati magħżula skont il-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 78(2).
Fejn sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta’ avviż tal-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika u għall-fini li jintgħażlu parteċipanti fil-proċeduri ta’ akkwist għall-kuntratti speċifiċi li huma s-suġġett tas-sejħa għal kompetizzjoni, l-entitajiet kontraenti għandhom:
jikkwalifikaw operaturi ekonomiċi f’konformità mal-Artikolu 77;
japplikaw, għal dawn l-operaturi ekonomiċi kkwalifikati, dawk id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 li huma rilevanti għal proċeduri ristretti jew innegozjati, għal djalogi kompetittivi jew għal sħubijiet għall-innovazzjoni.
Meta jagħżlu l-parteċipanti għal proċedura ristretta jew innegozjata, għal djalogu kompetittiv jew għal sħubija għall-innovazzjoni, fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom dwar il-kwalifika jew meta l-kriterji jew ir-regoli jkunu qed jiġu aġġornati, l-entitajiet kontraenti ma għandhomx:
jimponu kondizzjonijiet amministrattivi, tekniċi jew finanzjarji fuq ċerti operaturi ekonomiċi li ma għandhomx jiġu impost fuq oħrajn;
jesiġu testijiet jew evidenza li jkunu jiddupplikaw l-evidenza oġġettiva diġà disponibbli
L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-użu tal-proċedura fl-ewwel subparagrafu, jew li jillimitawha, għal ċerti tipi ta’ akkwist jew għal ċirkostanzi speċifiċi.
Artikolu 77
Sistemi ta’ kwalifika
L-entitajiet kontraenti li jistabbilixxu jew iħaddmu sistema ta’ kwalifika għandhom jiżguraw li fil-ħin kollu, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jitolbu kwalifika.
L-entitajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu regoli u kriterji oġġettivi ta’ esklużjoni u l-għażla ta’ operaturi ekonomiċi li jitolbu kwalifika u kriterji u regoli oġġettivi għat-tħaddim tas-sistema ta’ kwalifika, li jkopru suġġetti bħall-iskrizzjoni fis-sistema, l-aġġornar perijodiku tal-kwalifiki, f’każ li jkun hemm, u t-tul ta’ żmien tas-sistema.
Fejn dawk il-kriterji u r-regoli jinkludu speċifikazzjonijiet tekniċi, għandhom japplikaw l-Artikoli 60 sa 62. Il-kriterji u r-regoli jistgħu jiġu aġġornati kif meħtieġ.
Fejn entità kontraenti tqis li s-sistema ta’ kwalifika ta’ ċerti entitajiet jew korpi oħra tissodisfa r-rekwiżiti tagħha, għandha tikkomunika lill-operaturi ekonomiċi interessati l-ismijiet tal-entitajiet jew il-korpi l-oħra.
Artikolu 78
Kriterji għal għażla kwalitattiva
Artikolu 79
Dipendenza fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra
Fejn, f’konformità mal-Artikolu 80 ta’ din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti jkunu rreferew għall-kriterji ta’ esklużjoni jew tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE, l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw f’konformità mal-Artikolu 80(3) jekk l-entitajiet l-oħra li l-operatur ekonomiku jkun ser joqgħod fuq il-kapaċitajiet tagħhom jissodisfawx il-kriterji tal-għażla rilevanti jew jekk ikunx hemm raġunijiet għal esklużjoni, li jkunu rreferew għaliha l-entitajiet kontraenti, f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE. L-entità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni li tkun irreferiet għalihom l-entità kontraenti. L-entità kontraenti tista’ tesiġi jew tista’ tiġi rikjesta mill-Istat Membru li titlob li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni li tkun irreferiet għalihom l-entità kontraenti.
Fejn operatur ekonomiku joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra fir-rigward ta’ kriterji relatati mal-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja, l-entità kontraenti tista’ tesiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
Bl-istess kondizzjoniijet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 37(2) jista’ joqgħod fuq il-kapaċità ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.
Fejn, f’konformità mal-Artikolu 80 ta’ din id-Direttiva, l-entitajiet kontraenti jkunu rreferew għall-kriterji ta’ esklużjoni jew tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE, l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw f’konformità mal-Artikolu 80(3) jekk l-entitajiet l-oħra li l-operatur ekonomiku jkun ser joqgħod fuq il-kapaċitajiet tagħhom jissodisfawx il-kriterji tal-għażla rilevanti jew jekk ikunx hemm raġunijiet għal esklużjoni, li jkunu rreferew għaliha l-entitajiet kontraenti, f’konformità mal-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE. L-entità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li ma tissodisfax kriterju tal-għażla rilevanti, jew li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet obbligatorji għal esklużjoni li tkun irreferiet għalihom l-entità kontraenti. L-entità kontraenti tista’ tesiġi jew tista’ tiġi rikjesta mill-Istat Membru li titlob li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi entità li fir-rigward tagħha hemm raġunijiet mhux obbligatorji għal esklużjoni li l-entità kontraenti għamlet referenza għalihom.
Fejn operatur ekonomiku joqgħod fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra fir-rigward ta’ kriterji relatati mal-pożizzjoni ekonomika u finanzjarja, l-entità kontraenti tista’ tesiġi li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.
Bl-istess kondizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 37 jista’ joqgħod fuq il-kapaċitjiet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.
Artikolu 80
Użu tar-raġunijiet ta’ esklużjoni u l-kriterji tal-għażla previsti fid-Direttiva 2014/24/UE
Fejn l-entità kontraenti tkun awtorità kontraenti, dawk il-kriterji u r-regoli għandhom jinkludu r-raġunijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57(1) u (2) tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
Jekk l-Istati Membri jesiġu dan, dawk il-kriterji u r-regoli għandhom, barra minn hekk, jinkludu r-raġunijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 57(4) tad-Direttiva 2014/24/UE skont it-termini u l-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu.
Artikolu 81
Standards ta’ garanzija tal-kwalità u tal-ġestjoni ambjentali
Fejn operatur ekonomiku wera li ma kellux aċċess għal tali ċertifikati, jew li ma għandux possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti għal raġunijiet li mhumiex attribwibbli lil dak l-operatur ekonomiku, l-entità kontraenti għandha taċċetta wkoll evidenza oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni ambjentali, dment li l-operatur ekonomiku kkonċernat jagħti prova li dawn il-miżuri huma ekwivalenti għal dawk meħtieġa skont is-sistema jew standard ta’ ġestjoni ambjentali applikabbli.
Artikolu 82
Kriterji tal-għoti ta’ kuntratt
Mill-perspettiva tal-entità kontraenti, l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża għandha tiġi identifikata abbażi tal-prezz jew l-ispiża, bl-użu ta’ approċċ kosteffettiv, bħall-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja skont l-Artikolu 83, u tista’ tinkludi l-aħjar relazzjoni bejn il-prezz u l-kwalità, li għandu jiġi vvalutat abbażi ta’ kriterji, li jinkludu aspetti kwalitattivi, ambjentali u/jew soċjali marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawn il-kriterji jistgħu jinkludu, pereżempju:
il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi soċjali, ambjentali u dawk innovattivi u l-kummerċ u l-kondizzjonijiet tiegħu;
l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt, fejn il-kwalità tal-persunal assenjat jista’ jkollha impatt sinifikanti fuq il-livell tal-prestazzjoni tal-kuntratt; jew
is-servizz ta’ wara l-bejgħ u assistenza teknika, kondizzjonijiet tal-konsenja bħad-data ta’ konsenja, il-proċess ta’ konsenja u l-perijodu ta’ konsenja jew il-perijodu ta’ twettiq, impenji fir-rigward ta’ komponenti u s-sigurtà tal-provvista.
L-element ta’ spiża jista’ jieħu l-forma ta’ prezz jew spiża fissa li abbażi tagħha l-operaturi ekonomiċi jikkompetu fuq il-kriterji tal-kwalità biss.
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet kontraenti ma jistgħux jużaw il-prezz biss jew l-ispiża biss bħala l-kriterju uniku tal-għoti jew jillimitaw l-użu tagħhom għal ċerti kategoriji ta’ entitajiet kontraenti jew ċerti tipi ta’ kuntratti.
Il-kriterji tal-għoti għandhom jitqiesu li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku fejn huma relatati max-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li għandhom jingħataw taħt dak il-kuntratt fi kwalunkwe aspett u fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, inklużi l-fatturi involuti fi:
il-proċessi speċifiċi tal-produzzjoni, il-provvista jew il-kummerċ ta’ dawk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi; jew
proċess speċifiku għal stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom,
anke fejn fatturi bħal dawn ma jagħmlux parti mis-sustanza materjali tagħhom.
Dak l-ippeżar jista’ jingħata billi tiġi pprovduta medda b’firxa massima adatta;
Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-entità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni dixxendentali ta’ importanza.
Artikolu 83
Spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja
L-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom, sa fejn ikun rilevanti, ikopru l-ispejjeż kollha li ġejjin jew partijiet minnhom matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet
spejjeż li jaqgħu fuq l-entità kontraenti jew utenti oħra, bħal:
spejjeż relatati mal-akkwist,
spejjeż tal-użu, bħal konsum tal-enerġija u riżorsi oħra,
spejjeż tal-manutenzjoni,
spejjeż ta’ tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-ġbir u l-ispejjeż tar-reċiklaġġ
spiża attribwita lil esternalitajiet ambjentali marbuta mal-prodott, is-servizz jew ix-xogħlijiet matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, dment li l-valur monetarju tagħhom jista’ jiġi ddeterminat u vverifikat; tali spejjeż jistgħu jinkludu l-ispejjeż tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.
Il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-ispejjeż attribwiti lil esternalitajiet ambjentali għandu jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
ikun ibbażat fuq kriteriji li jistgħu jiġu vverifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni. B’mod partikolari, fejn ma ġiex stabbilit għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, ma għandux jiffavorixxi jew jiżvantaġġa mingħajr ġustifikazzjoni lil ċerti operaturi ekonomiċi;
ikun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;
id-data mitluba tista’ tingħata bi sforz raġonevoli minn operaturi ekonomiċi normalment diliġenti, inklużi operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi parti għall-FAP jew għal ftehimiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija marbuta bihom.
Lista ta’ atti leġislattivi għal dawn, u fejn meħtieġ l-atti ddelegati li jissuplimentawhom, tinsab fl-Anness XV.
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 103 li jikkonċerna l-aġġornament ta’ dik il-lista, meta aġġornament tal-lista huwa meħtieġ minħabba l-adozzjoni ta’ leġislazzjoni ġdida li tagħmel il-metodu komuni obbligatorju jew tħassar jew timmodifika leġislazzjoni eżistenti.
Artikolu 84
Offerti baxxi b’mod anormali
L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:
l-ekonomija tal-proċess ta’ manifattura, tas-servizzi pprovduti jew tal-metodu ta’ kostruzzjoni;
is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kondizzjoni eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għall-forniment ta’ prodotti jew is-servizzi jew għat-twettiq tax-xogħol;
l-oriġinalità tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħol proposti mill-offerent;
konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 36(2);
konformità mal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 88;
il-possibbiltà li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.
L-entitajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa b’mod anormali għax ma tikkonformax mal-obbligi applikabbli msemmija fl-Artikolu 36(2).
Artikolu 85
Offerti li jinkludu prodotti li joriġinaw f’pajjiżi terzi
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, software użat f’tagħmir tan-netwerk tat-telekomunikazzjoni għandu jitqies bħala prodotti.
Madankollu, offerta ma għandhiex tiġi preferuta minn oħra skont l-ewwel subparagrafu fejn l-aċċettazzoni tagħha tkun tobbliga lill-entità kontraenti li takkwista tagħmir li għandu karatteristiċi tekniċi differenti minn dawk ta’ tagħmir eżistenti, li jirriżulta f’inkompatibbiltà, diffikultajiet tekniċi fl-operat u l-manutenzjoni, jew spejjeż sproporzjonati.
Artikolu 86
Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi rigward kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi
Il-Kummisssjoni għandha tagħmel sforz, billi tavviċina lill-pajjiż terz ikkonċernat, biex tirrimedja kwalunkwe sitwazzjoni li fiha ssib, fuq il-bażi jew tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew ta’ informazzjoni oħra, li, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz, pajjiż terz:
ma jagħtix lill-impriżi tal-Unjoni aċċess effettiv komparabbli ma’ dak mogħti mill-Unjoni lill-impriżi ta’ dak il-pajjiż; jew
ma jagħtix lill-impriżi tal-Unjoni trattament nazzjonali jew l-istess opportunitajiet kompetittivi li huma disponibbli għall-impriżi nazzjonali; jew
jagħti lil impriżi minn pajjiżi terzi oħra trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lil impriżi tal-Unjoni.
Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni tista’ f’kull ħin tipproponi li l-Kunsill jadotta att ta’ implimentazzjoni li jissospendi jew jirrestrinġi, fuq perijodu li jrid jiġi stabbilit f’dak l-att ta’ implimentazzjoni, l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz lil:
impriżi rregolati mil-liġi tal-pajjiż terz inkwistjoni;
impriżi affiljati mal-impriżi speċifikati f’punt (a) u li għandhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fl-Unjoni imma ma għandhomx rabta diretta u effettiva mal-ekonomija ta’ Stat Membru;
impriżi li jippreżentaw offerti li għandhom bħala s-suġġett tagħhom servizzi li joriġinaw fil-pajjiż terz inkwistjoni.
Il-Kunsill għandu jaġixxi, b’maġġoranza kwalifikata, kemm jista’ jkun malajr.
Il-Kummissjoni tista’ tipproponi dawk il-miżuri fuq inizjattiva proprja jew fuq it-talba ta’ Stat Membru.
KAPITOLU IV
Twettiq tal-kuntratt
Artikolu 87
Kondizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratti
L-entitajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu kondizzjonijiet speċjali dwar it-twettiq ta’ kuntratt, dment li huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt fit-tifsira tal-Artikolu 82(3) u indikati fis-sejħa għal kompetizzjoni jew fid-dokumenti tal-akkwist. Dawk il-kondizzjonijiet jistgħu jinkludu kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, dawk relatati mal-innovazzjoni, ambjentali, soċjali jew dawk relatati mal-impjiegi.
Artikolu 88
Sottokuntrattar
Minkejja l-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jimponu l-obbligu tal-għoti tal-informazzjoni meħtieġa direttament fuq il-kuntrattur ewlieni.
Fejn meħtieġ għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni meħtieġa għandha tkun akkumpanjata mill-awtodikjarazzjonijiet tas-sottokuntratturi kif imsemmi fl-Artikolu 80(3). Il-miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jipprevedu li s-sottokuntratturi li huma ppreżentati wara l-għoti tal-kuntratt għandhom jipprovdu ċ-ċertifikati u dokumenti oħra ta’ sostenn minflok l-awtodikjarazzjoni.
L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-fornituri.
L-entitajiet kontraenti jistgħu jestendu jew jistgħu jintalbu minn Stat Membru li jestendu l-obbligi previsti fl-ewwel subparagrafu, għal pereżempju:
kuntratti ta’ provvista, għall-kuntratti ta’ servizzi minbarra dawk li jikkonċernaw servizzi li jiġu provduti fil-faċilitajiet taħt is-superviżjoni diretta tal-entità kontraenti jew għall-fornituri involuti f’kuntratti ta’ xogħlijiet jew servizzi;
sottokuntratturi tas-sottokuntratturi tal-kuntrattur ewlieni jew aktar ‘l isfel fil-katina tas-sottokuntrattar.
Bil-għan li jiġi evitat ksur tal-obbligi msemmijin fl-Artikolu 36(2), jistgħu jittieħdu miżuri adegwati, bħal:
Fejn il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru tipprevedi mekkaniżmu ta’ responsabbiltà konġunta bejn is-sottokuntratturi u l-kuntrattur ewlieni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li r-regoli rilevanti jiġu applikati f’konformità mal-kondizzjonijiiet stipulati fl-Artikolu 36(2).
L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, f’konformità mal-Artikolu 80(3) ta’ din id-Direttiva, jivverifikaw jew jistgħu jintalbu minn Stati Membri biex jivverifikaw jekk hemmx raġunijiet għall-esklużjoni ta’ sottokuntratturi skont l-Artikolu 57 tad-Direttiva 2014/24/UE. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità kontraenti għandha tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet obbligatorji għall-esklużjoni. L-awtorità kontraenti tista’ tesiġi jew tintalab minn Stat Membru biex tesiġi li l-operatur ekonomiku jissostitwixxi sottokuntrattur li fir-rigward tiegħu l-verifika tkun uriet li hemm raġunijiet mhux obbligatorji għall-esklużjoni.
Artikolu 89
Modifika ta’ kuntratti matul it-terminu tagħhom
Kuntratti u ftehimiet qafas jistgħu jiġu mmodifikati mingħajr proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-każijiet li ġejjin:
fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur monetarju tagħhom, ikunu ġew previsti fid-dokumenti inizjali tal-akkwist fi klawsoli ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivokabbli, li jistgħu jinkludi klawsoli ta’ reviżjoni ta’ prezzijiet, jew għażliet. Dawn il-klawsoli għandhom jiddikjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tal-modifiki jew l-għażliet possibbli kif ukoll il-kondizzjonijiet li skonthom dawn jistgħu jintużaw. Huma ma għandhomx jipprevedu modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura ġenerali tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas;
għal xogħlijiet, servizzi jew provvisti addizzjonali mill-kuntrattur oriġinali, irrispettivament mill-valur tagħhom, li saru neċessarji u li ma kinux inklużi fl-akkwist inizjali fejn bidla fil-kuntrattur:
ma tistax issir għal raġunijiet ekonomiċi jew tekniċi bħalma huma r-rekwiżiti li tagħmir eżistenti jista’ jinbidel ma’ xulxin jew l-interoperabbiltà tiegħu, software, servizzi jew installazzjonijiet eżistenti akkwistati taħt l-akkwist inizjali; u
tikkawża inkonvenjenza sinifikanti jew duplikazzjoni sostanzjali tal-ispejjeż għall-entità kontraenti;
fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
il-ħtieġa għal modifika nġiebet minħabba ċirkostanzi li entità kontraenti diliġenti ma setgħetx tbassar;
il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt;
Fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-entità kontraenti bħala konsegwenza ta’ wieħed minn dawn:
klawsola ta’ reviżjoni jew għażla inekwivoka f’konformità mal-punt (a),
suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara ristrutturar korporattiv, inkluż teħid ta’ pussess, amalgamazzjoni u akkwist jew insolvenza, ta’ operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva stabbiliti inizjalment, dment li dan ma jwassalx għal modifiki sostanzjali oħra għall-kuntratt u ma jkunx immirat lejn iċ-ċirkomvenzjoni tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva; jew
f’każ li l-entità kontraenti nnifisha tassumi l-obbligi tal-kuntrattur ewlieni lejn is-sottokuntratturi tiegħu fejn din il-possibbiltà hija prevista taħt il-leġislazzjoni nazzjonali skont l-Artikolu 88;
fejn il-modifiki, irrispettivament mill-valur tagħhom, ma jkunux sostanzjali fis-sens tal-paragrafu 4.
L-entitajiet kontraenti li jkunu mmodifikaw kuntratt fil-każijiet stabbiliti taħt punti (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu għandhom jippubblikaw avviż għal dak il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tali avviż għandu jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness XVI u jkun ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 71.
Barra minn hekk, u mingħajr l-ebda ħtieġa li jiġi vverifikat jekk il-kondizzjonijiet stipulati taħt il-punti (a) sa (d) tal-paragrafi 4 humiex sodisfatti, il-kuntratti jistgħu ugwalment jiġu mmodifikati mingħajr ma tkun meħtieġa proċedura ġdida tal-akkwist f’konformità ma’ din id-Direttiva fejn il-valur tal-modifika jkun anqas miż-żewġ valuri li ġejjin:
il-limiti stabbilit fl-Artikolu 15; u
10 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għall-kuntratti ta’ servizz u ta’ provvista u taħt il-15 % tal-valur tal-kuntratt inizjali għall-kuntratti ta’ xogħlijiet.
Madanakollu, il-modifika ma tistax tibdel in-natura ġenerali tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv nett tal-modifiki suċċessivi.
Modifika ta’ kuntratt jew ta’ ftehim qafas matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-punt (e) tal-paragrafu 1, fejn din trendi l-kuntratt jew il-ftehim qafas materjalment differenti fin-natura minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe eventwalità, mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, modifika għandha titqies bħala bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda jew iktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
il-modifika tintroduċi kondizzjonijiet li, kieku kienu parti mill-proċedura tal-akkwist inizjali, kienu jippermettu l-ammissjoni ta’ kandidati oħra minbarra dawk magħżula inizjalment jew l-aċċettazzjoni ta’ offerta oħra minbarra dik aċċettata oriġinarjament jew kienu jattiraw parteċipanti addizzjonali fil-proċedura tal-akkwist;
il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas favur il-kuntrattur b’tali mod li ma kienx previst fil-kuntratt jew fil-ftehim qafas inizjali;
il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas b’mod konsiderevoli;
fejn kuntrattur ġdid jissostitwixxi dak li inizjalment kien ingħata l-kuntratt mill-entità kontraenti f’każijiet oħra minbarra dawk previsti taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1.
Artikolu 90
Tmiem ta’ kuntratti
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jkollhom il-possibbiltà, tal-inqas skont iċ-ċirkostanzi li ġejjin u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi nazzjonali applikabbli, li jtemmu kuntratt ta’ xogħlijiet, provvista jew servizz matul it-terminu tiegħu, fejn:
il-kuntratt kien soġġett għal modifika sostanzjali li kienet tkun tirrikjedi proċedura ġdida ta’ akkwist skont l-Artikolu 89;
il-kuntrattur kien, fil-mument tal-għoti tal-kuntratt, f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2014/24/UE u għalhekk kellu jiġi eskluż mill-proċedura tal-akkwist f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 80(1) ta’ din id-Direttiva;
il-kuntratt ma kellux jingħata lill-kuntrattur fid-dawl ta’ ksur serju tal-obbligi skont it-Trattati u din id-Direttiva li ġie ddikjarat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.
TITOLU III
REĠIMI TAL-AKKWIST PARTIKOLARI
KAPITOLU I
Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn
Artikolu 91
Għoti ta’ kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn
Kuntratti għal servizzi soċjali u oħrajn speċifiċi elenkati fl-Anness XVII għandhom jingħataw skont dan il-Kapitolu, fejn il-valur tal-kuntratti jkun daqs jew akbar mil-limitu indikat fil-punt (c) tal-Artikolu 15.
Artikolu 92
Pubblikazzjoni ta’ avviżi
Entitajiet kontraenti li beħsiebhom jagħtu kuntratt għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 91 għandhom iħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ wieħed minn dawn il-modi:
permezz ta’ avviż ta’ kuntratt; jew
permezz ta’ avviż perjodiku indikattiv, li għandu jiġi ppubblikat kontinwament. L-avviż perjodiku indikattiv għandu jirreferi b’mod speċifiku għat-tipi ta’ servizzi li ser ikunu s-suġġett tal-kuntratti li għandhom jingħataw. Huwa għandu jindika li l-kuntratti ser jingħataw mingħajr aktar pubblikazzjoni u jistieden lil operaturi ekonomiċi interessati biex jesprimu l-interess tagħhom bil-miktub; jew
permezz ta’ avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika, li għandha tiġi ppubblikata kontinwament.
Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn setgħet intużat proċedura nnegozjata mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel f’konformità mal-Artikolu 50 għall-għoti ta’ kuntratt ta’ servizz.
Artikolu 93
Prinċipji tal-għoti ta’ kuntratti
Artikolu 94
Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi
Organizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
l-objettiv tagħha huwa t-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku marbuta mat-twettiq tas-servizzi msemmijin fil-paragrafu 1;
il-profitti jerġgħu jiġu investiti bil-għan li jinkiseb l-objettiv tal-organizzazzjoni. Fejn il-profitti jkunu mqassma jew jerġgħu jitqassmu, dan għandu jkun ibbażat fuq konsiderazzjonijiet parteċipattivi;
l-istrutturi tal-ġestjoni jew tas-sjieda tal-organizzazzjoni li qed twettaq il-kuntratt huma bbażati fuq sjieda mill-impjegati jew prinċipji parteċipattivi, jew jeħtieġu l-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati, l-utenti jew il-partijiet interessati; u
l-organizzazzjoni ma kinitx ingħatat kuntratt għas-servizzi konċernati mill-awtorità kontraenti konċernata skont dan l-Artikolu fl-aħħar tliet snin.
KAPITOLU II
Ir-Regoli li japplikaw għal kompetizzjonijiet ta’ disinn
Artikolu 95
Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 96
Avviżi
Fejn ikunu beħsiebhom jagħtu kuntratt ta’ servizz sussegwenti skont il-punt (j) tal-Artikolu 50, dan għandu jiġi indikat fl-avviż ta’ kompetizzjoni ta’ disinn.
L-entitajiet kontraenti li organizzaw kompetizzjoni ta’ disinn għandhom iħabbru r-riżultati permezz ta’ avviż.
L-avviż tar-riżultati ta’ kompetizzjoni ta’ disinn għandu jintbagħat lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea fi żmien 30 jum mill-għeluq tal-kompetizzjoni ta’ disinn.
Fejn il-ħruġ ta’ informazzjoni dwar ir-riżultat tal-kompetizzjoni jkun ta’ xkiel għall-infurzar tal-liġi jew inkella jmur kontra l-interess pubbliku jew ikun jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operatur ekonomiku partikolari, kemm pubbliku jew privat, jew ikun jista’ jippreġudika l-kompetizzjoni leali bejn operaturi ekonomiċi, din l-informazzjoni tista’ ma titħalliex tiġi ppubblikata.
Artikolu 97
Regoli dwar l-organizzazzjoni ta’ kompetizzjonijiet ta’ disinn, is-selezzjoni tal-parteċipanti u tal-ġurija
L-ammissjoni ta’ parteċipanti għal kompetizzjonijiet ta’ disinn ma għandhiex tkun limitata:
minħabba r-referenza għat-territorju jew parti mit-territorju ta’ Stat Membru;
minħabba r-raġunijiet li, skont il-liġi tal-Istat Membru fejn tiġi organizzata l-kompetizzjoni, dawn ikunu meħtieġa jkunu persuni fiżiċi jew ġuridiċi.
Artikolu 98
Deċiżjonijiet tal-ġurija
TITOLU IV
GOVERNANZA
Artikolu 99
Infurzar
Meta l-awtoritajiet jew l-istrutturi ta’ monitoraġġ jidentifikaw, fuq inizjattiva proprja jew wara li taslilhom informazzjoni, ksur speċifiku jew problemi sistemiċi, huma għandhom jingħataw is-setgħa biex jindikaw dawk il-problemi lill-awtoritajiet ta’ verifika, lill-qrati jew lit-tribunali nazzjonali jew awtoritajiet jew strutturi adegwati oħra, bħall-ombudsman, il-parlamenti nazzjonali jew il-kumitati tagħhom.
Sat-18 ta’ April 2017 u kull tliet snin wara dan, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport ta’ monitoraġġ, li jkopri, fejn applikabbli, informazzjoni dwar l-aktar sorsi frekwenti ta’ applikazzjoni ħażina jew ta’ inċertezza legali, inklużi problemi possibbli strutturali jew rikorrenti fl-applikazzjoni tar-regoli, fil-livell tal-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-akkwist pubbliku u dwar il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u r-rappurtar adegwat ta’ każijiet ta’ frodi fl-akkwist, korruzzjoni, konflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra.
Il-Kummissjoni tista’, mhux iktar tard minn kull tliet snin, titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni prattika ta’ politiki nazzjonali strateġiċi tal-akkwist.
Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “SME” għandha tinftiehem kif iddefinit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 15 ).
Fuq il-bażi tad-data li tirċievi taħt dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport regolarment dwar l-implimentazzjoni u l-aħjar prattiki tal-politiki nazzjonali tal-akkwist fis-suq intern.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
informazzjoni u gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku tkun disponibbli mingħajr ħlas sabiex tassisti l-awtoritajiet kontraenti u l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, biex japplikaw ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku b’mod korrett; u
ikun disponibbli appoġġ għall-awtoritajiet kontraenti fir-rigward tal-ippjanar u t-twettiq ta’ proċeduri tal-akkwist.
L-awtoritajiet kontraenti għandhom, tal-inqas matul il-kuntratt, iżommu kopji tal-kuntratti konklużi kollha b’valur daqs jew akbar minn:
EUR 1 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista jew kuntratti ta’ servizz;
EUR 10 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet.
L-awtoritajiet kontraenti għandhom jippermettu l-aċċess għal dawk il-kuntratti; madankollu, aċċess għal dokumenti speċifiċi jew punti ta’ informazzjoni jistgħu jiġu rrifjutati sa ċertu punt u skont il-kondizzjonijiet previsti fir-regoli applikabbli tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-protezzjoni tad-data.
Artikolu 100
Rapporti individwali dwar proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti
L-entitajiet kontraenti għandhom iżommu l-informazzjoni adatta dwar kull kuntratt jew ftehim qafas kopert b’din id-Direttiva u kull darba li tiġi stabbilita sistema dinamika ta’ xiri. Din l-informazzjoni għandha tkun biżżejjed sabiex tagħtihom il-possibilità li aktar tard jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet meħuda marbutin ma’:
il-kwalifika u l-għażla tal-operaturi ekonomiċi u l-għoti ta’ kuntratti;
l-użu ta’ proċeduri nnegozjati mingħajr sejħa għal kompetizzjoni permezz tal-Artikolu 50;
in-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli II sa IV tat-Titolu II permezz tad-derogi previsti fil-Kapitoli II u III tat-Titolu I;
fejn meħtieġ, ir-raġunijiet li għalihom intużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni għajr mezzi elettroniċi għall-preżentazzjoni elettronika.
Sakemm l-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt imfassal f’konfomità mal-Artikolu 70 jew l-Artikolu 92(2) ikun fih l-informazzjoni mitluba f’dan il-paragrafu, l-entitajiet kontraenti jistgħu jirreferu għal dak l-avviż.
Artikolu 101
Rappurtar nazzjonali u informazzjoni statistika
Meta l-kwalità u l-kompletezza tad-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma tkunx konformi mal-obbligi stipulati fl-Artikoli 67(1), l-Artikolu 68(1), l-Artikolu 69, l-Artikolu 70(1), l-Artikolu 92(3) u l-Artikolu 96(2), il-Kummissjoni għandha tesiġi informazzjoni kumplementari mill-Istat Membru kkonċernat. Fi żmien raġonevoli, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni statistika nieqsa li tesiġi l-Kummissjoni.
Dak ir-rapport jista’ jiġi integrat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 99(3).
Artikolu 102
Kooperazzjoni amministrattiva
TITOLU V
SETGĦAT IDDELEGATI, SETGĦAT TA’ IMPLIMENTAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 103
Eżerċizzju tad-delega
Artikolu 104
Proċedura ta’ urġenza
Artikolu 105
Proċedura ta’ kumitat
Artikolu 106
Traspożizzjoni u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Minkejja l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istai Membri jistgħu jippostponu l-applikazzjoni tal-Artikolu 40(1) għal korpi ċentrali tax-xiri skont l-Artikolu 55(3) sat-18 ta’ April 2017.
Fejn Stat Membru jagħżel li jipposponi l-applikazzjoni tal-Artikolu 40(1), dak l-Istat Membru għandu jipprovdi li l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu bejn il-mezzi ta’ komunikazzjoni li ġejjin għall-komunikazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni kollha:
mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 40;
posta jew mezzi ta’ ġarr adatti oħra;
fax;
taħlita ta’ dawn il-mezzi.
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma se jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 107
Tħassir
Id-Direttiva 2004/17/KE hija mħassra b’effett mit-18 ta’ April 2016.
Referenzi għad-Direttiva revokata għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness XXI.
Artikolu 108
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern, b’mod partikolari f’termini ta’ fatturi bħall-għoti transkonfinali ta’ kuntratti u spejjeż ta’ tranżazzjoni, li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15 u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-18 ta’ April 2019.
Il-Kummissjoni għandha, fejn ikun possibbli u adatt, tikkunsidra li tissuġġerixxi żieda tal-ammonti limiti applikabbli skont il-FAP matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss. Fil-każ ta’ kwalunkwe bidla fl-ammonti limiti applikabbli taħt il-FAP, ir-rapport għandu, jekk dan ikun meħtieġ, ikun segwit minn proposta leġislattiva li temenda l-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva.
Artikolu 109
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 110
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
LISTA TA’ ATTIVITAJIET KIF STABBILIT FIL-PUNT (A) TAL-PUNT 2 TAL-ARTIKOLU 2
Fil-każ ta’ kwalunkwe differenza fl-interpretazzjoni bejn is-CPV u n-NACE, għandha tapplika n-nomenklatura CPV.
NACE (1) |
Kodiċi CPV |
||||
TAQSIMA F |
KOSTRUZZJONI |
||||
Diviżjoni |
Grupp |
Klassi |
Suġġett |
Noti |
|
45 |
|
|
Kostruzzjoni |
Din id-diviżjoni tinkludi: Kostruzzjoni ta’ bini ġdid u xogħlijiet, restawrar u tiswijiet komuni. |
45000000 |
|
45.1 |
|
Preparazzjoni tas-sit |
|
45100000 |
|
|
45.11 |
Demolizzjoni u tifrik ta’ bini; ċaqliq ta’ terrepien |
Din il-klassi tinkludi: — demolizzjoni ta’ bini u strutturi oħrajn, — tindif ta’ siti ta’ bini, — skavar, mili ta’ art, livellar u gradazzjoni ta’ siti ta’ kostruzzjoni, tħaffir ta’ trinek, tneħħija ta’ blat, sparar ta’ furnelli, eċċ. — preparazzjoni ta’ sit għat-tħaffir ta’ minjieri: — tneħħija tal-materjal tal-wiċċ u żviluppi u preparamenti oħrajn ta’ proprjetajiet u siti minerali. Din il-klassi tinkludi wkoll: — drenaġġ tas-sit tal-bini. — drenaġġ ta’ art agrikola jew imsaġġra. |
45110000 |
|
|
45.12 |
Tħaffir u titqib bi prova |
Din il-klassi tinkludi: — tħaffir bi prova, titqib bi prova u teħid ta’ kampjuni għal skopijiet ta’ kostruzzjoni, ġeofiżiċi, ġeoloġiċi jew simili. Din il-klassi teskludi: — tħaffir ta’ bjar tal-produzzjoni taż-żejt jew tal-gass, ara 11.20. — tħaffir ta’ bjar tal-ilma, ara 45.25, — tħaffir ta’ xaftijiet, ara 45.25, — esplorazzjoni ta’ baċir taż-żejt u tal-gass, stħarriġ ġeofiżiku, ġeoloġiku u siżmiku, ara 74.20. |
45120000 |
|
45.2 |
|
Bini ta’ kostruzzjonijiet sħaħ jew partijiet tagħhom; inġinerija ċivili |
|
45200000 |
|
|
45.21 |
Kostruzzjoni ġenerali tal-bini u xogħlijiet tal-inġinerija ċivili |
Din il-klassi tinkludi: — kostruzzjoni tat-tipi kollha ta’ bini kostruzzjonijiet ta’ inġinerija ċivili, — pontijiet, inklużi dawk għal awtostradi elevati, vijadotti, mini u passaġġi taħt it-triq, — linji ta’ pajpijiet fit-tul, linji tal-komunikazzjoni u tal-enerġija, — linji ta’ pajpijiet urbani, linji urbani ta’ komunikazzjoni u tal-enerġija, — xogħlijiet urbani anċillari, — assemblaġġ u twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati fuq is-sit. Din il-klassi teskludi: — attivitajiet ta’ servizz inċidentali għall-estrazzjoni taż-żejt u l-gass, ara 11.20, — twaqqif ta’ kostruzzjonijiet prefabbrikati sħaħ minn partijiet awtomanifatturati mhux tal-konkrit, ara d-diviżjonijiet 20, 26 u 28, — xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra, ara 45.23, — installazzjonijiet ta’ bini, ara 45.3, — kompletar ta’ bini, ara 45.4, — attivitajiet arkitettoniċi u ta’ inġinerija, ara 74.20, — ġestjoni ta’ proġetti għal kostruzzjoni, ara 74.20. |
45210000 Ħlief: – 45213316 45220000 45231000 45232000 |
|
|
45.22 |
Tqegħid ta’ għata u kostruzzjoni ta’ oqfsa tas-soqfa tal-bini |
Din il-klassi tinkludi: — bini ta’ bjut, — kisi ta’ bjut, — issiġillar mill-ilma. |
45261000 |
|
|
45.23 |
Kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, ajruporti u faċilitajiet tal-isport |
Din il-klassi tinkludi: — kostruzzjoni ta’ awtostradi, toroq, toroq prinċipali u mogħdijiet oħra għall-vetturi u għall-mixi, — kostruzzjoni ta’ binarji tal-ferrovija, — kostruzzjoni ta’ runways għall-ajruplani, — xogħol ta’ kostruzzjoni, minbarra bini, għal stadji, pixxini tal-għawm, ġinnażji, kampijiet tat-tenis, korsijiet tal-golf u installazzjonijiet sportivi oħra, — żbigħ ta’ marki fuq uċuh tat-toroq u parkeġġi tal-karozzi. Din il-klassi teskludi: — ċaqliq preliminari ta’ terrapien, ara 45.11. |
45212212 u DA03 45230000 ħlief: – 45231000 – 45232000 – 45234115 |
|
|
45.24 |
Kostruzzjoni ta’ proġetti tal-ilma |
Din il-klassi tinkludi — kostruzzjoni ta’: — mogħdijiet tal-ilma, xogħlijiet f’portijiet u xmajjar, portijiet tad-divertiment (marini), mekkaniżmi tad-diżlivelli fix-xmajjar, eċċ., — digi, — tħammil, — xogħol taħt il-wiċċ. |
45240000 |
|
|
45.25 |
Xogħol ieħor ta’ kostruzzjoni li jinvolvi snajja’ speċjali |
Din il-klassi tinkludi: — attivitajiet ta’ kostruzzjoni li jispeċjalizzaw f’aspett wieħed komuni għal tipi differenti ta’ strutturi, li jeħtieġu sengħa jew apparat speċjalizzat, — kostruzzjoni ta’ pedamenti, inkluż tismir ta’ pil-aħħarri fl-art, — tħaffir u kostruzzjoni ta’ bjar tal-ilma, tħaffir ta’ xaftijiet, — twaqqif ta’ elementi tal-azzar mhux awtomanifatturati, — tagħwiġ tal-azzar, — tqegħid ta’ brikks u ssettjar ta’ ġebel, — scaffolds u armar u żmontar ta’ pjattaformi tax-xogħol, inkluż kiri ta’ scaffolds u pjattaformi tax-xogħol, — twaqqif ta’ ċmieni u fran industrijali. Din il-klassi teskludi: — kiri ta’ scaffolds mingħajr armar u żmontar, ara 71.32 |
45250000 45262000 |
|
45.3 |
|
Installazzjoni ta’ bini |
|
45300000 |
|
|
45.31 |
Installazzjoni ta’ sistemi ta’ wajers u fittings tal-elettriku |
Din il-klassi tinkludi: installazzjoni fil-bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’: — wajers u attrezzaturi tal-elettriku, — sistemi tat-telekomunikazzjoni, — sistemi ta’ tisħin bl-elettriku, — antenni u aerials residenzali, — sistemi ta’ allarm tan-nirien, — sistemi ta’ allarm kontra s-serq, — liftijiet u eskalejters, — kalamiti tas-sajjetti, eċċ. |
45213316 45310000 Ħlief: – 45316000 |
|
|
45.32 |
Attivitajiet ta’ xogħol ta’ iżolazzjoni |
Din il-klassi tinkludi: — installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ iżolament għas-sħana, il-ħsejjes jew il-vibrazzjoni. Din il-klassi teskludi: — issiġillar mill-ilma, ara 45.22. |
45320000 |
|
|
45.33 |
Sistema ta’ pajpijiet tal-ilma |
Din il-klassi tinkludi: — installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’: — tagħmir idrawliku u sanitarju, — attrezzaturi tal-gass, — tagħmir u tubi għat-tisħin, il-ventilazzjoni, ir-refriġerazzjoni jew l-ikkondizzjonar tal-arja, — sistemi ta’ tbexxix. Din il-klassi teskludi: — installazzjoni ta’ sistemi ta’ tisħin bl-elettriku, ara 45.31. |
45330000 |
|
|
45.34 |
Installazzjoni oħra fil-bini |
Din il-klassi tinkludi: — installazzjoni ta’ sistemi ta’ illuminazzjoni u sinjalar għal toroq, ferroviji, ajruporti u portijiet, — installazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ attrezzaturi u montaġġi mhux klassifikati xi mkien ieħor |
45234115 45316000 45340000 |
|
45.4 |
|
Kompletar tal-bini |
|
45400000 |
|
|
45.41 |
Tikħil |
Din il-klassi tinkludi: — applikazzjoni f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’ kisi jew tikħil ta’ ġewwa u ta’ barra, inkluż materjal tal-injam relatat. |
45410000 |
|
|
45.42 |
Installazzjonijiet mill-mastrudaxxa |
Din il-klassi tinkludi: — installazzjoni ta’ bibien, twieqi, ċaċċiż tal-bibien u tat-twieqi, kċejjen tal-qies, turġien, armaturi tal-ħwienet u ħwejjeġ simili, mhux awtomanifatturati, tal-injam jew ta’ materjal ieħor, — kompletar ta’ ġewwa bħal soffitti, kisjiet tal-injam tal-ħitan, ħitan diviżorji mobbli, eċċ. Din il-klassi teskludi: — it-tqegħid ta’ parkett u kisi ieħor tal-injam tal-art, ara 45.43. |
45420000 |
|
|
45.43 |
Kisi tal-art u l-ħajt |
Din il-klassi tinkludi: — tqegħid, kisi bil-madum, dendil jew immontar f’bini jew proġetti oħra ta’ kostruzzjoni ta’: — madum tal-ħitan jew tal-art taċ-ċeramika, tal-konkrit jew tal-ġebel maqtugħ, — parkett u kisi ieħor tal-art bl-injam, tapiti u kisi tal-art bil-linolju, — inkluż tal-gomma jew tal-pl-aħħarik, — kisi tal-art jew tal-ħitan bit-terrazzo, l-irħam, il-granit jew bil-lavanja, — karti tal-ħitan. |
45430000 |
|
|
45.44 |
Tpinġija u tqegħid tal-ħġieġ fit-twieqi |
Din il-klassi tinkludi: — żebgħa minn ġewwa u minn barra ta’ bini, — żebgħa ta’ strutturi tal-inġinerija ċivili, — installazzjoni ta’ ħġieġ, mirja, eċċ. Din il-klassi teskludi: — installazzjoni ta’ twieqi, ara 45.42, |
45440000 |
|
|
45.45 |
Kompletar ta’ bini ieħor |
Din il-klassi tinkludi: — installazzjoni ta’ pixxini tal-għawm privati, — tindif bil-fwar, sand bl-aħħaring u attivitajiet similari fuq barra tal-bini, — kompletar ieħor ta’ bini u xogħol ta’ rfinar mhux klassifikat xi mkien ieħor Din il-klassi teskludi: — tindif min ġewwa ta’ bini u strutturi oħra, ara 74.70. |
45212212 u DA04 45450000 |
|
45.5 |
|
Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew demolizzjoni bl-operatur |
|
45500000 |
|
|
45.50 |
Kiri ta’ apparat tal-kostruzzjoni jew demolizzjoni bl-operatur |
Din il-klassi teskludi: — kiri ta’ makkinarju u apparat għal kostruzzjoni jew demolizzjoni mingħajr operaturi, ara 71.32. |
45500000 |
(1)
Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta Ottubru 1990 (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1). |
ANNESS II
LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3)
Drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi ma jikkostitwixxux “drittijiet speċjali jew esklużivi” fis-sens tal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva. Dawn li ġejjin huma proċeduri, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel, għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ atti legali oħra tal-Unjoni li ma jikkostitwixxux “drittijiet speċjali jew esklużivi” fit-tifsira tal-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva:
l-għoti ta’ awtorizzazzjoni sabiex jitħaddmu installazzjonijiet tal-gass naturali skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/73/KE;
awtorizzazzjoni jew stedina għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ installazzjonijiet tal-produzzjoni elettrika ġodda skont id-Direttiva 2009/72/KE;
l-għoti, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE, ta’ awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ servizz postali li mhuwiex jew li ma għandux jiġi riżervat;
proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attività li tinvolvi l-użu ta’ idrokarboni skont id-Direttiva 94/22/KE;
kuntratti pubbliċi ta’ servizzi skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’karozzi tal-linja, trammijiet, ferrovija jew metro, li ngħataw abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti f’konformità mal-Artikolu 5(3) tiegħu, dment li t-tul tagħhom jikkonforma mal-Artikolu 4(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament.
ANNESS III
LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 34(3)
A. Trasport jew distribuzzjoni ta’ gass jew tisħin
Id-Direttiva 2009/73/KE
B. Produzzjoni, trasmissjoni jew distribuzzjoni ta’ enerġija elettrika
Id-Direttiva 2009/72/KE
C. Produzzjoni, trasport jew distribuzzjoni ta’ ilma għax-xorb
[Ebda entrata]
D. Entitajiet kontraenti fil-qasam tas-servizzi tal-ferroviji
E. Entitajiet kontraenti fil-qasam ta’ servizzi urbani tal-ferrovija, tat-trammijiet, tat-trolleybus jew tal-motor bus
[Ebda entrata]
F. Entitajiet kontraenti fil-qasam tas-servizzi postali
Id-Direttiva 97/67/KE
G. Estrazzjoni ta’ żejt jew gass
Id-Direttiva 94/22/KE
H. Esplorazzjoni għal u estrazzjoni ta’ faħam jew fjuwils solidi oħrajn
[Ebda entrata]
I. Entitajiet kontraenti fil-qasam ta’ portijiet tal-baħar jew interni jew tagħmir ieħor ta’ terminals
[Ebda entrata]
J. Entitajiet kontraenti fil-qasam tal-installazzjonijiet tal-ajruporti
[Ebda entrata]
ANNESS IV
DATI TA’ SKADENZA GĦALL-ADOZZJONI TAL-ATTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 35
1. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 għandhom jiġu adottati fi żmien il-perijodi li ġejjin:
90 jum ta’ xogħol fejn l-aċċess ħieles għal suq partikolari huwa preżunt abbażi tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(3);
130 jum ta’ xogħol f’każijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt (a).
Il-perijodi stipulati fil-punti (a) u (b) ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu estiżi bi 15-il jum ta’ xogħol fejn it-talba ma tkunx akkumpanjata minn pożizzjoni motivata u sostanzjata, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, li tanalizza bir-reqqa l-kondizzjonijiet għall-applikabbiltà possibbli tal-Artikolu 34(1) għall-attività kkonċernata f’konformità mal-Artikolu 34(2) u (3).
Dawk id-dati ta’ skadenza għandhom jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba msemmija fl-Artikolu 35(1) jew, meta l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta ma tkunx sħiħa, fil-jum ta’ xogħol ta’ wara r-riċevuta tal-informazzjoni sħiħa.
Il-perijodi stipulati fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu estiżi mill-Kummissjoni bil-qbil tal-Istat Membru jew tal-entità kontraenti li jkunu ppreżentaw it-talba.
2. Il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernati jew l-awtorità nazzjonali indipendenti msemmija taħt il-paragrafu 1 jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha jew sabiex jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien adatt. Fil-każ ta’ tweġibiet tard jew mhux sħaħ, il-perijodi stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu sospiżi għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u r-riċevuta tal-informazzjoni sħiħa u korretta.
ANNESS V
REKWIŻITI RELATATI MA’ GĦODOD U APPARAT SABIEX JASLU B’MOD ELETTRONIKU OFFERTI, TALBIET GĦAL PARTEĊIPAZZJONI, APPLIKAZZJONIJIET GĦAL KWALIFIKA KIF UKOLL PJANIJIET U PROĠETTI FIL-KOMPETIZZJONIJIET
L-għodod u l-apparat sabiex jaslu b’mod elettroniku offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifika kif ukoll pjanijiet u proġetti f’kompetizzjonijiet tal-inqas għandhom jiggarantixxu, b’mezzi tekniċi u proċeduri adattati, li:
il-ħin u d-data eżatti ta’ meta jaslu l-offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifika kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ pjanijiet u proġetti jistgħu jiġu determinati bi preċiżjoni;
ikun jista’ jiġi raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta’ żmien stabbiliti, ħadd ma jkollu aċċess għad-data trasmessa taħt dawk r-rekwiżiti;
il-persuni awtorizzati biss jistgħu jistabbilixxu jew jibdlu d-dati għall-ftuħ tad-data li tkun waslet;
matul l-istadji varji tal-proċedura ta’ kwalifika, il-proċedura tal-akkwist jew il-kompetizzjoni, l-aċċess għad-data kollha ppreżentata, jew għal parti minnha, għandu jkun possibbli biss għal persuni awtorizzati;
il-persuni awtorizzati biss għandhom jagħtu aċċess għad-data trażmessa u għandhom jagħmlu dan wara d-data speċifikata biss;
data li tasal u li tinfetaħ skont dawk ir-rekwiżiti għandha tibqa’ aċċessibbli biss għal dawk il-persuni awtorizzati li jistgħu jarawha,
fejn ikun hemm ksur tal-projbizzjoni mill-aċċess jew tal-kondizzjonijiet imsemmija taħt il-punti (b) sa (f) jew ikun hemm tentattiv biex isir dan, jista’ jiġi żgurat b’mod raġonevoli li dak il-ksur jew dawk it-tentattivi jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar.
ANNESS VI
PARTI A
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ INDIKATTIV PERJODIKU
(kif imsemmi fl-Artikolu 67)
I. Informazzjoni li għandha tkun inkluża fil-każijiet kollha
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3.
Għal kuntratti ta’ provvista: in-natura u l-kwantità jew il-valur tas-servizzi jew prodotti li għandhom jiġu pprovduti (Kodiċi CPV).
Għal kuntratti ta’ xogħol: in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, il-karatteristiċi ġenerali tax-xogħol jew tal-lottijiet b’referenza għax-xogħol (Kodiċi CPV).
Għal kuntratti ta’ servizz: l-akkwist totali maħsub f’kull waħda mill-kategoriji ta’ servizzi previsti (Kodiċi CPV).
4. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż jew ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej.
5. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
II. Tagħrif li għandu jiġi pprovdut fejn l-avviż jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew jippermetti t-tnaqqis tal-limiti ta’ żmien għall-irċevuta tal-offerti (Artikolu 67(2))
6. Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-entità bl-interess tagħhom fil-kuntratt jew kuntratti.
7. Indirizz tal-posta elettronika jew fuq l-Internet li fih ser ikunu disponibbli l-ispeċifikazzjonijiet u d-dokumenti tal-akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.
Meta aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet mogħtija fit-tielet u r-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1), indikazzjoni kif jista’ jsir aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.
8. Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.
9. Limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ applikazzjonijiet għal stedina għal offerta jew għan-negozjar.
10. In-natura u l-kwantità tal-prodotti li għandhom jiġu pprovduti jew in-natura ġenerali tax-xogħol jew tal-kategorija tas-servizz u deskrizzjoni, li tiddikjara jekk il-ftehim(iet) ta’ qafas huwiex/humiex previst(i), inkluża kwalunkwe għażla għal akkwist ulterjuri u ż-żmien stmat disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba kien hemm tiġdid, jekk kien hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni. Dikjarazzjoni dwar jekk humiex involuti xiri, kiri, xiri bil-kiri jew xi taħlita ta’ dawk involuti.
11. Il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tax-xogħlijiet f’każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post prinċipali tal-kunsinna jew tat-twettiq f’każ ta’ provvisti u ta’ servizz; jekk il-kuntratt hu maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta għal kull lott.
12. Limiti ta’ żmien għall-konsenja jew it-twettiq jew id-dewmien ta’ kuntratt ta’ servizz u, sa fejn dan ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.
13. L-indirizz li fuqu l-intrapriżi interessati għandhom jibagħtu l-espressjonijiet ta’ interess tagħhom bil-miktub.
14. Limitu ta’ żmien għall-wasla ta’ espressjonijiet ta’ interess.
15. Il-lingwa jew lingwi awtorizzati għall-preżentazzjoni ta’ kandidaturi jew offerti.
16. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi, u garanziji finanzjarji u tekniċi meħtieġa mill-fornituri.
17.
Id-data stmata għat-tnedija tal-proċeduri tal-akkwist fir-rigward tal-kuntratt jew kuntratti (jekk din tkun magħrufa);
It-tip ta’ proċedura tal-akkwist (proċeduri ristretti, kemm jekk jinvolvu sistema dinamika ta’ xiri jew le, jew proċeduri nnegozjati).
18. Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.
19. Fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk:
hijiex ser tkun meħtieġa/aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,
hijiex ser tintuża ordni elettronika,
huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,
huwiex ser ikun aċċettat ħlas elettroniku.
20. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
21. Fejn dawn ikunu magħrufa, il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tissemma l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet, jew mhumiex ser jiġu indikati fl-istedina għall-konferma tal-interess imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 67(2) jew fl-istedina għall-offerti għan-negozjar.
PARTI B
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR PUBBLIKAZZJONI TA’ AVVIŻ INDIKATTIV PERJODIKU FUQ PROFIL TA’ XERREJ MHUX UŻAT BĦALA MEZZ TA’ SEJĦA GĦAL KOMPETIZZJONI
(kif imsemmi fl-Artikolu 67(1))
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Kodiċijiet CPV.
4. L-indirizz fuq l-Internet tal-“profil ta’ xerrej” (URL).
5. Data ta’ meta ntbagħat l-avviż tal-pubblikazzjoni tal-avviż informattiv minn qabel fuq il-profil ta’ xerrej.
ANNESS VII
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FID-DOKUMENTI TAL-AKKWIST RELATATI MAL-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET FL-IRKANTIJIET ELETTRONIĊI (ARTIKOLU 53(4))
Meta l-entitajiet kontraenti jiddeċiedu li jagħmlu rkant elettroniku, id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu għall-inqas id-dettalji li ġejjin:
il-karatteristiċi, li l-valuri tagħhom ser ikunu s-suġġett tal-irkant elettroniku, dejjem jekk dawn il-karatteristiċi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jingħataw f’ċifri jew perċentwali;
kwalunkwe limiti fuq il-valuri li jistgħu jiġu ppreżentati, peress li jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt;
l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn dan ikun adatt, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;
l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess tal-irkant elettroniku;
il-kondizzjonijiet li bihom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti;
il-kondizzjonijiet li skonthom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti.
ANNESS VIII
DEFINIZZJONI TA’ ĊERTI SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva,
“speċifikazzjoni teknika” tfisser waħda milli ġejjin:
fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizz jew provvista, speċifikazzjoni f’dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott jew servizz, bħal-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, id-disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità) u valutazzjoni tal-konformità, il-prestazzjoni, l-użu tal-prodott, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi rekwiżiti rilevanti għall-prodott fir-rigward tal-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti, il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-provvista jew servizz u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;
fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet, it-totalità tal-preskrizzjonijiet tekniċi li jinsabu b’mod partikolari fid-dokumenti tal-akkwist, li tiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa minn materjal, prodott jew provvista, li tippermetti li materjal, prodott jew provvista jkunu deskritti b’mod li jwettqu tajjeb l-użu li jkunu intenzjonati għalih mill-entità kontraenti; dawk il-karatteristiċi jinkludu livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika, disinn għall-ħtiġijiet kollha (inkluż l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità) u valutazzjoni tal-konformità, prestazzjoni, sikurezza jew dimensjonijiet, inkluż il-proċeduri dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità, terminoloġija, simboli, ittestjar u metodi tal-ittestjar, imballaġġ, immarkar u tikkettar, struzzjonijiet għall-utent, u proċessi u metodi ta’ produzzjoni fi kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħlijiet; dawk il-karatteristiċi jinkludu wkoll regoli dwar id-disinn u l-kalkolu tal-ispejjeż, il-kondizzjonijiet tal-ittestjar, spezzjoni u aċċettazzjoni għax-xogħlijiet u l-metodi jew it-teknika tal-kostruzzjoni u l-kondizzjonijiet tekniċi kollha l-oħra li l-entità kontraenti tkun f’pożizzjoni li tippreskrivi, skont regolamenti ġenerali jew speċifiċi, fir-rigward tax-xogħlijiet kompluti u tal-materjali jew il-partijiet li jinvolvu;
“standard” tfisser speċifikazzjoni teknika adottata minn korp ta’ standardizzazzjoni rikonoxxut, għal applikazzjoni repetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li hija waħda milli ġejjin:
“standard internazzjonali” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni internazzjonali tal-istandards u maħruġ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali,
“standard Ewropew” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni u maħruġ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali,
“standard nazzjonal” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni nazzjonali tal-istandardizzazzjoni u maħruġ għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali;
“Valutazzjoni Teknika Ewropea” tfisser il-valutazzjoni dokumentata tal-prestazzjoni ta’ prodott ta’ kostruzzjoni, f’rabta mal-karatteristiċi essenzjali tiegħu, f’konformità mad-Dokument ta’ Valutazzjoni Ewropew, kif definit fil-punt 12 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ( 19 );
“speċifikazzjoni teknika komuni” tfisser speċifikazzjoni teknika fil-qasam tal-ICT stabbilita skont l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012;
“referenza teknika” tfisser kwalunkwe proġett imwettaq mill-korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, għajr standards Ewropej, skont il-proċeduri adattati għall-iżvilupp tal-ħtiġijiet tas-suq.
ANNESS XI
KARATTERISTIĊI LI JIKKONĊERNAW IL-PUBBLIKAZZJONI
1. Pubblikazzjoni ta’ avviżi
L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67, 68, 69, 70, 92 u 96 iridu jintbagħtu mill-entitajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati skont ir-regoli li ġejjin:
L-avviżi msemmija fl-Artikoli 67, 68, 69, 70, 92 u 96 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mill-entitajiet kontraenti fil-każ ta’ avviż indikattiv perjodiku ppubblikat fuq profil ta’ xerrej skont l-Artikolu 67(1).
Barra minn hekk, l-entitajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw din l-informazzjoni fuq l-Internet fuq “profil ta’ xerrej” kif imsemmi fil-punt 2(b) aktar ‘l isfel;
L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ser jagħti lill-entità kontraenti l-konferma msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71 (5).
2. Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni komplementari jew addizzjonali
(a) Ħlief meta previst mod ieħor fit-tielet u r-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1), l-entitajiet kontraenti għandhom jippubblikaw id-dokumenti tal-akkwist fit-totalità tagħhom fuq l-Internet;
(b) Il-profil ta’ xerrej jista’ jinkludi avviżi indikattivi perjodiċi kif imsemmi fl-Artikolu 67(1), informazzjoni dwar stediniet kurrenti għal offerti, xiri skedat, kuntratti konklużi, proċeduri kkanċellati u kwalunkwe informazzjoni ġenerali utli, bħal punt ta’ kuntatt, telefon u numru tal-fax, indirizz postali u indirizz tal-posta elettronika. Il-profil tax-xerrej jista’ jinkludi wkoll avviżi indikattivi perjodiċi użati bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, li huma ppubblikati fil-livell nazzjonali skont l-Artikolu 72.
3. Il-format u l-proċeduri għat-trażmissjoni elettronika ta’ avviżi
Il-format u l-proċedura sabiex jintbagħtu l-avviżi b’mod elettroniku kif stabbilit mill-Kummissjoni huma aċċessibbli fl-indirizz fuq l-http://simap.eu.int}”.
ANNESS X
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ DWAR L-EŻISTENZA TA’ SISTEMA TA’ KWALIFIKA
(kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(4) u fl-Artikolu 68)
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.
4. L-iskop tas-sistema ta’ kwalifika (deskrizzjoni tal-prodotti, servizzi jew xogħlijiet jew kategoriji tagħhom li għandhom jinxtraw permezz tas-sistema - Kodiċi CPV). Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.
5. Il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfatti mill-operaturi ekonomiċi rigward il-kwalifika tagħhom skont is-sistema u l-metodi li skonthom kull waħda minn dawn il-kondizzjonijiet ser tiġi verifikata. Fejn id-deskrizzjoni ta’ dawn il-kondizzjonijiet u metodi ta’ verifika tkun imdaqqsa u bbażata fuq dokumenti disponibbli għall-operaturi ekonomiċi interessati, sommarju tal-kondizzjonijiet ewlenin u l-metodi u referenza għal dawk id-dokumenti għandhom ikunu biżżejjed.
6. Il-perijodu ta’ validità tas-sistema ta’ kwalifika u l-formalitajiet għat-tiġdid tagħha.
7. Referenza għall-fatt li l-avviż jaġixxi bħala sejħa għal kompetizzjoni.
8. L-indirizz li minn fuqu tista’ tinkiseb informazzjoni u dokumentazzjoni addizzjonali li tikkonċerna s-sistema ta’ kwalifika (fejn dan ikun differenti mill-indirizz imsemmi taħt il-punt 1).
9. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien biex jitressqu l-appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
10. Fejn dawn ikunu magħrufa, il-kriterji msemmija fl-Artikolu 782li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn li-kriterji, għandhom jissemmew fejn ma jkunux jidhru fl-ispeċifikazzjonijiet jew fejn ma jkunux ser jiġu indikati fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar.
11. Fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk:
hijiex ser tkun meħtieġa/aċċettata sottomissjoni elettronika ta’ offerti jew talbiet għal parteċipazzjoni,
hijiex ser tintuża ordni elettronika,
huwiex ser jintuża fatturar elettroniku,
huwiex ser ikun aċċettat ħlas elettroniku.
12. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
ANNESS XI
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TA’ KUNTRATTI
(kif imsemmija fl-Artikolu 69)
A. PROĊEDURI MIFTUĦA
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.
4. In-natura tal-kuntratt (provvista, xogħlijiet jew servizz, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas jew inkella sistema dinamika ta’ xiri), deskrizzjoni (kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.
5. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.
6. Għal provvisti u xogħlijiet:
In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (CPV codes), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);
Indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u/jew għall-prodotti kollha meħtieġa.
Jekk, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mill-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;
Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: informazzjoni li tirrigwarda l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi wkoll it-tfassil ta’ proġetti.
7. Għal servizzi:
In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;
Indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;
Ir-referenza tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva;
Indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;
Indikazzjoni dwar il-fornituri tas-serivizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.
8. Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.
9. Il-limiti ta’ żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt ta’ servizz u, sa fejn din tkun possibbli, id-data ta’ bidu.
10. L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-Internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti tal-akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.
Meta aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet mogħtija fit-tielet u r-rabà subparagrafu tal-Artikolu 73(1), indikazzjoni kif jista’ jsir aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.
11.
Data finali għall-wasla ta’ offerti jew offerti indikattivi fejn titnieda sistema dinamika ta’ xiri;
L-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;
Il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.
12.
Fejn applikabbli, il-persuni awtorizzati li jkunu preżenti fil-ftuħ tal-offerti;
Id-data, il-ħin u l-post ta’ dan il-ftuħ.
13. Fejn dawn ikunu applikabbli, kwalunkwe depożitu jew garanzija meħtieġa.
14. Il-kondizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.
15. Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.
16. Il-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi tal-operatur ekonomiku li ngħata l-kuntratt.
17. Il-perijodu li matulu l-offerent huwa marbut iżomm l-offerta tiegħu miftuħa.
18. Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.
19. Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss,il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tkun indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawk il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet.
20. Fejn adatt, id-data/i u r-referenza/i għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.
21. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tad-dipartiment li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
22. Data ta’ meta l-entità kontraenti bagħtet l-avviż.
23. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
B. PROĊEDURI RISTRETTI
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.
4. In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas), deskrizzjoni (Kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.
5. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.
6. Għal provvisti u xogħlijiet:
In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (Kodiċi CPV), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);
Indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u/jew għall-prodotti kollha meħtieġa.
Jekk, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mill-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;
L-informazzjoni li tikkonċerna l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi t-tfassil tal-proġetti wkoll.
7. Għal servizzi:
In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;
Indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;
Referenza għal-liġi, għar-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva;
Indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;
Indikazzjoni dwar il-fornituri tas-serivizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.
8. Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.
9. Limiti taż-żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt u, sa fejn ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.
10. Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.
11.
L-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni;
L-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;
Il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.
12. L-aħħar data li fiha jistgħu jintbagħtu stediniet għall-offerti.
13. Fejn dawn ikunu applikabbli, kwalunkwe depożitu jew garanzija meħtieġa.
14. Il-kondizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.
15. Informazzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-operatur ekonomiku u l-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi mitluba minnu.
16. Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tkun indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawk il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew mhux ser jiġu indikati fl-istedina għall-offerti.
17. Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.
18. Fejn adatt, id-data/i u r-referenza/i għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.
19. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
20. Id-data li fiha l-entitajiet kontraenti bagħtu l-avviż.
21. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
C. PROĊEDURI NNEGOZJATI
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.
4. In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas), deskrizzjoni (kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.
5. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.
6. Għal provvisti u xogħlijiet:
In-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (kodiċi CPV), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);
Indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u/jew għall-prodotti kollha meħtieġa.
Jekk, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mill-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;
Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: informazzjoni li tirrigwarda l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi wkoll it-tfassil ta’ proġetti.
7. Għal servizzi:
In-natura u l-kwantità tas-servizzi li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;
Indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;
Ir-referenza tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva;
Indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;
Indikazzjoni dwar il-fornituri tas-serivizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.
8. Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.
9. Limiti taż-żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt u, sa fejn ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.
10. Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.
11.
L-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni;
L-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;
Il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.
12. Fejn ikun adatt, kwalunkwe depożiti u garanziji meħtieġa.
13. Il-kondizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u/jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.
14. Informazzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-operatur ekonomiku u l-kondizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi mitluba minnu.
15. Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 82 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss,il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tiġi indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, fejn dawk ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew li mhumiex ser jiġu indikat fl-istedina għan-negozjar.
16. Fejn ikun adatt, l-ismijiet u l-indirizzi tal-operaturi ekonomiċi diġà magħżula mill-entità kontraenti.
17. Fejn adatt, il-kondizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.
18. Fejn ikun adatt, id-dati u r-referenza/i tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.
19. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
20. Data ta’ meta l-entità kontraenti bagħtet l-avviż.
21. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
ANNESS XII
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ DWAR GĦOTI TA’ KUNTRATT
(kif imsemmi fl-Artikolu 70)
I. Informazzjoni għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ( 20 )
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi u l-kodiċi CPV; fejn ikun adatt, iddikjara jekk hux ftehim qafas).
4. Tal-inqas, indikazzjoni mqassra tan-natura u l-kwantità tal-prodotti, xogħlijiet jew servizzi pprovduti.
5.
Il-forma tas-sejħa għal kompetizzjoni (avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni; avviż perjodiku; sejħa għal offerti);
Data/i u referenza/i tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
Fil-każ ta’ kuntratti mogħtija mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, indikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti tal-Artikolu 50.
6. Proċedura tal-akkwist (miftuħa, ristretta jew innegozjata).
7. Numru ta’ offerti li waslu, li jispeċifika
in-numru ta’ offerti li waslu minn operaturi ekonomiċi li huma SMEs,
in-numru ta’ offerti li waslu minn barra l-pajjiż,
in-numru ta’ offerti li waslu b’mod elettroniku.
Fil-każ ta’ għotjiet multipli (lottijiet, ftehimiet qafas multipli), din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull għoti.
8. Id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt(i) jew tal-ftehim(iet) qafas wara d-deċiżjoni li jingħata(w) jew jiġi/u konkluż(i).
9. Il-prezz imħallas għax-xiri bi prezz innegozjat skont l-Artikolu 50(h).
10. Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-offerent magħżul, inkluża:
informazzjoni dwar jekk l-offerent magħżul huwiex SME,
informazzjoni dwar jekk il-kuntratt ingħatax lil konsorzju.
11. Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt ġiex sottokuntrattat jew jistax jiġi sottokuntrattat.
12. Il-prezz imħallas jew il-prezzijiet tal-ogħla u l-inqas offerti meħuda f’kunsiderazzjoni fl-għoti tal-kuntratt.
13. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
14. Informazzjoni fakultattiva:
II. L-informazzjoni mhijiex maħsuba għall-pubblikazzjoni
15. In-numru ta’ kuntratti mogħtija (fejn l-għoti jinqasam bejn diversi fornituri).
16. Il-valur ta’ kull kuntratt mogħti.
17. Il-pajjiż tal-oriġini tal-prodott jew tas-servizz (oriġini Komunitarja jew oriġini non-Komunitarja; jekk tal-aħħar, imqassma skont il-pajjiż terz).
18. Liema kriterji tal-għoti ntużaw?
19. Il-kuntratt ingħata lil offerent li ppreżenta varjant skont l-Artikolu 64(1)?
20. Kien hemm xi offerti li ġew esklużi għar-raġuni li kienu baxxi wisq, f’konformità mal-Artikolu 84?
21. Id-data ta’ trażmissjoni tal-avviż mill-entità kontraenti.
ANNESS XIII
KONTENUT TAL-ISTEDINIET GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA’ OFFERTA, GĦAL PARTEĊIPAZZJONI FID-DJALOGU, GĦAN-NEGOZJAR JEW GĦALL- KONFERMA TA’ INTERESS PREVISTI TAĦT L-ARTIKOLU 74
1. L-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta, għal parteċipazzjoni fid-djalogu jew għan-negozjar kif previst taħt l-Artikolu 74 irid ikun fiha tal-inqas:
id-data finali għall-wasla ta’ offerti, l-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu, u l-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom;
Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti mogħtija permezz ta’ djalogu kompetittiv jew sħubija għall-innovazzjoni, din l-informazzjoni ma għandhiex tidher fl-istedina għan-negozjar, iżda għandha tidher fl-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta.
fil-każ ta’ djalogu kompetittiv id-data u l-indirizz intenzjonati għall-bidu ta’ konsultazzjoni u l-lingwa jew lingwi użati;
referenza għal kwalunkwe sejħa għal kompetizzjoni ppubblikata;
indikazzjoni dwar kwalunkwe dokument li jrid ikun mehmuż;
il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt, fejn dawn mhumiex indikati fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika użat bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni;
l-ippeżar relattiv tal-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew, fejn adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, jekk din l-informazzjoni ma tingħatax fl-avviż dwar kuntratt, fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ kwalifika jew fl-ispeċifikazzjonijiet.
2. Meta ssir sejħa għal kompetizzjoni permezz ta’ avviż indikattiv perjodiku, l-entitajiet kontraenti għandhom sussegwentement jistiednu lill-kandidati kollha sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom fuq il-bażi ta’ informazzjoni dettaljata dwar il-kuntratt ikkonċernat qabel ma jibdew l-għażla tal-offerenti jew parteċipanti fin-negozjati.
Bħala minimu, din l-istedina għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja:
in-natura u l-kwantità, inklużi l-għażliet kollha li jikkonċernaw kuntratti komplementari u, jekk ikunu possibbli, iż-żmien disponibbli stmat għat-twettiq ta’ dawn l-għażliet għal kuntratti rinnovabbli, in-natura u l-kwantità u, jekk ikunu possibbli, id-dati ta’ pubblikazzjoni stmati ta’ avviżi ulterjuri ta’ kompetizzjoni għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jinħarġu għall-offerti;
it-tip ta’ proċedura: (ristretta jew innegozjata);
fejn ikun adatt, id-data li fiha ser jibdew jew jintemmu t-twassil tal-provvisti jew it-twettiq tax-xogħlijiet jew servizzi;
fejn ma jistax jiġi offrut aċċess elettroniku, l-indirizz u d-data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għad-dokumenti tal-akkwist u l-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom;
l-indirizz tal-entità kontraenti;
il-kondizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, il-garanziji finanzjarji u l-informazzjoni meħtieġa minn operaturi ekonomiċi;
il-forma tal-kuntratt li hu s-suġġett tal-istedina għall-offerti: xiri, kiri, xiri bin-nofs, jew kwalunkwe taħlita minnhom: u
il-kriterji tal-għoti ta’ kuntratt u l-ippeżar tagħhom jew, fejn ikun adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, jekk din l-informazzjoni ma tingħatax fl-avviż indikattiv jew fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar.
ANNESS XIV
LISTA TA’ KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI SOĊJALI U AMBJENTALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 36(2)
ANNESS XV
LISTA TA’ ATTI LEGALI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 83(3)
Id-Direttiva 2009/33/KE
ANNESS XVI
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA F’AVVIŻI TA’ MODIFIKI TA’ KUNTRATT MATUL IT-TERMINU TIEGĦU
(kif imsemmi fl-Artikolu 89(1))
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Il-kodiċi CPV.
4. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.
5. Deskrizzjoni tal-akkwist qabel u wara l-modifika: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u l-firxa tas-servizzi.
6. Fejn ikun applikabbli, iż-żieda fil-prezz ikkaġunata mill-modifika.
7. Deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li għamlu l-modifika meħtieġa.
8. Id-data ta’ deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt.
9. Fejn ikun applikabbli, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi l-ġodda.
10. Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni.
11. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli mir-reviżjoni u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna d-data ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnhom tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
ANNESS XVII
SERVIZZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 91
Kodiċi tas-CPV |
Deskrizzjoni |
75200000-8; 75231200-6; 75231240-8; 79611000-0; 79622000-0 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal għal għajnuna domestika]; 79624000-4 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal infermiera] u 79625000-1 [Servizzi ta’ forniment ta’ persunal mediku] minn 85000000-9 sa 85323000-9; 98133100-5, 98133000-4 u 98200000-5 u 98500000-8 [Djar privati b’persuni impjegati] u 98513000-2 sa 98514000-9 [Servizzi ta’ xogħol manwali ġewwa djar, Servizzi ta’ persunal ta’ aġenzija għal djar, Servizzi ta’ persunal klerikali għal djar, Persunal temporanju ġewwa djar, Servizzi ta’ għajnuna fid-dar u Servizzi domestiċi] |
Servizzi tas-saħħa, soċjali u servizzi oħra relatati |
85321000-5 u 85322000-2, 75000000-6 [Servizzi ta’ amministrazzjoni, difiża u sigurtà soċjali], 75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80000000-4 Servizzi ta’ edukazzjoni u taħriġ sa 80660000-8; minn 92000000-1 sa 92700000-8 79950000-8 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet, fieri u kungressi], 79951000-5 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ seminars], 79952000-2 [Servizzi ta’ avvenimenti], 79952100-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ avvenimenti kulturali], 79953000-9 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ festivals], 79954000-6 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ parties], 79955000-3 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ wirjiet tal-moda], 79956000-0 [Servizzi ta’ organizzazzjoni ta’ fieri u wirjiet] |
Servizzi amministrattivi soċjali, edukattivi, tal-kura tas-saħħa u kulturali |
75300000-9 |
Servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorja (1) |
75310000-2, 75311000-9, 75312000-6, 75313000-3, 75313100-4, 75314000-0, 75320000-5, 75330000-8, 75340000-1 |
Servizzi ta’ benefiċċju |
98000000-3, 98120000-0; 98132000-7; 98133110-8 u 98130000-3 |
Servizzi komunitarji, soċjali u personali oħrajn inklużi servizzi mogħtija minn trade unions, organizzazzjonijiet politiċi, assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u servizzi oħrajn ta’ organizzazzjonijiet ta’ sħubija |
98131000-0 |
Servizzi reliġjużi |
55100000-1 sa 55410000-7; 55521000-8 sa 55521200-0 [55521000-8 Servizzi tal-ikel għal djar privati, 55521100-9 Servizzi ta’ “meals-on-wheels”, 55521200-0 Servizzi ta’ kunsinna ta’ ikliet] 55510000-8 [Servizzi ta’ kantins], 55511000-5 [Servizzi ta’ kantins u servizzi oħrajn ta’ kafetteriji bi klijentela ristretta], 55512000-2 [Servizzi ta’ maniġġar tal-kantins], 55523100-3 [Servizzi ta’ ikliet fl-iskejjel], 55520000-1[Servizzi ta’ catering], 55522000-5 [Servizzi ta’ catering għal intrapriżi tat-trasport], 55523000-2 [Servizzi ta’ catering għal intrapriżi oħrajn jew istituzzjonijiet oħrajn], 55524000-9 [Servizzi ta’ catering fl-iskejjel] |
Servizzi ta’ lukandi u ristoranti |
79100000-5 sa 79140000-7; 75231100-5; |
Servizzi legali, sa fejn mhumiex esklużi skont l-Artikolu 21(c) |
75100000-7 sa 75120000-3; 75123000-4; 75125000-8 sa 75131000-3 |
Servizzi amministrattivi oħrajn u servizzi tal-gvern |
75200000-8 sa 75231000-4 |
Forniment ta’ servizzi lill-komunità |
75231210-9 sa75231230-5; 75240000-0 sa75252000-7; 794300000-7; 98113100-9 |
Servizzi relatati ma’ ħabsijiet, servizzi ta’ sigurtà pubblika u ta’ salvataġġ, sa fejn mhumiex esklużi skont l-Artikolu 21(h) |
79700000-1 sa 79721000-4 [Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà, Servizzi ta’ sigurtà, Servizzi ta’ monitoraġġ tal-allarm, Servizzi ta’ gwardja, Servizzi ta’ sorveljanza, Servizzi ta’ sistemi ta’ intraċċar, Servizzi ta’ intraċċar tal-maħrubin, Servizzi ta’ għassa, Servizz ta’ ħruġ ta’ karti tal-identità, Servizzi ta’ investigazzjoni u Servizzi ta’ aġenzija ta’ investigaturi] 79722000-1[Servizzi ta’ grafoloġija], 79723000-8 [Servizzi ta’ analiżi tal-iskart] |
Servizzi ta’ investigazzjoni u sigurtà |
98900000-2 [Servizzi pprovduti minn organizzazzjonijiet u korpi extra-territorjali] u 98910000-5 [Servizzi speċifiċi għall-organizzazzjonijiet u l-korpi internazzjonali] |
Servizzi internazzjonali |
64000000-6 [Servizzi ta’ posta u telekomunikazzjoni], 64100000-7 [Servizzi ta’ posta u kurrier], 64110000-0 [Servizzi ta’ posta], 64111000-7 [Servizzi ta’ posta relatati mal-gazzetti u l-perjodiki], 64112000-4 [Servizzi tal-posta relatati mal-ittri], 64113000-1 [Servizzi tal-posta relatati mal-pakketti], 64114000-8 [Servizzi ta’ bank tal-uffiċċji tal-posta], 64115000-5 [Kiri tal-kaxxi tal-ittri], 64116000-2 [Servizzi post-restante], 64122000-7 [Servizzi ta’ posta interna fl-uffiċċji u ta’ messaġġiera] |
Servizzi tal-posta |
50116510-9 [Servizzi ta’ mmudellar mill-ġdid tat-tajers], 71550000-8 [Servizzi ta’ ħaddied] |
Servizzi Mixxellanji |
(1)
Dawn is-servizzi mhumiex koperti minn din id-Direttiva fejn dawn huma organizzati bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali. L-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-forniment ta’ servizzi soċjali obbligatorji jew ta’ servizzi oħrajn bħala servizzi ta’ interess ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali. |
ANNESS XVIII
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA
(kif imsemmi fl-Artikolu 92)
Parti A Avviż dwar kuntratt
L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
L-attività ewlenija mwettqa.
Deskrizzjoni tas-servizzi jew kategoriji minnhom u fejn applikabbli, x-xogħlijiet u l-provvisti inċidentali li għandhom jinxtraw, inkluża indikazzjoni tal-kwantitajiet u l-valuri involuti, kodiċi CPV.
Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tat-twettiq tas-servizzi.
Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.
Il-kondizzjonijiet ewlenin li għandhom jiġu sodisfatti mill-atturi ekonomiċi rigward il-parteċipazzjoni tagħhom jew, fejn dan ikun adatt, l-indirizz elettroniku fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dettaljata.
Limitu/i ta’ żmien sabiex tiġi kkuntattjata l-entità kontraenti rigward il-parteċipazzjoni.
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
Parti B Avviż indikattiv perjodiku
L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti.
Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-kodiċi CPV.
Sa fejn dan ikun diġà magħruf:
il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet f’każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi,
il-perijodu għat-twassil jew għall-forniment ta’ provvisti, ix-xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt,
kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:
fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,
fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk l-eżekuzzjoni tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew minn dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari,
deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.
Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-entità kontraenti dwar l-interess tagħhom fil-kuntratt jew fil-kuntratti u l-limiti ta’ żmien biex jirċievu l-espressjonijiet ta’ interess u l-indirizz li fih għandhom jintbagħtu l-espressjonijiet ta’ interess.
Parti C Avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika
L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti.
Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-kodiċi CPV.
Sa fejn dan ikun diġà magħruf:
Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’każ ta’ kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi,
il-perijodu għat-twassil jew għall-forniment tal-provvisti, xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt,
kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:
fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,
fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk l-eżekuzzjoni tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew minn dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari,
deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.
Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-awtorità dwar l-interess fil-kuntratt jew il-kuntratti u l-limiti ta’ żmien biex jirċievu l-espressjonijiet ta’ interess u l-indirizz li fih għandhom jintbagħtu l-espressjonijiet ta’ interess.
Il-perijodu ta’ validità tas-sistema ta’ kwalifika u l-formalitajiet għat-tiġdid tagħha.
Parti D Avviż dwar għoti ta’ kuntratt
L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
L-attività ewlenija mwettqa.
Tal-inqas, indikazzjoni mqassra tan-natura u l-kwantità tas-servizzi u fejn applikabbli, ix-xogħlijiet u l-provvisti inċidentali pprovduti.
Referenza tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
Għadd ta’ offerti li waslu.
L-isem u l-indirizz tal-attur(i) ekonomiku/ekonomiċi magħżul/a.
Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
ANNESS XIX
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI TA’ DISINN
(kif imsemmi fl-Artikolu 96(1))
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Deskrizzjoni tal-proġett (kodiċi CPV).
4. In-natura tal-kompetizzjoni: miftuħa jew ristretta.
5. Fil-każ ta’ kompetizzjonijiet miftuħa: id-data finali meta jistgħu jiġu rċevuti l-proġetti.
6. Fil-każ ta’ kompetizzjonijiet ristretti:
in-numru ta’ parteċipanti previsti, jew il-firxa;
fejn ikun applikabbli, l-ismijiet tal-parteċipanti diġà magħżula;
il-kriterji għall-għażla tal-parteċipanti;
l-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni.
7. Fejn applikabbli, indikazzjoni dwar jekk il-parteċipazzjoni hijiex riżervata għal professjoni partikolari.
8. Kriterji li għandhom jiġu applikati fl-evalwazzjoni ta’ proġetti.
9. Fejn applikabbli, l-ismijiet tal-membri magħżula tal-ġurija.
10. Indikazzjoni dwar jekk id-deċiżjoni tal-ġurija hijiex vinkolanti fuq l-awtorità.
11. Fejn ikunu applikabbli, in-numru u l-valur tal-premji.
12. Fejn ikun applikabbli, id-dettalji tal-ħlasijiet għall-parteċipanti kollha.
13. Indikazzjoni dwar jekk ir-rebbieħa tal-premji jingħatawx xi kuntratti ta’ segwitu.
14. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
15. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
16. Kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti
ANNESS XX
INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI BIR-RIŻULTATI TA’ KOMPETIZZJONIJIET TA’ DISINN
(kif imsemmija fl-Artikolu 96(1))
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Deskrizzjoni tal-proġett (kodiċi CPV).
4. In-numru totali ta’ parteċipanti.
5. In-numru ta’ parteċipanti barranin.
6. Ir-rebbieħ(a) tal-kompetizzjoni.
7. Fejn ikun applikabbli, il-premju/i.
8. Informazzjoni oħra.
9. Referenza għall-avviż dwar kompetizzjoni ta’ disinn.
10. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
11. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
ANNESS XXI
TABELLA TA’ KORRELLAZZJONI
Din id-Direttiva |
Direttiva 2004/17/KE |
Art. 1 |
— |
Art. 2, l-ewwel sentenza |
Art. 1, par. 1 |
Art. 2, punt 1 |
Art. 1, par. 2, punt (a) |
Art. 2, punt 2 |
Art. 1, par. 2, punt (b), l-ewwel sentenza |
Art. 2, punt 3 |
Art. 1, par. 2, punt (b), it-tieni sentenza |
Art. 2, punt 4 |
Art. 1, par. 2, punt (c) |
Art. 2, punt 5 |
Art. 1, par. 2, punt (d), l-ewwel subpar. |
Art. 2, punt 6 |
Art. 1, par. 7, l-ewwel & it-tieni subpar. |
Art. 2, punt 7 |
Art. 1, par. 7, it-tielet subpar. |
Art. 2, punt 8 |
Art. 1, par. 7, it-tielet subpar. |
Art. 2, punt 9 |
Art. 34, par. 1 |
Art. 2, punt 10 |
Art. 1, par. 8 |
Art. 2, punt 11 |
— |
Art. 2, punt 12 |
Art. 1, par. 8 |
Art. 2, punt 13 |
— |
Art. 2, punt 14 |
Art. 1, par. 11 |
Art. 2, punt 15 |
Art. 1, par. 12 |
Art. 2, punt 16 |
— |
Art. 2, punt 17 |
Art. 1, par. 10 |
Art. 2, punt 18 |
— |
Art. 2, punt 19 |
— |
Art. 2, punt 20 |
— |
Art. 3, par. 1 |
Art. 2, par. 1, punt (a), l-ewwel subpar. |
Art. 3, par. 2 |
— |
Art. 3, par. 3 |
— |
Art. 3, par. 4 |
Art. 2, par. 1, punt (a), it-tieni subpar. |
Art. 4, par. 1 |
Art. 2, par. 2 |
Art. 4, par. 2 |
Art. 2, par. 1, punt (b) |
Art. 4, par. 3, l-ewwel subparagrafu |
Art. 2, par. 3; |
Art. 4, par. 3, it-tieni & it-tielet subparagrafu |
— |
Art. 4, par. 4 |
— |
Art. 5, par. 1 |
— |
Art. 5, par. 2, l-ewwel subparagrafu |
— |
Art. 5, par. 2, it-tieni subparagrafu |
Art. 1, par. 2, punt (d), it-tieni & it-tielet subpar. |
Art. 5, par. 3 |
— |
Art. 5, par. 4, l-ewwel u it-tieni subpar. |
— |
Art. 5, par. 4, it-tielet subparagrafu |
— |
Art. 5, par. 5 |
— |
Art. 6, par. 1, l-ewwel u it-tieni subpar. |
— |
Art. 6, par. 1, it-tielet subpar. |
Art. 9, par. 1, it-tieni subpar |
Art. 6, par. 2 |
Art. 9, par. 1, l-ewwel subpar |
Art. 6, par. 3, punt a |
Art. 9, par. 2 |
Art. 6, par. 3, punt b |
— |
Art. 6, par. 3, punt c |
Art. 9, par. 3 |
Art. 7 |
Art. 3, par. 1 u par. 3, Art. 4, par. 1; Art. 7, punt a |
Art. 8 |
Art. 3, par. 1 & 2 |
Art. 9, par. 1 |
Art. 3, par. 3 |
Art. 9, par. 2 |
Art. 3, par. 4 |
Art. 10 |
Art. 4 |
Art. 11 |
Art. 5, par. 1 |
— |
Art. 5, par. 2 |
Art. 12 |
Art. 7, punt (b) |
Art. 13, par. 1 |
Art. 6, par. 1 u par. 2(c) in fine |
Art. 13, par. 2, punt (a) |
Art. 6, par. 2, punt (a) |
Art. 13, par. 2, punt (b) |
Art. 6, par. 2, punt (b) |
Art. 13, par. 2, punt (c), punti i u ii |
Art. 6, par. 2, punt (c), l-ewwel u it-tielet inċiż |
— |
Art. 6, par. 2, punt (c), it-tieni, ir-raba, il-ħames u is-sitt inċiż |
Art. 14, punt (a) |
Art. 7, punt (a) |
Art. 14, punt (b) |
Art. 7, punt (a) |
— |
Art. 8 |
— |
Anness I - X |
Art. 15 |
Art. 16 & 61 |
Art. 16, par. 1 |
Art. 17, par. 1; Art. 17, par. 8 |
Art. 16, par. 2 |
— |
Art. 16, par. 3 |
Art. 17, par. 2; Art. 17, par. 8 |
Art. 16, par. 4 |
— |
Art. 16, par. 5 |
Art. 17, par. 3 |
Art. 16, par. 6 |
— |
Art. 16, par. 7 |
Art. 17, par. 4 & 5 |
Art. 16, par. 8 |
Art. 17, par. 6(a), l-ewwel & it-tieni subpar. |
Art. 16, par. 9 |
Art. 17, par. 6(b), l-ewwel & it-tieni subpar. |
Art. 16, par. 10 |
Art. 17, par. 6(a), it-tielet subpar. & par. 6(b), it-tielet subpar. |
Art. 16, par. 11 |
Art. 17, par. 7 |
Art. 16, par. 12 |
Art. 17, par. 9 |
Art. 16, par. 13 |
Art. 17, par. 10 |
Art. 16, par. 14 |
Art. 17, par. 11 |
Art. 17 |
Art. 69 |
Art. 18, par. 1 |
Art. 19, par. 1 |
Art. 18, par. 2 |
Art. 19, par. 2 |
Art. 19, par. 1 |
Art. 20, par. 1; Art. 62, punt 1 |
Art. 19, par. 2 |
Art. 20, par. 2 |
Art. 20 |
Art. 22; Art. 62, punt 1 |
Art. 21, punt (a) |
Art. 24, punt (a) |
Art. 21, punt (b) |
Art. 24, punt (b) |
Art. 21, punt (c) |
— |
Art. 21, punt (d) |
Art. 24, punt (c) |
Art. 21, punt (e) |
— |
Art. 21, punt (f) |
Art. 24, punt (d) |
Art. 21, punt (g) |
— |
Art. 21, punt (h) |
— |
Art. 21, punt (i) |
— |
Art. 22 |
Art. 25 |
Art. 23 |
Art. 26 |
Art. 24, par. 1 |
Art. 22a |
Art. 24, par. 2 |
Art. 21; Art. 62, punt 1 |
Art. 24, par. 3 |
Art. 21; Art. 62, punt 1 |
Art. 25 |
— |
Art. 26 |
— |
Art. 27, par. 1 |
Art. 22a in fine, Art. 12 tad-Direttiva 2009/81/KE |
Art. 27, par. 2 |
— |
Art. 28 |
— |
Art. 29, par. 1 |
Art. 23, par. 1 |
Art. 29, par. 2 |
Art. 23, par. 1 |
Art. 29, par. 3 |
Art. 23, par. 2 |
Art. 29, par. 4 |
Art. 23, par. 3, punti (a) sa (c) |
Art. 29, par. 5 |
Art. 23, par. 3, it-tieni subpar. |
Art. 29, par. 6 |
Art. 23, par. 3, it-tielet subpar. |
Art. 30 |
Art. 23, par. 4 |
Art. 31 |
Art. 23, par. 5 |
Art. 32 |
Art. 24, punt (e) |
Art. 33, par. 1 u 2 |
Art. 27 |
Art. 33, par. 3 |
— |
Art. 34, par. 1, l-ewwel u it-tieni sentenzas |
Art. 30, par. 1; Art. 62, punt (2) |
Art. 34, par. 1, it-tielet sentenza |
— |
Art. 34, par. 1, ir-rabà sentenza |
Art. 30, par. 2, Premessa 41 |
Art. 34, par. 2, l-ewwel subparagrafu |
Art. 30, par. 2 |
Art. 34, par. 2, it-tieni subparagrafu |
— |
Art. 34, par. 3 |
Art. 30, par. 3 |
Art. 35, par. 1 |
Art. 30, par. 4, l-ewwel subpar.; par. 5, l-ewwel & it-tieni subpar. |
Art. 35, par. 2 |
Art. 30, par. 5, l-ewwel & it-tieni subpar. |
Art. 35, par. 3 |
Art. 30, par. 4, it-tieni subpar.; par. 5, ir-rabà subpar.; Art. 62, punt (2) |
— |
Art. 30, par. 4, it-tielet subpar. |
Art. 35, par. 4 |
— |
Art. 35, par. 5 |
Art. 30, par. 6, it-tieni subpar. |
Art. 35, par. 6 |
Art. 30, par. 6, it-tielet & ir-rabà subpar. |
Art. 36, par. 1 |
Art. 10 |
Art. 36, par. 2 |
— |
Art. 37 |
Art. 11 |
Art. 38, par. 1 |
Art. 28, l-ewwel subpar. |
Art. 38, par. 2 |
Art. 28, it-tieni subpar. |
Art. 39 |
Art. 13 |
Art. 40, par. 1 |
Art. 48, par. 1, 2 u 4; Art. 64, par. 1 |
Art. 40, par. 2 |
— |
Art. 40, par. 3 |
Art. 48, par. 3; Art. 64, par. 2 |
Art. 40, par. 4 |
— |
Art, 40, par. 5 |
— |
Art. 40, par. 6 |
Art. 48, par. 5 u 6; Art. 64, par. 3 |
Art. 40, par. 7, l-ewwel subpar. |
Art. 70, par. 2, punt f & it-tieni subpar |
Art. 40, par. 7, it-tieni & it-tielet subpar. |
|
Art. 41, par. 1 |
Art. 1, par. 13 |
Art. 41, par 2 |
Art. 70, par. 2, punti (c) & (d); Art. 70, par. 2, it-tieni subpar. |
Art. 42 |
— |
Art. 43 |
Art. 12 |
Art. 44, par. 1 |
Art. 40, par. 1 & 2 |
Art. 44, par. 2 |
Art. 40, par. 2 |
Art. 44, par. 3 |
— |
Art. 44, par. 4 |
Art. 42, par 1 & par. 3, punt b |
Art. 44, par. 5 |
Fil-bidu of Art. 40(3) |
Art. 45, par. 1, l-ewwel subpar. |
Art. 1, par. 9, punt (a); |
Art. 45, par. 1, it-tieni & it-tielet subpar. |
Art. 45, par. 2 |
Art. 45, par. 2 |
Art. 45, par. 4 |
Art. 45, par. 3 |
— |
Art. 45, par. 4 |
— |
Art. 46 |
Art. 1, par. 9, punt (b); Art. 45, par. 3 |
Art. 47 |
Art. 1, par. 9, punt (c); Art. 45, par. 3 |
Art. 48 |
— |
Art. 49 |
— |
Art. 50, punt (a) |
Art. 40, par. 3, punt (a) |
Art. 50, punt (b) |
Art. 40, par. 3, punt (b) |
Art. 50, punt (c) |
Art. 40, par. 3, punt (c) |
Art. 50, punt (d) |
Art. 40, par. 3, punt (d) |
Art. 50, punt (e) |
Art. 40, par. 3, punt (e) |
Art. 50, punt (f) |
Art. 40, par. 3, punt (g) |
Art. 50, punt (g) |
Art. 40, par. 3, punt (h) |
Art. 50, punt (h) |
Art. 40, par. 3, punt (j) |
Art. 50, punt (i) |
Art. 40, par. 3, punt (k) |
Art. 50, punt (j) |
Art. 40, par. 3, punt (l) |
Art. 51, par. 1, l-ewwel & it-tieni subparagrafu |
Art. 14, par. 1; Art. 1, par. 4 |
Art. 51, par. 1, it-tielet subparagrafu |
— |
Art. 51, par. 2, l-ewwel and it-tieni subpar. |
— |
Art. 51, par. 2, it-tielet subpar. |
Art. 14, par. 4 |
Art. 52, par. 1 |
Art. 1, par. 5; Art. 15, par. 1 |
Art. 52, par. 2 |
Art. 15, par. 2 |
Art. 52, par. 3 |
Art. 15, par. 2, l-aħħar sentenza |
Art. 52, par. 4 |
Art. 15, par. 3 |
Art. 52, par. 5 |
Art. 15, par. 4 |
Art. 52, par. 6 |
Art. 15, par. 6 |
Art. 52, par. 7 |
— |
Art. 52, par. 8 |
— |
Art. 52, par. 9 |
Art. 15, par. 7, it-tielet subpar. |
Art. 53, par. 1, l-ewwel subpar. |
Art. 1, par. 6; Art. 56, par. 1 |
Art. 53, par. 1, it-tieni & it-tielet subpar. |
Art. 1, par. 6 |
Art. 53, par. 2 |
Art. 56, par. 2 |
Art. 53, par. 3 |
Art. 56, par. 2, it-tielet subpar. |
Art. 53, par. 4 |
Art. 56, par. 3 |
Art. 53, par. 5 |
Art. 56, par. 4 |
Art. 53, par. 6 |
Art. 56, par. 5 |
Art. 53, par. 7 |
Art. 56, par. 6 |
Art. 53, par. 8 |
Art. 56, par. 7 |
Art. 53, par. 9 |
Art. 56, par. 8 |
Art. 54 |
— |
Art. 55, par. 1 |
Art. 29, par. 1 |
Art. 55, par. 2 |
Art. 29, par. 2 |
Art. 55, par. 3 |
— |
Art. 55, par. 4 |
Art. 29, par. 2 |
Art. 56 |
— |
Art. 57 |
— |
Art. 58 |
Premessa 15 |
Art. 59 |
— |
Art. 60, par. 1 |
Art. 34, par. 1 |
Art. 60, par. 2 |
Art. 34, par. 2 |
Art. 60, par. 3 |
Art. 34, par. 3 |
Art. 60, par. 4 |
Art. 34, par. 8 |
Art. 60, par. 5 |
Art. 34, par. 4 |
Art. 60, par. 6 |
Art. 34, par. 5 |
Art. 61, par. 1 |
Art. 34, par. 6 |
Art. 61, par. 2 |
Art. 34, par. 6 |
Art. 62, par. 1 |
Art. 34, par. 4, it-tieni subpar.; 5, it-tieni & it-tielet subpar.; 6, it-tieni subpar.; par. 7 |
Art. 62, par. 2 |
Art. 34, par. 4, l-ewwel subpar.; 5, l-ewwel subpar., 6, l-ewwel subpar. |
Art. 62, par. 3 |
— |
Art. 63 |
Art. 35 |
Art. 64, par. 1 |
Art. 36, par. 1 |
Art. 64, par. 2 |
Art. 36, par. 2 |
Art. 65 |
— |
Art. 66, par. 1 |
Art. 45, par. 1 |
Art. 66, par. 2 |
Art. 45, par. 9 |
— |
Art. 45, par. 10 |
Art. 66, par. 3 |
Art. 45, par. 9 |
Art. 67, par. 1 |
Art. 41, par. 1 & 2 |
Art. 67, par. 2 |
Art. 42, par. 3; Art. 44, par. 1 |
Art. 68 |
Art. 41, par. 3 |
Art. 69 |
Art. 42, par. 1, punt (c); Art. 44, par. 1 |
Art. 70, par. 1 |
Art. 43, par. 1, l-ewwel subpar.; Art. 44, par. 1 |
Art. 70, par. 2 |
Art. 43, par. 1, it-tieni & it-tielet subpar. |
Art. 70, par. 3 |
Art. 43, par 2 & 3 |
Art. 70, par. 4 |
Art. 43, par. 5 |
Art. 71, par. 1 |
Art. 44, par. 1; Art. 70, par. 1, punt (b) |
Art. 71, par. 2, l-ewwel sentenza |
Art. 44, par. 2, 3 |
Art. 71, par 2, it-tieni & it-tielet sentenza |
Art. 44, par. 4, it-tieni subpar. |
Art. 71, par 3 |
Art. 44, par. 4, l-ewwel subpar. |
Art. 71, par. 4 |
— |
Art. 71, par. 5, l-ewwel subpar. |
Art. 44, par. 6 |
Art. 71, par. 5, it-tieni subpar. |
Art. 44, par. 7 |
Art. 71, par. 6 |
Art. 44, par. 8 |
Art. 72, par. 1 |
Art. 44, par. 5, l-ewwel subpar. |
Art. 72, par. 2 and 3 |
Art. 44, par. 5, it-tieni & it-tielet subpar. |
Art. 73, par. 1 |
Art. 45, par. 6 |
Art. 73, par. 2 |
Art. 46, par.2 |
Art. 74, par. 1 |
Art. 47, par. 1, l-ewwel sentenza & par. 5, l-ewwel subpar. |
Art. 74, par. 2 |
Art. 47, par. 1, it-tieni sentenza & Par. 5, it-tieni subpar. |
Art. 75, par. 1 |
Art. 49, par. 1 |
Art. 75, par. 2 |
Art. 49, par. 2, l-ewwel & it-tieni subpar. |
Art. 75, par. 3 |
Art. 49, par. 2, it-tielet subpar. |
Art. 75, par. 4, 5 and 6 |
Art. 49, par. 3, 4 & 5 |
Art. 76, par. 1 |
Art. 51, par. 1 |
Art. 76, par. 2 |
Art. 51, par. 2 |
Art. 76, par. 3 |
Art. 52, par. 1 |
Art. 76, par. 4 |
— |
Art. 76, par. 5 |
Art. 51, par. 3 |
Art. 76, par. 6 |
— |
Art. 76, par. 7 |
— |
Art. 76, par. 8 |
— |
Art. 77, par. 1 |
Art. 53, par. 1 |
Art. 77, par. 2 |
Art. 53, par. 2 |
Art. 77, par. 3 |
Art. 53, par. 6 |
Art. 77, par. 4 |
Art. 53, par. 7 |
Art. 77, par. 5 |
Art. 53, par. 9 |
Art. 77, par. 6 |
— |
Art. 78, par. 1 |
Art. 54, par. 1 & 2 |
Art. 78, par. 2 |
Art. 54, par. 3 |
Art. 79, par. 1 |
Art. 53, par. 4 & 5 |
Art. 79, par. 2 |
Art. 54, par. 5 & 6 |
Art. 79, par. 3 |
— |
Art. 80, par. 1 |
Art. 53, par. 3; Art. 54, par. 4 |
Art. 80, par. 2 |
— |
Art. 80, par. 3 |
Art. 53, par. 3; Art. 54, par. 4 |
Art. 81, par. 1 |
Art. 52, par. 2 |
Art. 81, par. 2 |
Art. 52, par. 3 |
Art. 81, par. 3 |
— |
Art. 82, par. 1 |
Art. 55, par. 1 |
Art. 82, par. 2 |
Art. 55, par. 1 |
Art. 82, par. 3 |
— |
Art. 82, par. 4 |
Premessa 1; Premessa 55, it-tielet par. |
Art. 82, par. 5 |
Art. 55, par. 2 |
Art. 83 |
— |
Art. 84, par. 1 |
Art. 57, par. 1, l-ewwel subpar. |
Art. 84, par. 2, punt (a) |
Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (a) |
Art. 84, par. 2, punt (b) |
Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (b) |
Art. 84, par. 2, punt (c) |
Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (c) |
Art. 84, par. 2, punt (d) |
Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (d) |
Art. 84, par. 2, punt (e) |
— |
Art. 84, par. 2, punt (f) |
Art. 57, par. 1, it-tieni subpar., punt (e) |
Art. 84, par. 3, l-ewwel subparagrafu |
Art. 57, par. 2 |
Art. 84, par. 3, it-tieni subparagrafu |
— |
Art. 84, par. 4 |
Art. 57, par. 3 |
Art. 84, par. 5 |
— |
Art. 85, par. 1, 2, 3, 4 and Art. 86 |
Art. 58, par 1 - 4; Art. 59 |
Art. 85, par. 5 |
Art. 58, par. 5 |
Art. 87 |
Art. 38 |
Art. 88, par. 1 |
— |
Art. 88, par. 2 |
Art. 37, l-ewwel sentenza |
Art. 88, par. 3 |
— |
Art. 88, par. 4 |
Art. 37, it-tieni sentenza |
Art. 88, par. 5 - 8 |
— |
Art. 89 |
— |
Art. 90 |
— |
Art. 91 |
— |
Art. 92 |
— |
Art. 93 |
— |
Art. 94 |
— |
Art. 95 |
Art. 61 |
Art. 96, par. 1 |
Art. 63, par. 1, l-ewwel subpar. |
Art. 96, par. 2, l-ewwel subparagrafu |
Art. 63, par. 1, l-ewwel subpar; |
Art. 96, par. 2, it-tieni u it-tielet subparagrafi |
Art. 63, par. 1, it-tieni subpar., l-ewwel u it-tieni sentenza |
Art. 96, par. 3 |
Art. 63, par. 2 |
Art. 97, par. 1 |
Art. 65, par. 1 |
Art. 97, par. 2 |
Art. 60, par. 2 |
Art. 97, par. 3 & 4 |
Art. 65, par. 2 & 3 |
Art. 98 |
Art. 66 |
Art. 99, par. 1 |
Art. 72, l-ewwel subpar. |
Art. 99, par. 2 - 6 |
— |
Art. 100 |
Art. 50 |
Art. 101 |
— |
Art. 102 |
— |
Art. 103 |
Art. 68, par. 3 & 4 |
Art. 104 |
Art. 68, par. 5 |
Art. 105, par 1 & 2 |
Art. 68, par. 1 & 2 |
Art. 105, par. 3 |
— |
Art. 106, par. 1 |
Art. 71, par. 1, l-ewwel subpar. |
Art. 106, par. 2 |
— |
Art. 106, par. 3 |
Art. 71, par. 1, it-tielet subpar |
Art. 107 |
Art. 73 |
Art. 108 |
— |
Art. 109 |
Art. 74 |
Art. 110 |
Art. 75 |
— |
Anness I to X |
Anness I (minbarra l-ewwel sentenza) |
Anness XII (minbarra n-nota tal-qiegħ 1) |
l-ewwel sentenza ta’ Anness I |
In-nota tal-qiegħ 1 sa Anness XII |
Anness II |
— |
Anness III, punti A, B, C, E, F, G, H, I u J |
Anness XI |
Anness III, punt D |
— |
Anness IV, punt 1, l-ewwel sa it-tielet subparagrafu |
Art. 30, par. 6, l-ewwel subpar. |
Anness IV, punt 1, ir-rabà subparagrafu |
— |
Anness IV, punt 2 |
Art. 30, par. 6, l-ewwel subpar., it-tieni sentenza |
Anness V, (a) – (f) |
Anness XXIV, (b) – (h) |
Anness V, (g) |
— |
Anness VI |
Anness XV |
Anness VII |
Art. 56, par. 3, it-tieni subpar., punti (a) — (f) |
Anness VIII, minbarra għal punt 4 |
Anness XXI, minbarra għal punt 4 |
Anness VIII, punt 4 |
Anness XXI, punt 4 |
Anness IX |
Anness XX |
Anness X |
Anness XIV |
Anness XI |
Anness XIII |
Anness XII |
Anness XVI |
Anness XIII, punt 1 |
Art. 47, par. 4 |
Anness XIII, punt 2. |
Art. 47, par. 5 |
Anness XIV |
Anness XXIII |
Anness XV |
— |
Anness XVI |
Anness XVI |
Anness XVII |
Anness XVII |
Anness XVIII |
— |
Anness XIX |
Anness XVIII |
Anness XX |
Anness XIX |
Anness XXI |
Anness XXVI |
— |
Anness XXII |
— |
Anness XXV |
( 1 ) ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.
( 2 ) Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).
( 3 ) Direttiva tal-Kunsill Nru 77/249/KEE tat-22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU L 78, 26.3.1977, p. 17).
( 4 ) Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).
( 5 ) Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).
( 6 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/205/KE tal-4 ta’ Marzu 2002 wara talba tal-Awstrija b’applikazzjoni għar-reġim speċjali previst fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/38/KEE (ĠU L 68, 12.3.2002, p. 31).
( 7 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/73/KE tal-15 ta’ Jannar 2004 fuq talba mill-Ġermanja sabiex tapplika l-proċedura speċjali stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 93/38/KEE (ĠU L 16, 23.1.2004, p. 57).
( 8 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/327/KEE tat-13 ta’ Mejju 1993 li tiddefinixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-entitajiet kuntraenti li jisfruttaw żoni ġeografiċi għall-iskop tal-esplorazzjoni għal jew għall-estrazzjoni ta’ żejt, gass, faħam jew karburanti solidi oħra jridu jikkommunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kuntratti li jagħtu (ĠU L 129, 27.5.1993, p. 25).
( 9 ) Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).
( 10 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE tas-16 ta’ Ottubru 2009 li tistipula miżuri li jiffaċilitaw l-użu ta’ proċeduri b’mezzi elettroniċi permezz tal- punti ta’ kuntatt waħdieni skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7806) (ĠU L 74, 20.10.2009, p. 36).
( 11 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE tal-25 ta’ Frar 2011 li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-ipproċessar transkonfinali ta’ dokumenti ffirmati elettronikament minn awtoritajiet kompetenti skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 53, 26.2.2011, p. 66).
( 12 ) Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).
( 13 ) Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).
( 14 ) Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
( 15 ) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, tal-20.5.2003, p. 36).
( 16 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
( 17 ) Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).
( 18 ) Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta’ Xogħlijiet Pubbliċi (ĠU L 185, 16.8.1971, p. 15).
( 19 ) Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).
( 20 ) L-informazzjoni fl-intestaturi 6, 9 u 11 titqies bħala informazzjoni mhux bl-iskop ta’ pubblikazzjoni fejn l-entità li tkun qed tagħti l-kuntratt tikkunsidra li l-pubblikazzjoni tagħha tista’ tkun ta’ ħsara għal interess kummerċjali sensittiv.